|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/58 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/936
tas-6 ta' Ġunju 2019
li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, (UE) Nru 809/2014 u (UE) Nru 908/2014 fir-rigward ta' strumenti finanzjarji stabbiliti fil-kuntest tal-programmi għall-iżvilupp rurali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 62(2)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji li jikkombinaw il-kontribuzzjonijiet tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej mal-prodotti finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ġiet introdotta fl-Artikolu 38(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) permezz tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(2) |
Din id-dispożizzjoni l-ġdida tapplika wkoll għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-kuntest tal-programmi tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Uħud mir-regoli ta' implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (5), (UE) Nru 809/2014 (6) u (UE) Nru 908/2014 (7) fihom referenzi għal strumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta referenza għall-punt (c) il-ġdid tal-Artikolu 38(1) għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawk l-atti. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, (UE) Nru 809/2014 u (UE) Nru 908/2014 jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt 10(c) tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Meta miżura jew tip ta' operazzjoni b'rata speċifika ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-tabella għandha tindika b'mod separat ir-rati ta' kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji u għal operazzjonijiet oħrajn u ammont indikattiv tal-FAEŻR li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni ppjanata għall-istrument finanzjarju.”
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fl-Artikolu 48, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-paragrafi minn 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju u lanqas għall-appoġġ lill-benefiċjarju finali. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (*1). (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).” " |
|
(b) |
fl-Artikolu 51, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-paragrafi minn 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu la għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni għall-istrument finanzjarju u lanqas għall-appoġġ lill-benefiċjarju finali. Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014.” |
Artikolu 3
Fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti skont l-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, in-nefqa għandha tiġi ddikjarata għall-perjodi ta' referenza msemmija fl-ewwel subparagrafu, ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal kull applikazzjoni sussegwenti għal pagament interim kif stipulat fl-Artikolu 41(1) tal-istess Regolament.”
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).