3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/897

tat-12 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-inklużjoni ta' verifika tal-konformità bbażata fuq ir-riskju fl-Anness I u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) trid twettaq f'isem l-Istati Membri l-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, il-manifattura jew ir-reġistrazzjoni relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn. Skont l-Artikolu 77(1)(a) flimkien mal-Artikolu 62(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija trid tirċievi u tivvaluta l-applikazzjonijiet li jsirulha u toħroġ ċertifikati xierqa. Għal dan il-fini, l-Aġenzija trid tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni, ir-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva.

(2)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2), applikant irid jirċievi ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija wara li jintwera li l-prodott li jrid jiġi ċċertifikat, jissodisfa l-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali. L-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati jridu juru konformità sħiħa mal-aspetti kollha tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita. Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija stess, jew permezz tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali jew ta' entitajiet kwalifikati, trid twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa dwar il-prestazzjoni tal-kompiti tagħha taċ-ċertifikazzjoni. Għalkemm l-Aġenzija tivvaluta l-applikazzjonijiet, mhux meħtieġ li din twettaq investigazzjoni eżawrjenti fil-każijiet kollha skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2018/1139. Għalhekk, biex jittaffew aħjar xi riskji għas-sikurezza minħabba investigazzjonijiet selettivi u biex jittejbu l-effettività, it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ jiġu pprovduti ċerti kriterji tal-għażla biex jiġi deċiż liema dimostrazzjonijiet tal-konformità jenħtieġ tivverifika l-Aġenzija u kif dawn isiru b'mod eżawrjenti. Jenħtieġ li dawk il-kriterji tal-għażla jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta' ġestjoni u ta' sorveljanza tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago).

(3)

Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, id-detenturi tal-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tad-disinn iridu jieħdu ċerti deċiżjonijiet taċ-ċertifikazzjoni, minflok l-Aġenzija tagħhom, skont it-termini tal-approvazzjoni tagħhom u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn. Mill-esperjenza eżistenti bil-privileġġi eżistenti, u biex jonqas il-piż amministrattiv, filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, jenħtieġ li d-detenturi tal-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tad-disinn ikunu intitolati wkoll li jiċċertifikaw ċerti bidliet kbar fiċ-ċertifikati tat-tip u joħorġu ċerti ċertifikati tat-tip supplimentari. Biex jiġu limitati r-riskji għas-sikurezza tal-avjazzjoni u b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, jenħtieġ li dawk il-privileġġi ġodda jkolhhom x'jaqsmu biss ma' ċertifikazzjoni ta' bidliet kbar b'novità limitata u jenħtieġ jingħataw biss lil dawk id-detenturi li jistgħu jeżerċitaw tajjeb dawk il-privileġġi ġodda. Jenħtieġ li dan tal-aħħar jintwera b'evidenza ta' prestazzjoni sodisfaċenti f'bidliet kbar simili preċedenti bl-involviment tal-Aġenzija.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat b'tali mod li t-Taqsima A tkun tistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli biss għall-applikanti u d-detenturi ta' kull ċertifikat maħruġ jew li jrid jinħareġ b'konformità ma' dak l-Anness, u t-Taqsima B tiegħu tkun tistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli biss għall-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-Aġenzija.

(5)

L-operaturi tal-ajru jridu jwettqu titjiriet ta' verifika wara l-manutenzjoni biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' ċerti sistemi tal-inġenji tal-ajru li ma jistgħux jiġu verifikati fuq l-art. L-aċċidenti jew l-inċidenti serji li ġraw fil-passat waqt dawk it-titjiriet juru li ċerti titjiriet ta' verifika għall-manutenzjoni jenħtieġ ma jsirux b'ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà) iżda jenħtieġ isiru b'permess tat-titjir. Għalhekk jenħtieġ li t-titjir ta' inġenju tal-ajru għal skopijiet ta' sejbien ta' problemi jew għal verifika tal-funzjonament ta' sistema, ta' tagħmir jew ta' parti waħda jew aktar wara l-manutenzjoni, jinżied mal-lista ta' titjiriet li għalihom hemm bżonn permess tat-titjir.

(6)

Jenħtieġ li jissewwew ċerti inkonsistenzi bejn ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u r-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tal-kontenut tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u l-proċess tan-notifika.

(7)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 jeżiġi li, fir-rigward tal-istorbju u l-emissjonijiet, l-inġenji tal-ajru u l-magni, l-iskrejjen, il-partijiet u t-tagħmir mhux installat tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li hemm fl-Emenda 12 tal-Volum I, fl-Emenda 9 tal-Volum II, u fil-ħarġa inizjali tal-Volum III tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 2018.

(8)

Għalhekk jenħtieġ jiġi adattat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 biex ikun jirrifletti r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li hemm fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Barra minn hekk, l-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jipprevedi eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal magni jew inġenji tal-ajru speċifiċi, u għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jenħtieġ jipprovdi l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni japplikaw għand l-awtorità kompetenti tagħhom għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ambjentali.

(9)

Minbarra dan, biex jiġu eliminati kwistjonijiet tekniċi li ġġib magħha l-applikazzjoni tal-istandards u l-prattiki rakkomandati u l-gwida relatata għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-magni, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 biex titjieb iċ-ċarezza tagħhom.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat skont dan.

(11)

Jeħtieġ jingħata żmien biżżejjed lill-partijiet kollha kkonċernati biex jadattaw għall-qafas regolatorju emendat maħluq permezz tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet 07/2016 (3), 01/2017 (4) u 09/2017 (5) maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)

Fl-Artikolu 1(2), jiżdied il-punt (k) li ġej:

“(k)

Data ta' Adattabbiltà Operattiva (OSD)” tfisser data, li tkun parti minn ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru, minn ċertifikat tat-tip ristrett jew minn ċertifikat tat-tip supplementari, li tikkonsisti minn dawn kollha li ġejjin:

(i)

is-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-bdoti, inkluż id-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(ii)

id-definizzjoni tal-ambitu tad-data li sservi ta' sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru b'appoġġ għall-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulaturi jew id-data proviżorja b'appoġġ tal-kwalifika intermedja tagħhom;

(iii)

is-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni, inkluż id-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-tip;

(iv)

id-determinazzjoni tat-tip jew il-varjant għall-ekwipaġġ tal-kabina u d-data speċifika tat-tip għall-ewkipaġġ tal-kabina;

(v)

il-lista definittiva ta' tagħmir minimu;”

(2)

Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tista' tapplika għand l-awtorità kompetenti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139 (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;"

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika minn [OP please insert date: 9 months after date of entry into force], bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(2) u l-punt 11, il-punti 13 sa 14, il-punti 23 sa 26, il-punt 28, il-punt 30, il-punt 21.B.85 fil-punt 40 u l-punt 43 tal-Anness li għandhom japplikaw minn [OP please insert date of entry into force].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(3)  L-Opinjoni 07/2016: L-infilsar tar-rekwiżiti tal-livell ta' involviment fil-Parti 21.

(4)  L-Opinjoni 01/2017: Titjiriet ta' verifika tal-manutenzjoni.

(5)  L-Opinjoni 09/2017: L-implimentazzjoni tal-emendi CAEP/10 dwar it-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet u l-istorbju.


ANNESS

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Werrej

21.1.   Ġenerali

TAQSIMA A —   REKWIŻITI TEKNIĊI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.A.1

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.2

Impenn minn persuna oħra għajr l-applikant jew id-detentur ta' ċertifikat

21.A.3 A

Ħsarat, funzjonament ħażin u difetti

21.A.3B

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

21.A.4

Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.11

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.13

Eliġibbiltà

21.A.14

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.15

Applikazzjoni

21.A.19

Bidliet li jeħtieġu ċertifikat tat-tip ġdid

21.A.20

Dimostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

21.A.21

Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

21.A.31

Disinn tat-tip

21.A.33

Spezzjonijiet u testijiet

21.A.35

Testijiet tat-titjiriet

21.A.41

Ċertifikat tat-tip

21.A.44

Obbligi tad-detentur

21.A.47

Trasferibbiltà

21.A.51

Durata u validità kontinwa

21.A.55

Żamma tar-reġistri

21.A.57

Manwali

21.A.61

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.62

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

(SUBPARTI C —   MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.A.90 A

Kamp ta' Applikazzjoni

21 A.90B

Bidliet standard

21.A.91

Klassifikazzjoni tal-bidliet f'ċertifikat tat-tip

21.A.92

Eliġibbiltà

21.A.93

Applikazzjoni

21.A.95

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla minuri

21.A.97

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla maġġuri

21.A.101

Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.A.105

Żamma tar-reġistri

21.A.107

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.108

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

21.A.109

Obbligi u mmarkar tal-EPA

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.A.111

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.112 A

Eliġibbiltà

21.A.112B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.113

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.115

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fil-forma ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.116

Trasferibbiltà

21.A.117

Bidliet f'dik il-parti ta' prodott koperta b'ċertifikat tat-tip supplimentari

21.A.118 A

Obbligi u mmarkar tal-EPA

21.A.118B

Durata u validità kontinwa

21.A.119

Manwali

21.A.120 A

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.120B

Disponibbiltà tad-data tal-adegwatezza operattiva

SUBPARTI F —   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.121

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.122

Eliġibbiltà

21.A.124

Applikazzjoni

21.A.125 A

Ħruġ ta' ittra ta' ftehim

21.A.125B

Sejbiet

21.A.125C

Durata u validità kontinwa

21.A.126

Sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni

21.A.127

Testijiet: inġenju tal-ajru

21.A.128

Testijiet: magni u skrejjen

21.A.129

Obbligi tal-manifattur

21.A.130

Dikjarazzjoni tal-konformità

SUBPARTI G —   APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.A.131

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.133

Eliġibbiltà

21.A.134

Applikazzjoni

21.A.135

Ħruġ tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.A.139

Sistema tal-Kwalità

21.A.143

Espożizzjoni

21.A.145

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21.A.147

Bidliet fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata

21.A.148

Bidliet fil-post

21.A.149

Trasferibbiltà

21.A.151

Termini tal-approvazzjoni

21.A.153

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.157

Investigazzjonijiet

21.A.158

Sejbiet

21.A.159

Durata u validità kontinwa

21.A.163

Privileġġi

21.A.165

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.A.171

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.172

Eliġibbiltà

21.A.173

Klassifikazzjoni

21.A.174

Applikazzjoni

21.A.175

Lingwa

21.A.177

Emenda jew modifika

21.A.179

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.180

Spezzjonijiet

21.A.181

Durata u validità kontinwa

21.A.182

Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.A.201

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.203

Eliġibbiltà

21.A.204

Applikazzjoni

21.A.207

Emenda jew modifika

21.A.209

Trasferibbiltà u ħruġ mill-ġdid fl-Istati Membri

21.A.210

Spezzjonijiet

21.A.211

Durata u validità kontinwa

SUBPARTI J —   APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

21.A.231

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.233

Eliġibbiltà

21.A.234

Applikazzjoni

21.A.235

Ħruġ tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn

21.A.239

Sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21.A.243

Data

21.A.245

Rekwiżiti għall-approvazzjoni

21.A.247

Bidliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn

21.A.249

Trasferibbiltà

21.A.251

Termini tal-approvazzjoni

21.A.253

Bidliet fit-termini tal-approvazzjoni

21.A.257

Investigazzjonijiet

21.A.258

Sejbiet

21.A.259

Durata u validità kontinwa

21.A.263

Privileġġi

21.A.265

Obbligi tad-detentur

SUBPARTI K —   PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.301

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.303

Konformità mar-rekwiżiti applikabbli

21.A.305

Approvazzjoni ta' partijiet u tagħmir

21.A.307

Rilaxx ta' partijiet u tagħmir għall-installazzjoni

(SUBPARTI L —   MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

21.A.431 A

Kamp ta' Applikazzjoni

21 A.431B

Tiswijiet standard

21.A.432 A

Eliġibbiltà

21.A.432B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.432C

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

21.A.433

Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

21.A.435

Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

21.A.439

Produzzjoni ta' partijiet tat-tiswija

21.A.441

Inkorporazzjoni tat-tiswija

21.A.443

Limitazzjonijiet

21.A.445

Ħsara mhux imsewwija

21.A.447

Żamma tar-reġistri

21.A.449

Struzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa

21.A.451

Obbligi u mmarkar tal-EPA

(SUBPARTI N —   MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.A.601

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.602 A

Eliġibbiltà

21.A.602B

Dimostrazzjoni tal-kapaċità

21.A.603

Applikazzjoni

21.A.604

Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta' Potenza Awżiljari (APU)

21.A.605

Rekwiżiti tad-data

21.A.606

Rekwiżiti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.607

Privileġġi ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

21.A.608

Dikjarazzjoni tad-Disinn u l-Prestazzjoni (DDP)

21.A.609

Obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-ETSO

21.A.610

Approvazzjoni għal devjazzjoni

21.A.611

Bidliet fid-disinn

21.A.613

Żamma tar-reġistri

21.A.615

Spezzjoni mill-Aġenzija

21.A.619

Durata u validità kontinwa

21.A.621

Trasferibbiltà

SUBPARTI P —   PERMESS TAT-TITJIR

21.A.701

Kamp ta' Applikazzjoni

21.A.703

Eliġibbiltà

21.A.705

Awtorità kompetenti

21.A.707

Applikazzjoni għal permess tat-titjir

21.A.708

Kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.709

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.710

Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir

21.A.711

Ħruġ ta' permess tat-titjir

21.A.713

Bidliet

21.A.715

Lingwa

21.A.719

Trasferibbiltà

21.A.721

Spezzjonijiet

21.A.723

Durata u validità kontinwa

21.A.725

Tiġdid ta' permess tat-titjir

21.A.727

Obbligi tad-detentur ta' permess tat-titjir

21.A.729

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

21.A.801

Identifikazzjoni ta' prodotti

21.A.803

Immaniġġjar tad-data tal-identifikazzjoni

21.A.804

Identifikazzjoni ta' partijiet u tagħmir

21.A.805

Identifikazzjoni ta' partijiet kritiċi

21.A.807

Identifikazzjoni ta' oġġetti tal-ETSO

TAQSIMA B —   PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SUBPARTI A —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

21.B.5

Kamp ta' Applikazzjoni

21.B.20

Obbligi tal-awtorità kompetenti

21.B.25

Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti

21.B.30

Proċeduri dokumentati

21.B.35

Bidliet fl-organizzazzjoni u l-proċeduri

21.B.40

Riżoluzzjoni tat-tilwim

21.B.45

Rappurtar/koordinazzjoni

21.B.55

Żamma tar-reġistri

21.B.60

Direttivi tal-ajrunavigabbiltà

SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.70

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

21.B.75

Kundizzjonijiet speċjali

21.B.80

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.82

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.85

Definizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

21.B.100

Livell ta' involviment

21.B.103

Ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(SUBPARTI C —   MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI D —   TIBDILIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.105

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

21.B.107

Ħruġ ta' approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip

SUBPARTI E —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI

21.B.109

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

21.B.111

Ħrug ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

SUBPARTI F —   PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.120

Investigazzjoni

21.B.125

Sejbiet

21.B.130

Ħruġ ta' ittra ta' ftehim

21.B.135

Żamma tal-ittra ta' ftehim

21.B.140

Emenda fl-ittra ta' ftehim

21.B.145

Limitazzjoni, sospensjoni u revoka ta' ittra ta' ftehim

21.B.150

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI G —   APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

21.B.220

Investigazzjoni

21.B.225

Sejbiet

21.B.230

Ħruġ ta' ċertifikat

21.B.235

Sorveljanza kontinwa

21.B.240

Emenda ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.B.245

Sospensjoni u revoka ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni

21.B.260

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI H —   ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI

21.B.320

Investigazzjoni

21.B.325

Ħruġ ta' ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà

21.B.326

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

21.B.327

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett

21.B.330

Sospensjoni u revoka ta' ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ta' ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti

21.B.345

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI I —   ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU

21.B.420

Investigazzjoni

21.B.425

Ħruġ ta' ċertifikati tal-istorbju

21.B.430

Sospensjoni u revoka ta' ċertifikat tal-istorbju

21.B.445

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI J —   APPROVAZZJONI TA' ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN

SUBPARTI K —   PARTIJIET U TAGĦMIR

(SUBPARTI L —   MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI M —   TISWIJIET

21.B.450

Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri

21.B.453

Ħruġ ta' approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(SUBPARTI N —   MHUX APPLIKABBLI)

SUBPARTI O —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA' STANDARD TEKNIKU EWROPEW

21.B.480

Ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

SUBPARTI P —   PERMESS TAT-TITJIR

21.B.520

Investigazzjoni

21.B.525

Ħruġ ta' permessi tat-titjir

21.B.530

Revoka ta' permessi tat-titjir

21.B.545

Żamma tar-reġistri

SUBPARTI Q —   IDENTIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR

Appendiċijiet

Appendiċi I —

Il-Formola 1 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat;

Appendiċi II —

Il-Formola 15a tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà;

Appendiċi III —

Il-Formola 20a tal-EASA — Il-Permess tat-Titjir;

Appendiċi IV —

Il-Formola 20b tal-EASA — Permess tat-titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati);

Appendiċi V —

Il-Formola 24 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett;

Appendiċi VI —

Il-Formola 25 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà;

Appendiċi VII —

Il-Formola 45 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tal-Istorbju;

Appendiċi VIII —

Il-Formola 52 tal-EASA — Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru;

Appendiċi IX —

Il-Formola 53 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz;

Appendiċi X —

Il-Formola 55 tal-EASA — Iċ-Ċertifikat ta' Approvazzjoni ta' Organizzazzjoni tal-Produzzjoni;

Appendiċi XI —

Il-Formola 65 tal-EASA — L-Ittra ta' Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni;

Appendiċi XII —

Il-Kategoriji ta' testijiet tat-titjira u l-kwalifika 85 tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjira bi prova.”

(2)

il-punt 21.A.14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, mogħtija mill-Aġenzija b'konformità mas-Subparti J.”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

B'deroga mill-punt (a), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.15(b), meta l-prodott li jrid jiġi ċċertifikat ikun:

1.

inġenju tal-ajru tat-tip ELA1; jew

2.

magna jew skrun installati f'inġenju tal-ajru tat-tip ELA1.”;

(3)

il-punt 21.A.15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (b), (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għandha tinkludi, bħala minimu, id-data deskrittiva preliminari tal-prodott, l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta' operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni. Barra minn hekk, din għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.20, li jkun jikkonsisti minn:

1.

deskrizzjoni dettaljata tad-disinn tat-tip, inkluż il-konfigurazzjonijiet kollha li għandhom jiġu ċċertifikati;

2.

il-karatteristiċi operattivi u l-limitazzjonijiet proposti;

3.

l-użu maħsub tal-prodott u t-tip ta' operazzjonijiet li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni;

4.

proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, imħejjija skont ir-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85;

5.

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta' konformità u d-dokumenti ta' konformità relatati;

6.

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew fuq il-protezzjoni ambjentali. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fis-sottopunti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

7.

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.

(c)

Wara s-sottomissjoni inizjali tiegħu lill-Aġenzija, il-programm taċ-ċertifikazzjoni għandu jiġi aġġornat mill-applikant meta jkun hemm bidliet fil-proġett taċ-ċertifikazzjoni li jaffettwaw xi wieħed mill-punti 1 sa 7 tal-punt (b).

(d)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru għandha tinkludi suppliment ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, jew tiġi supplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali.”;

(b)

jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

Applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat ristrett tat-tip ta' ajruplan kbir jew ta' inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal ħames snin, u applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra għandha tkun valida għal tliet snin sakemm, waqt l-applikazzjoni, l-applikant ma jurix li l-prodott tiegħu jeħtieġ perjodu itwal taż-żmien biex ikun jista' juri u jiddikjara l-konformità u l-Aġenzija taqbel mal-perjodu itwal taż-żmien.

(f)

Jekk ma jkunx inħareġ ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett, jew jekk ikun evidenti li mhux se jinħareġ, tul il-perjodu taż-żmien stabbilit skont il-punt (e), l-applikant jista':

1.

jissottometti applikazzjoni ġdida u jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85 għad-data tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

2.

japplika għal estensjoni tal-perjodu taż-żmien previst fil-punt (e) u jipproponi data ġdida għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett. F'dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82 u 21.B.85 għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, għal applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir jew għal inġenju tal-ajru kbir bir-rotors, dik id-data ma għandhiex tkun aktar minn ħames snin qabel id-data ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett, u ma għandhiex tkun aktar minn tliet snin qabel għal applikazzjoni għal kwalunkwe ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett oħra.”;

(4)

il-punt 21.A.16 A huwa revokat;

(5)

il-punt 21.A.16B huwa revokat;

(6)

il-punt 21.A.17 A huwa revokat;

(7)

il-punt 21.A.17B huwa revokat;

(8)

il-punt 21.A.18 huwa revokat;

(9)

il-punti 21.A.20 u 21.A.21 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“21.A.20   Demostrazzjoni tal-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali

(a)

Wara l-aċċettazzjoni tal-programm taċ-ċertifikazzjoni mill-Aġenzija, l-applikant għandu juri konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat lill-applikant mill-Aġenzija skont il-punti 21.B.80, 21.B.82, 21.B.85, u għandu jipprovdi l-mezzi lill-Aġenzija li permezz tagħhom tkun intweriet din il-konformità.

(b)

L-applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kull diffikultà jew avveniment li ltaqa' miegħu matul il-proċess ta' dimostrazzjoni tal-konformità li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 21.A.15(b)(6) jew fuq il-programm taċ-ċertifikazzjoni, jew li altrimenti jaf ikun jeħtieġ bidla fil-livell ta' involviment tal-Aġenzija li qabel kien ġie notifikat bih l-applikant skont il-punt 21.B.100(c).

(c)

L-applikant għandu jirreġistra l-ġustifikazzjonijiet ta' konformità fid-dokumenti ta' konformità, kif imsemmi fil-programm taċ-ċertifikazzjoni.

(d)

Wara t-tlestija tad-dimostrazzjonijiet ta' konformità kollha skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni, inkluż kwalunkwe spezzjonijiet u testijiet b'konformità mal-punt 21.A.33, u wara t-testijiet tat-titjir kollha b'konformità mal-punt 21.A.35, l-applikant għandu jiddikjara li:

1.

ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit u notifikat mill-Aġenzija, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni kif aċċettat mill-Aġenzija; kif ukoll

2.

ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(e)

L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (d). Meta l-applikant ikollu approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn, id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha ssir b'konformità mas-Subparti J u tiġi ppreżentata lill-Aġenzija.

21.A.21   Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(a)

Biex jinħariġlu ċertifikat tat-tip ta' prodott jew, meta l-inġenju tal-ajru ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139, għal ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru, l-applikant għandu:

1.

juri l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.14;

2.

jikkonforma mal-punt 21.A.20;

3.

juri li l-magna u l-iskrun, jekk dawn ikunu installati fuq l-inġenju tal-ajru:

(A)

għandhom ċertifikat tat-tip maħruġ jew stabbilit b'konformità ma' dan ir-Regolament; jew

(B)

ikun intwera li huma konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip stabbilita tal-inġenji tal-ajru u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati u notifikati mill-Aġenzija skont kif meħtieġ biex ikunu żgurati titjiriet mingħajr periklu bl-inġenju tal-ajru.

(b)

B'deroga mill-punt (a)(2), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant ikun intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.”;

(10)

il-punt 21.A.23 huwa revokat;

(11)

fil-punt 21.A.31(a), il-punt 4 hu sostitwit b'dan li ġej:

“4.

kull data oħra li b'paragun tkun tippermetti d-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u, jekk rilevanti, il-karatteristiċi ambjentali ta' prodotti tal-istess tip li jsiru aktar 'il quddiem.”;

(12)

il-punt 21.A.33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.33   Spezzjonijiet u testijiet

(a)

(Riżervat)

(b)

Qabel ma jsir kull test waqt id-dimostrazzjoni tal-konformità kif meħtieġ skont il-punt 21.A.20, l-applikant għandu jkun ivverifika:

1.

fil-każ tal-kampjun tat-test, li:

(i)

il-materjali u l-proċessi jikkonformaw b'mod adegwat mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tat-tip propost;

(ii)

il-partijiet tal-prodott jikkonformaw b'mod adegwat mat-tpinġijiet tad-disinn tat-tip propost; kif ukoll

(iii)

il-proċessi tal-manifattura, il-kostruzzjoni u t-twaħħil jikkonformaw b'mod adegwat ma' dawk speċifikati fid-disinn tat-tip propost; kif ukoll

2.

fil-każ tat-test u t-tagħmir tal-kejl li jridu jintużaw għat-test, li dawn ikunu adegwati għat-test u kkalibrati kif xieraq.

(c)

Abbażi tal-verifiki mwettqa skont il-punt (b), l-applikant għandu joħroġ dikjarazzjoni tal-konformità li telenka kull nuqqas ta' konformità potenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni li dan ma jaffettwax ir-riżultati tat-test, u għandu jippermetti lill-Aġenzija biex tagħmel spezzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa ħalli tivverifika l-validità ta' dik id-dikjarazzjoni.

(d)

L-applikant għandu jippermetti lill-Aġenzija biex:

1.

tanalizza kull data u informazzjoni relatata mad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

2.

tixhed jew twettaq kwalunkwe test jew spezzjoni li jsiru bil-fini li tintwera l-konformità.

(e)

Fil-każ tat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha li tkun rat jew wettqet l-Aġenzija b'konformità mal-punt (d)(2):

1.

l-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (c); kif ukoll

2.

l-ebda bidla li taffettwa l-validità tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma għandha ssir fil-mudell tat-test, jew fit-test u fl-apparat li jkejjel, fiż-żmien minn meta ssir id-dikjarazzjoni ta' konformità prevista fil-punt (c) sa meta l-kampjun tat-test jiġi ppreżentat lill-Aġenzija għat-test.”;

(13)

il-punt 21.A.41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.41   Ċertifikat tat-tip

Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet operatorji, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kull kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-data tal-adegwatezza operattiva, kif ukoll l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-istorbju. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip u taċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu jinkludu r-rekord tal-konformità tal-emissjonijiet tas-CO2, u l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord ta' konformità tal-emissjonijiet tal-egżost.”;

(14)

il-punt 21.A.91 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.91   Klassifikazzjoni tal-bidliet f'ċertifikat tat-tip

Bidliet f'ċertifikat tat-tip jiġu kklassifikati bħala minuri u maġġuri. “Bidla minuri” ma għandha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi operattivi, id-data tal-adegwatezza operattiva, jew fuq karatteristiċi oħra li jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-prodott jew il-karatteristiċi ambjentali tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, il-bidliet l-oħra kollha huma “bidliet maġġuri” skont din is-Subparti. Il-bidliet maġġuri u minuri għandhom jiġu approvati b'konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom jiġu identifikati b'mod adegwat.”

(15)

il-punt 21.A.93 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.93   Applikazzjoni

(a)

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' bidla fiċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir b'forma u manjiera stabbiliti mill-Aġenzija.

(b)

Applikazzjoni għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni għad-dimostrazzjoni tal-konformità skont l-punt 21.A.20, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, dan jikkonsisti minn:

1.

deskrizzjoni tal-bidla li tidentifika:

(i)

il-konfigurazzjoni(jiet) tal-prodott fiċ-ċertifikat tat-tip li fuqha/fuqhom trid issir il-bidla;

(ii)

l-oqsma kollha tal-prodott fiċ-ċertifikat tat-tip, inkluż il-manwali approvati, li jinbidlu jew jiġu affettwati mill-bidla; kif ukoll

(iii)

meta l-bidla taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, kull bidla meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva;

2.

identifikazzjoni tar-riinvestigazzjonijiet meħtieġa biex juru l-konformità tal-bidla u tal-oqsma affettwati mill-bidla mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3.

fil-każ ta' bidla maġġuri f'ċertifikat tat-tip:

(i)

proposta għal bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inizjali, ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, ippreparati skont ir-rekwiżiti u l-opzjonijiet speċifikati fil-punt 21.A.101;

(ii)

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż proposta għall-mezz ta' konformità u d-dokumenti ta' konformità relatati;

(iii)

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikattivi ta' attivitajiet u ta'data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva jew mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew fuq il-protezzjoni ambjentali. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

(iv)

skeda tal-proġett li tkun tinkludi t-tappi ewlenin.

(c)

Applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip ta' ajruplan kbir jew ta' inġenju tal-ajru kbir bir-rotors għandha tkun valida għal ħames snin, u applikazzjoni għal bidla f'xi tip ieħor ta' ċertifikat tat-tip għandha tkun valida għal tliet snin. Jekk il-bidla ma tkunx ġiet approvata, jew ikun ċar li din mhix se tiġi approvata fil-limitu ta' żmien stabbilit f'dan il-punt, l-applikant jista':

1.

jissottometti applikazzjoni ġdida għal bidla taċ-ċertifikat tat-tip u jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101 u kif notifikat skont il-punt 21.B.105 għad-data tal-applikazzjoni l-ġdida; jew

2.

japplika għal estensjoni tal-perjodu ta' żmien previst fl-ewwel sentenza tal-punt (c) għall-applikazzjoni oriġinali u jipproponi data ġdida għall-ħruġ tal-approvazzjoni. F'dak il-każ, l-applikant għandu jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101 u kif notifikat skont il-punt 21.B.105, għal data li jrid jagħżel l-applikant. Madankollu, għal applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' ajruplan kbir jew ta' inġenjy tal-ajru kbir bir-rotors, dik id-data ma għandhiex tiġi aktar minn ħames snin qabel id-data ġdida proposta mill-applikant għall-ħruġ ta' approvazzjoni, u ma għandhiex tkun aktar minn tliet snin qabel għal applikazzjoni għal xi tip ieħor ta' ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett.”;

(16)

il-punti 21.A.95, 21.A.97 u 21.A.101 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“21.A.95   Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla minuri

(a)

Bidliet minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati minn:

1.

l-Aġenzija; jew

2.

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (2) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b)

Bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tiġi approvata biss:

1.

meta jkun intwera li din il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip;

2.

fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, meta jkun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip;

3.

meta l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli skont il-punt (1) tkun ġiet dikjarata u l-ġustifikazzjonijiet ta' konformità jkunu ġew irreġistrati fid-dokumenti tal-konformità; kif ukoll

4.

meta ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun intalbet iċ-ċertifikazzjoni;

(c)

B'deroga mill-punt (1) fil-punt (b), l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dawk inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip jistgħu jintużaw għall-approvazzjoni ta' bidliet minuri, diment li dawn ma jkunux jaffettwaw id-dimostrazzjoni tal-konformità.

(d)

B'deroga mill-punt (a), u fuq talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla minuri f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tista' tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

(e)

L-applikant għandu jissottometti lill-Aġenzija d-data sostanzjanti għall-bidla, u dikjarazzjoni li tkun intweriet il-konformità skont il-punt (b).

(f)

Approvazzjoni ta' bidla minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla.

21.A.97   Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidla maġġuri

(a)

Bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom jiġu kklassifikati u approvati minn:

1.

l-Aġenzija; jew

2.

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (8) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b)

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tiġi approvata biss:

1.

meta jkun intwera li din il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

2.

fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, meta jkun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jissodisfaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101; kif ukoll

3.

meta tkun intweriet konformità mal-punti (1) u (2) skont il-punt 21.A.20, kif applikabbli għall-bidla.

(c)

B'deroga mill-punti (2) u (3) tal-punt (b), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), bidla maġġuri f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tista' tiġi approvata qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(d)

Approvazzjoni ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla.

21.A.101   Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

(a)

Bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-prodott mibdul, fid-data tal-applikazzjoni tal-bidla jew tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara dik id-data skont il-punt (f) ta' hawn taħt. Il-validità tal-applikazzjoni għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 21.A.93(c). Barra minn hekk, il-prodott mibdul għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali identifikati mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.85.

(b)

B'deroga mill-punt (a), emenda preċedenti fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) u f'xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra li għandha x'taqsam direttament, tista' tintuża f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, diment li l-emenda preċedenti ssir applikabbli qabel id-data meta jkunu saru applikabbli l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni korrispondenti inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip:

1.

bidla li l-Aġenzija jidhrilha li mhix sinifikanti. Fid-determinazzjoni ta' jekk bidla speċifika hix sinifikanti jew le, l-Aġenzija għandha tikkonsidra l-bidla fil-kuntest tal-bidliet preċedenti kollha fid-disinn rilevanti u tar-reviżjonijiet kollha relatati mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli inkorporati b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip għall-prodott. Il-bidliet li jkunu jissodisfaw xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu awtomatikament bħala sinifikanti:

(i)

il-konfigurazzjoni ġenerali jew il-prinċipji tal-kostruzzjoni ma jinżammux;

(ii)

is-suppożizzjonijiet użati għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott li jrid jinbidel ma jibqgħux validi;

2.

kull qasam, sistema, parti jew tagħmir li l-Aġenzija jidhrilha li mhumiex affettwati mill-bidla;

3.

kull qasam, sistema, parti jew tagħmir li jiġi affettwat mill-bidla u li dwarhom l-Aġenzija jidhrilha li l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta' sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(c)

B'deroga mill-punt (a), fil-każ ta' bidla f'inġenju tal-ajru għajr inġenju tal-ajru bir-rotors u b'piż massimu ta' 2 722 kg (6 000 lb) jew inqas, jew f'inġenji tal-ajru bir-rotors mingħajr turbina b'piż massimu ta' 1 361 kg (3 000 lb) jew inqas, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip. Iżda, jekk l-Aġenzija ssib li l-bidla hija sinifikanti f'xi qasam, l-Aġenzija tista' titlob li l-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw ma' emenda fl-ispeċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza fiċ-ċertifikat tat-tip, u f'xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata direttament, diment li l-Aġenzija ma tkunx sabet ukoll li l-konformità ma' dik l-emenda ma tikkontribwixxix materjalment għal-livell ta' sikurezza tal-prodott mibdul, jew inkella ma tkunx prattika.

(d)

Jekk l-Aġenzija jidhrilha li l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla ma jkunux jipprovdu standards adegwati fir-rigward tal-bidla proposta, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformaw ukoll ma' kull kundizzjoni speċjali oħra, u mal-emendi għal dawk il-kundizzjonijiet speċjali, preskritti mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75, biex jinkiseb livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak stabbilit fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli fid-data tal-applikazzjoni għall-bidla.

(e)

B'deroga mill-punti (a), (b) u (c), il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla jistgħu jikkonformaw ma' alternattiva għal xi speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni identifikati mill-Aġenzija, jekk dan jiġi propost mill-applikant, diment li l-Aġenzija ssib li l-alternattiva tipprovdi livell ta' sikurezza li huwa:

1.

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip:

(i)

ekwivalenti għal dak tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni magħżula mill-Aġenzija skont (a), (b) jew (c) ta' hawn fuq; jew

(ii)

konformi mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139;

2.

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ristrett, adegwat fir-rigward tal-użu maħsub tiegħu.

(f)

Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f'emenda li ssir applikabbli wara li jippreżenta l-applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip, il-bidla u l-oqsma affettwati mill-bidla għandhom jikkonformw ukoll ma' kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett.

(g)

Meta l-applikazzjoni għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru tkun tinkludi, jew tiġi ssupplimentata b'bidla wara l-applikazzjoni inizjali biex tinkludi bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tiġi stabbilita skont il-punti (a) sa (f).”;

(17)

il-punt 21.A.103 huwa revokat;

(18)

il-punti 21.A.111 u 21.A.112 A huma sostitwiti b'dan li ġej:

“21.A.111   Kamp ta' Applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip bil-proċeduri ta' ċertifikat tat-tip supplimentari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal dawk iċ-ċertifikati, u tad-detenturi tagħhom. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21.A.112 A   Eliġibbiltà

Kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun uriet, jew tinsab fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha b'konformità mal-punt 21.A.112B, tista' tapplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din is-Subparti.”;

(19)

il-punt 21.A.112B huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Applikant għal ċertifikat tat-tip supplimentari għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jkollu approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija skont is-Subparti J.”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

B'deroga mill-punt (a), fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 21.A.14(c), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.93(b).”;

(20)

il-punt 21.A.113 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Meta japplika għal ċertifikat tat-tip supplimentari, l-applikant għandu:

(i)

fl-applikazzjoni jinkludi l-informazzjoni meħtieġa mill-punt 21.A.93(b);

(ii)

jispeċifika jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tkunx tħejjiet jew hix se titħejja kollha kemm hi mill-applikant jew abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.”;

(b)

jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

“(c)

Il-punt 21.A.93(c) japplika għar-rekwiżiti tal-limiti taż-żmien tal-effettività tal-applikazzjoni, kif ukoll għar-rekwiżiti relatati mal-ħtieġa li jiġu aġġornati l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, meta l-bidla ma tkunx ġiet approvata, jew meta jkun ċar li din mhix se tkun approvata fil-limitu taż-żmien stabbilit.”;

(21)

il-punt 21.A.114 huwa revokat;

(22)

il-punt 21.A.115 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.115   Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' bidliet maġġuri fil-forma ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

(a)

Ċertifikati tat-tip supplimentari għandhom jinħarġu minn:

1.

l-Aġenzija; jew

2.

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1) u (9) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.

(b)

Ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jinħareġ biss meta:

1.

l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.112B;

2.

ikun intwera li l-bidla f'ċertifikat tat-tip u l-oqsma affettwati mill-bidla jikkonformaw mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

3.

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, ikun intwera li l-bidliet meħtieġa fid-data tal-adegwatezza operattiva jissodisfaw il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, kif stabbilit mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.101;

4.

il-konformità mal-punti (2) u (3) tintwera b'konformità mal-punt 21.A.20, kif applikabbli għall-bidla; kif ukoll

5.

jekk l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip b'konformità mal-punt 21.A.113(b):

(i)

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun indika li mhemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt 21.A.93; kif ukoll

(ii)

id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip ikun qabel li jikkollabora mad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplimentari biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għal ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz ta' konformità mal-punti 21.A.44 u 21.A.118 A.

(c)

B'deroga mill-punti (3) u (4) tal-punt (b) u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-applikant hu intitolat li jkollu ċertifikat tat-tip supplimentari għal inġenju tal-ajru maħruġ qabel ma l-applikant ikun wera konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(d)

Ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li miegħu għandha x'taqsam il-bidla maġġuri.”;

(23)

fil-punt 21.A.130, il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Dikjarazzjoni tal-konformità għandha tinkludi dan kollu li ġej:

1.

għal kull prodott, parti jew tagħmir, dikjarazzjoni li l-prodott, il-parti jew it-tagħmir ikunu konformi mad-data tad-disinn approvat, u li dawn ikunu f'kundizzjoni ta' tħaddim sikur;

2.

għal kull inġenju tal-ajru, dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun għadda mit-testijiet tal-art u tal-ajru b'konformità mal-punt 21.A.127(a);

3.

għal kull magna, jew skrun b'angolu tal-qala' varjabbli, dikjarazzjoni li l-manifattur tal-magna, jew tal-iskrun b'angolu tal-qala' varjabbli għamel test funzjonali finali skont il-punt 21.A.128;

4.

barra minn hekk, fil-każ tar-rekwiżiti ambjentali:

(i)

dikjarazzjoni li l-magna lesta hi konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tal-egżost tal-magna fid-data tal-manifattura tal-magna, u;

(ii)

dikjarazzjoni li l-ajruplan lest hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.”;

(24)

fil-punt 21.A.145, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)

fir-rigward tad-data kollha meħtieġa tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent:

1.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni qed tirċievi din id-data mingħand l-Aġenzija, u mingħand id-detentur jew l-applikant ta' ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett jew approvazzjoni tad-disinn, inkluż kwalunkwe eżenzjoni mogħtija kontra r-rekwiżiti tal-qtugħ tal-produzzjoni tas-CO2, biex tiġi ddeterminata l-konformità mad-data tad-disinn applikabbli;

2.

l-organizzazzjoni tal-produzzjoni stabbiliet proċedura biex tiżgura li d-data tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent tiġi inkorporata b'mod korrett fid-data tal-produzzjoni tagħha u,

3.

din id-data tinżamm aġġornata u tkun disponibbli għall-persunal kollu li jkun jeħtieġ jaċċessa din id-data biex iwettaq dmirijietu.

(c)

fir-rigward tal-amministrazzjoni u l-persunal:

1.

ikun inħatar meniġer mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni li jkun responsabbli quddiem l-awtorità kompetenti. Bħala responsabbiltà fi ħdan l-organizzazzjoni, dan għandu jiżgura li l-produzzjoni kollha ssir skont l-istandards meħtieġa u li l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun konformi kontinwament mad-data u mal-proċeduri identifikati fl-espożizzjoni msemmija fil-punt 21.A.143;

2.

ikunu ġew nominati persuna jew grupp ta' persuni mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni biex jiżguraw li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (il-Parti 21), u jiġu identifikati, flimkien mal-limitu tal-awtorità tagħhom. Dawn il-persuni għandhom jaġixxu taħt l-awtorità diretta tal-meniġer responsabbli msemmi fil-punt (1). Il-persuni nominati għandhom ikunu kapaċi juru l-għarfien, il-passat u l-esperjenza meħtieġa biex jeżegwixxu r-responsabbiltajiet tagħhom;

3.

il-persunal fil-livelli kollha jkun ingħata l-awtorità xierqa biex ikun jista' jeżegwixxi r-responsabbiltajiet mogħtija lilu, u jkun hemm koordinazzjoni sħiħa u effettiva fi ħdan l-organizzazzjoni tal-produzzjoni fejn jidħlu materji ta' data tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent.”;

(25)

fil-punt 21.A.147, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Wara l-ħruġ ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata li tkun sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-ambjent tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, partikolarment il-bidliet fis-sistema tal-kwalità, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-awtorità kompetenti u l-organizzazzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti, qabel ma tiġi implementata l-bidla, li din konformi ma' din is-Subparti.”;

(26)

fil-punt 21.A.174, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Kull applikazzjoni għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew għal ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għandha tinkludi:

1.

il-klassi taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà li għalih tkun saret l-applikazzjoni;

2.

fir-rigward ta' inġenju tal-ajru ġdid:

(i)

dikjarazzjoni tal-konformità:

maħruġa skont il-punt 21.A.163(b); jew

maħruġa skont il-punt 21.A.130 u vvalidata mill-awtorità kompetenti; jew

għal inġenju tal-ajru importat, dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità tal-esportazzjoni li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat mill-Aġenzija;

(ii)

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija u;

(iii)

il-manwal tat-titjira, meta dan ikun meħtieġ mill-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal dak l-inġenju tal-ajru partikolari.

3.

fir-rigward ta' inġenju tal-ajru użat:

(i)

li jkun joriġina fi Stat Membru, ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà maħruġ b'konformità mal-Parti M;

(ii)

li jkun joriġina minn pajjiż li mhux Stat Membru:

dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn l-ajruplan hu rreġistrat jew kien irreġistrat, li tkun tirrifletti l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fir-reġistru tiegħu fiż-żmien tat-trasferiment;

rapport dwar il-piż u l-bilanċ bi skeda tat-tagħbija;

il-manwal tat-titjir meta dan il-materjal ikun meħtieġ mill-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari;

rekords storiċi biex jiġi stabbilit l-istandard tal-produzzjoni, tal-modifika u tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-limitazzjonijiet kollha assoċjati maċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett skont il-punt 21.B.327;

rakkomandazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett u ta' ċertifikat tar-rieżami tal-ajrunavigabbiltà wara li jkun sar rieżami tal-ajrunavigabbiltà b'konformità mal-Parti M; kif ukoll

id-data meta nħareġ l-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u, jekk japplikaw l-istandards tal-Anness 16, il-Volum III, id-data tal-valur metriku tas-CO2.”;

(27)

il-punt 21.A.231 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.231   Kamp ta' Applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tad-disinn u regoli li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti u tad-detenturi ta' dawn l-approvazzjonijiet. F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.”;

(28)

il-punt 21.A.251 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.251   Termini tal-approvazzjoni

It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi ta' xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni għandha l-approvazzjoni biex twettaq fejn jidħlu l-ajrunavigabbiltà, l-adegwatezza operattiva u l-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti. Għall-approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tad-disinn li jkopru ċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni ta' Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (ETSO) għal unitajiet ta' potenza awżiljari (APUs), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.”

(29)

il-punt 21.A.258 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Meta, waqt l-investigazzjonijiet imsemmija fil-punti 21.A.257 u 21.B.100 ikun hemm evidenza oġġettiva li turi nuqqas ta' konformità tad-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan l-Anness, is-sejba għandha tiġi kklassifikata kif ġej:

1.

sejba tal-“livell 1” hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jista' jwassal għal nuqqas ta' konformità mhux ikkontrollata mar-rekwiżiti applikabbli u li jaffettwa s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru;

2.

sejba tal-“livell 2” hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li mhux ikklassifikat bħala sejba tal-“livell 1”.”;

(b)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(c)

Meta tasal in-notifika tas-sejbiet skont il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija:

1.

fil-każ ta' sejba tal-“livell 1”, id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu juri għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija li jkun ħa azzjoni korrettiva fi żmien 21 jum tax-xogħol wara l-konferma bil-miktub tas-sejba;

2.

fil-każ ta' sejbiet tal-“livell 2”, id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu juri għas-sodisfazzjon tal-Aġenzija li jkun ħa azzjoni korrettiva fi żmien iffissat mill-Aġenzija li jkun xieraq għan-natura tas-sejba u li inizjalment ma jkunx iżjed minn tliet xhur. L-Aġenzija tista' testendi dan il-perjodu taż-żmien inizjali meta jkun jidhrilha li n-natura tas-sejba tippermetti din l-estensjoni u meta l-applikant ikun ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva li l-Aġenzija tqisu sodisfaċenti; kif ukoll

3.

sejbiet tal-“livell 3” ma għandhomx jeħtieġu azzjoni immedjata mid-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.

(d)

Fil-każ ta' sejbiet tal-“livell 1” jew tal-“livell 2”, l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn tista' tkun soġġetta għal sospensjoni jew revoka, parzjali jew sħaħ, skont il-proċeduri amministrattivi applikabbli stabbiliti mill-Aġenzija. F'dak il-każ, id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu jipprovdi konferma fi żmien xieraq li wasal l-avviż tas-sospensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn.”;

(30)

il-punt 21.A.263 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.263   Privileġġi

(a)

(Riżervat)

(b)

(Riżervat)

(c)

Detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu jkun intitolat, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, kif stabbiliti mill-Aġenzija, u skont il-proċeduri rilevanti tas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn, li:

1.

jikklassifika l-bidliet f'ċertifikat tat-tip jew f'ċertifikat tat-tip supplimentari u d-disinji tat-tiswijiet bħala “maġġuri” jew “minuri”;

2.

japprova l-bidliet minuri f'ċertifikat tat-tip jew f'ċertifikat tat-tip supplimentari u d-disinji tat-tiswijiet minuri;

3.

(Riżervat);

4.

(Riżervat);

5.

japprova ċerti disinji tat-tiswija maġġuri fis-Subparti M għal prodotti jew sistemi ta' potenza awżiljari (APUs);

6.

japprova l-kundizzjonijiet tat-titjir għal ċerti inġenji tal-ajru, li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir skont il-punt 21.A.710(a)(2), għajr il-permessi tat-titjir li jkunu se jinħarġu għall-iskop tal-punt 21.A.701(a)(15);

7.

joħroġ permess tat-titjir skont il-punt 21.A.711(b) għal inġenju tal-ajru li hu jkun iddisinja jew immodifika, jew li għalih ikun approva, skont il-punt 21.A.263(c)(6), il-kundizzjonijiet tat-titjir li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir, u meta hu stess bħala d-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn:

(i)

ikun jikkontrolla l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru, u

(ii)

jixhed il-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjira;

8.

japprova ċerti bidliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip fis-Subparti D; kif ukoll

9.

joħroġ ċerti ċertifikati tat-tip supplimentari fis-Subparti E u japprova ċerti bidliet maġġuri f'dawk iċ-ċertifikati.”;

(31)

il-punt 21.A.265 hu sostitwit b'dan li ġej:

“21.A.265   Obbligi tad-detentur

Id-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn għandu, fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tiegħu, kif stabbiliti mill-Aġenzija:

(a)

iżomm il-manwal meħtieġ skont il-punt 21.A.243 b'konformità mas-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn;

(b)

jiżgura li dan il-manwal jew il-proċeduri rilevanti inklużi b'kontroreferenza jintużaw bħala dokument bażiku ta' ħidma fi ħdan l-organizzazzjoni;

(c)

jiddetermina li d-disinn tal-prodotti, jew il-bidliet jew it-tiswijiet tagħhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli u ma jkunx fihom karatteristiċi perikolużi;

(d)

jipprovdi dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni relatata lill-Aġenzija li jkunu jikkonfermaw il-konformità mal-punt (c), għajr għall-proċessi tal-approvazzjoni mwettqa b'konformità mal-punt 21.A.263(c);

(e)

jipprovdi data jew informazzjoni lill-Aġenzija relatati mal-azzjonijiet meħtieġa skont il-punt 21.A.3B;

(f)

Jiddetermina l-kundizzjonijiet, skont il-punt 21.A.263(c)(6), li skonthom jista' jinħareġ permess tat-titjir;

(g)

jistabbilixxi, skont il-punt 21.A.263(c)(7), il-konformità mal-punti (b) u (e) tal-punt 21.A.711 qabel joħroġ permess tat-titjir lil inġenju tal-ajru;

(h)

jiddeżinja d-data u l-informazzjoni maħruġa bl-awtorità ta' organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tat-termini tal-approvazzjoni tagħha kif stabbilit mill-Aġenzija bid-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-kontenut tekniku ta' dan id-dokument hu approvat bl-awtorità tad-DOA ref. EASA. 21J.[XXXX]”.”;

(32)

il-punt 21.A.431 A huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija ta' prodott, ta' parti jew ta' apparat, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti jew tad-detenturi ta' dawk l-approvazzjonijiet.”;

(b)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(c)

“Tiswija” tfisser it-tneħħija ta' ħsara u/jew ir-restawr ta' prodott, parti jew tagħmir għal kundizzjoni ta' ajrunavigabbiltà wara r-rilaxx inizjali fis-servizz mill-manifattur.

(d)

It-tneħħija ta' ħsara, li ssir billi jinbidlu partijiet jew tagħmir mingħajr il-ħtieġa ta' attività tad-disinn, għandha titqies bħala xogħol ta' manutenzjoni, u għalhekk ma għandha tkun teħtieġ l-ebda approvazzjoni skont dan l-Anness.”;

(c)

jiddaħħal il-punt (f) li ġej:

“(f)

F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.”;

(33)

il-punt 21.A.432B huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

Applikant tal-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri għandu juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb approvazzjoni ta' organizzazzjoni tad-disinn, maħruġa mill-Aġenzija b'konformità mas-Subparti J.”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

B'deroga mill-punt (a), fil-każ tal-prodotti msemmija fil-punt 21.A.14(c), applikant jista' juri l-kapaċità tiegħu billi jikseb l-aċċettazzjoni tal-Aġenzija għall-programm taċ-ċertifikazzjoni tiegħu stabbilit b'konformità mal-punt 21.A.432C(b).”;

(34)

jiddaħħal il-punt 21.A.432C li ġej:

“21.A.432C   Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

(a)

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija għandha ssir b'mod u manjiera kif stabbilit mill-Aġenzija.

(b)

Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri għandha tinkludi programm taċ-ċertifikazzjoni, jew tiġi ssupplimentata bih wara l-applikazzjoni inizjali, u dan ikun fih:

1.

deskrizzjoni tal-ħsara u disinn tat-tiswija tal-ħsara li jidentifikaw il-konfigurazzjoni fid-disinn tat-tip li fuqha tkun saret tiswija;

2.

identifikazzjoni tal-oqsma kollha tad-disinn tat-tip u l-manwali approvati li huma mibdula jew milquta mid-disinn tat-tiswija;

3.

identifikazzjoni ta' kwalunkwe investigazzjonijiet mill-ġdid meħtieġa biex juru l-konformità tad-disinn tat-tiswija u l-oqsma affettwati mid-disinn tat-tiswija mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

4.

kwalunkwe emenda proposta għall-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU;

5.

proposta għal tqassim tal-programm taċ-ċertifikazzjoni fi gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità, inkluż il-mezzi u l-proċess proposti li għandhom jiġu segwiti biex tintwera l-konformità mal-punt 21.A.433(a)(1) u r-referenzi għal dokumenti tal-konformità relatati;

6.

proposta għall-valutazzjoni tal-gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità li jindirizzaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tal-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti. Il-valutazzjoni proposta għandha tqis mill-anqas l-elementi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-punt 21.B.100(a). Abbażi ta' din il-valutazzjoni, l-applikazzjoni għandha tinkludi proposta għall-involviment tal-Aġenzija fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità; kif ukoll

7.

l-ispeċifikazzjoni jekk id-data taċ-ċertifikazzjoni tħejjietx kollha mill-applikant jew abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.”;

(35)

il-punti 21.A.433 u 21.A.435 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“21.A.433   Rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

(a)

Disinn tat-tiswija għandu jiġi approvat biss meta:

1.

jintwera, wara l-programm taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt 21.A.432C(b), li d-disinn tat-tiswija hu konformi mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew inkella fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, kif ukoll b'kull emenda li tiġi stabbilita u notifikata mill-Aġenzija b'konformità mal-punt 21.B.450;

2.

tiġi ddikjarata l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli skont il-punt (a)(1) u l-ġustifikazzjonijiet tal-konformità jiġu rreġistrati fid-dokumenti tal-konformità;

3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni; kif ukoll

4.

l-applikant ikun speċifika li jkun ipprovda d-data taċ-ċertifikazzjoni abbażi ta' arranġament ma' sid id-data taċ-ċertifikazzjoni tat-tip b'konformità mal-punt 21.A.432C(b)(7):

(i)

id-detentur ikun indika li ma hemm l-ebda oġġezzjoni teknika għall-informazzjoni mressqa skont il-punt (a)(2); kif ukoll

(ii)

id-detentur ikun qabel li jikkollabora mad-detentur tad-disinn tat-tiswija biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi kollha għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodott mibdul permezz tal-konformità mal-punt 21.A.451.

(b)

L-applikant għandu jippreżenta lill-Aġenzija d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(2) u, b'talba tal-Aġenzija, id-data sostanzjanta kollha meħtieġa.

21.A.435   Klassifikazzjoni u approvazzjoni tad-disinji tat-tiswija

(a)

Disinn tat-tiswija għandu jiġi kklassifikat bħala “maġġuri” jew “minuri” skont il-kriterji stabbiliti fil-punt 21.A.91 għal bidla fiċ-ċertifikat tat-tip.

(b)

Disinn tat-tiswija għandu jiġi kklassifikat u approvat biss minn:

1.

l-Aġenzija; jew

2.

organizzazzjoni tad-disinn approvata fl-ambitu tal-privileġġi tagħha previsti fil-punti (1), (2) u (5) tal-punt 21.A.263(c), kif irreġistrat fit-termini tal-approvazzjoni.”;

(36)

il-punt 21.A.437 huwa revokat;

(37)

il-punti 21.A.604, 21.A.605 u 21.A.606 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“21.A.604   Awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta' Potenza Awżiljari (APU)

Fir-rigward ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU:

(a)

b'deroga mill-punti 21.A.603, 21.A.610 u 21.A.615, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin: il-punti 21.A.15, 21.A.20, 21.A.21, 21.A.31, 21.A.33, 21.A.44, 21.B.75 u 21.B.80. Madankollu, awtorizzazzjoni tal-ETSO għandha tinħareġ b'konformità mal-punt 21.A.606 minflok iċ-ċertifikat tat-tip;

(b)

b'deroga mill-punt 21.A.611, ir-rekwiżiti tas-Subparti D għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta' bidliet fid-disinn tal-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU u r-rekwiżiti tas-Subparti E għandhom japplikaw għall-approvazzjoni ta' bidliet fid-disinn minn applikanti oħra. Meta jkunu japplikaw ir-rekwiżiti tas-Subparti E, għandha tinħareġ awtorizzazzjoni separata tal-ETSO minflok ċertifikat tat-tip supplimentari; kif ukoll

(c)

ir-rekwiżiti tas-Subparti M għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tad-disinji tat-tiswijiet.

21.A.605   Rekwiżiti tad-data

(a)

L-applikant għandu jressaq dawn id-dokumenti li ġejjin lill-Aġenzija:

1.

programm taċ-ċertifikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-ETSO, li jistabbilixxi l-mezzi ta' dimostrazzjoni tal-konformità mal-punt 21.A.606(b);

2.

dikjarazzjoni tal-konformità li tiċċertifika li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti ta' din is-Subparti;

3.

dikjarazzjoni tad-disinn u l-prestazzjoni (DDP), li tiddikjara li l-applikant wera li l-oġġett jikkonforma mal-ETSO applikabbli skont il-programm taċ-ċertifikazzjoni;

4.

kopja tad-data teknika meħtieġa fl-ETSO applikabbli;

5.

l-espożizzjoni, jew referenza għall-espożizzjoni, imsemmija fil-punt 21.A.143 sabiex tinkiseb approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni skont is-Subparti G jew il-manwal, jew referenza għall-manwal, imsemmi fil-punt 21.A.125 A(b) sabiex issir manifattura skont is-Subparti F mingħajr approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni;

6.

fil-każ ta' APU, il-manwal, jew referenza għall-manwal, imsemmi fil-punt 21.A.243 sabiex tinkiseb approvazzjoni xierqa ta' organizzazzjoni tad-disinn skont is-Subparti J;

7.

fil-każ tal-oġġetti l-oħra kollha, il-proċeduri, jew referenza għall-proċeduri, imsemmija fil-punt 21.A.602B(b)(2);

(b)

L-applikant għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar kwalunkwe diffikultajiet jew ċirkostanzi li jinqalgħu waqt il-proċess tal-approvazzjoni li jistgħu jħallu impatt sinifikanti fuq l-awtorizzazzjoni tal-ETSO.”

21.A.606   Rekwiżiti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

Biex tinħareġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, l-applikant għandu:

(a)

juri l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.602B;

(b)

juri li l-oġġett jikkonforma mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli tal-ETSO, jew ma' devjazzjonijiet minnhom approvati b'konformità mal-punt 21.A.610, jekk ikun hemm;

(c)

jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti; kif ukoll

(d)

jiddikjara li ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.”;

(38)

fil-punt 21.A.701, jiżdied il-punt (16):

“16.

it-titjir ta' inġenju tal-ajru għal finijiet ta' individwazzjoni ta' problemi jew biex jiġi ċċekkjat l-operat ta' sistema, tagħmir jew parti waħda jew aktar, wara l-manutenzjoni.”;

(39)

fil-punt 21.B.5, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-proċedura għall-awtorità kompetenti, meta din tkun qed teżerċita d-dmirijiet u r-responsabbiitajiet tagħha marbuta mal-ħruġ, maż-żamma, mal-emenda, mas-sospensjoni u mar-revoka taċ-ċertifikati, l-approvazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f'dan l-Anness I.”

(40)

Is-Subparti B tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej:

“SUBPARTI B —   ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETTI

21.B.70   Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni

L-Aġenzija, b'konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, inkluż speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà, għad-data tal-adegwatezza operattiva, u għall-protezzjoni ambjentali, li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw biex juru l-konformità ta' prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV u V ta' dak ir-Regolament, kif ukoll ma' dawk għall-protezzjoni ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed biex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.

21.B.75   Kundizzjonijiet speċjali

(a)

L-Aġenzija għandha tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali, imsejħa “kundizzjonijiet speċjali”, għal prodott, jekk l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni relatati ma jkunx fihom standards tas-sikurezza adegwati jew xierqa għall-prodott għax:

1.

il-prodott ikollu karatteristiċi tad-disinn ġodda jew mhux tas-soltu b'rabta mal-prattiki tad-disinn li fuqhom ikunu msejsa l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli;

2.

l-użu maħsub tal-prodott ma jkunx wieħed konvenzjonali; jew

3.

l-esperjenza minn prodotti simili oħra fis-servizz, jew minn prodotti li jkollhom karatterisitiċi tad-disinn simili jew perikli ġodda identifikati, tkun turi li jistgħu jiżviluppaw xi kundizzjonijiet mhux sikuri.

(b)

Il-kundizzjonijiet speċjali jinkludu dawk l-istandards tas-sikurezza li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex tistabbilixxi livell tas-sikurezza ekwivalenti għal dak fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli.

21.B.80   Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew għal ċertifikat tat-tip ristrett. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip għandha tkun magħmula minn:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà deżinjati mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-prodott fid-data tal-applikazzjoni għal dak iċ-ċertifikat, diment li:

1.

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew ikun jeħtieġlu jikkonforma skont il-punt 21.A.15(f), mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett; jew

2.

l-Aġenzija taċċetta kwalunkwe alternattiva għal speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni deżinjata li ma jistax ikun hemm konformità magħha, u li għaliha nstabu fatturi kompensatorji li jipprovdu livell ekwivalenti tas-sikurezza; jew

3.

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi oħra li:

(i)

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip, tintwera konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139; jew

(ii)

fil-każ ta' ċertifikat tat-tip ristrett, jingħata livell xieraq tas-sikurezza fir-rigward tal-użu maħsub tiegħu; kif ukoll

(b)

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75(a).

21.B.82   Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u tinnotifikaha lill-applikant għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' ingenju tal-ajru. Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun magħmula minn:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva deżinjata mill-Aġenzija minn fost dawk applikabbli għall-inġenju tal-ajru fid-data tal-applikazzjoni jew fid-data tas-suppliment tal-applikazzjoni għad-data tal-adegwatezza operattiva, skont liema data tkun aktar tard, diment li:

1.

l-applikant jagħżel li jikkonforma, jew skont il-punt 21.A.15(f) ikun jeħtieġlu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li saru applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni; Jekk applikant jagħżel li jikkonforma ma' speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li saret applikabbli wara d-data tal-applikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi, fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip kull speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni oħra relatata b'mod dirett; jew

2.

l-Aġenzija taċċetta jew tippreskrivi mezzi alternattivi biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Annessi II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(b)

kwalunkwe kundizzjoni speċjali preskritta mill-Aġenzija skont il-punt 21.B.75(a).

21.B.85   Definizzjoni tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali u l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett

(a)

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant fil-każ ta' ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għal inġenju tal-ajru, fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari jew fil-każ ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, ir-rekwiżiti tal-istorbju applikabbli u stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum I, il-Parti II, il-Kapitolu 1 u:

1.

għall-ajruplani subsoniċi bil-ġett, il-Kapitoli 2, 3, 4 u 14;

2.

għall-ajruplani misjuqa bl-iskrejjen, il-Kapitoli 3, 4, 5, 6, 10, u 14;

3.

għall-ħelikopters, il-Kapitoli 8 u 11;

4.

għall-ajruplani supersoniċi, il-Kapitolu 12; kif ukoll

5.

għat-tilt rotors, il-Kapitolu 13.

(b)

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant imsemmi fil-punt (a), ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet applikabbli għall-prevenzjoni tal-ivventjar intenzjonali tal-fjuwil għall-inġenji tal-ajru, stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum II, il-Parti II, il-Kapitoli 1 u 2.

(c)

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant imsemmi fil-punt (a), ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet mill-magna tad-duħħan, tal-materja gassuża u tal-materja partikolata, u stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum II, il-Parti III, il-Kapitolu 1 u

1.

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi minn magni b'turboreatturi u b'turbopropulsuri maħsuba għal propulsjoni biss b'veloċitajiet subsoniċi, il-Kapitolu 2;

2.

għall-emissjonijiet tad-duħħan u gassużi minn magni b'turboreatturi u b'turbopropulsuri maħsuba għal propulsjoni b'veloċitajiet supersoniċi, il-Kapitolu 3; u

3.

għall-emissjonijiet tal-materja partikolata minn magni b'turboreatturi u b'turbopropulsuri maħsuba għal propulsjoni biss b'veloċitajiet subsoniċi, il-Kapitolu 4.

(d)

L-Aġenzija għandha tiddeżinja u tinnotifika lill-applikant imsemmi fil-punt (a), ir-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-ajruplani, stabbiliti fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, il-Volum III, il-Parti II, il-Kapitolu 1 u

1.

għall-ajruplani subsoniċi bil-ġett, il-Kapitolu 2; kif ukoll

2.

għall-ajruplani subsoniċi misjuqa bl-iskrejjen, il-Kapitolu 2.

21.B.100   Livell ta' involviment

(a)

L-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità relatati mal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, approvazzjoni ta' bidla maġġuri, ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU. Din għandha tagħmel dan abbażi ta' valutazzjoni tal-gruppi sinifikanti ta' attivitajiet u ta' data ta' dimostrazzjoni tal-konformità tal-programm taċ-ċertifikazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tindirizza:

il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mhux identifikat mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

l-impatt potenzjali ta' dak in-nuqqas ta' konformità fuq is-sikurezza tal-prodotti jew il-protezzjoni tal-ambjent,

u tikkunsidra tal-anqas l-elementi li ġejjin:

1.

il-karatteristiċi ġodda jew mhux tas-soltu tal-proġett taċ-ċertifikazzjoni, inkluż aspetti operattivi, organizzattivi u ta' ġestjoni tal-għarfien;

2.

il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità;

3.

il-kritikalità fid-disinn jew fit-teknoloġija u r-riskji relatati mas-sikurezza u l-ambjent, inkluż dawk identifikati fuq disinji simili; kif ukoll

4.

il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-organizzazzjoni tad-disinn tal-applikant fil-qasam ikkonċernat.

(b)

Għall-approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija minuri, bidla minuri, jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għajr għal APU, l-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-livell tal-proġett kollu taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe karatteristika ġdida jew mhux tas-soltu, il-kumplessità tad-disinn u/jew id-dimostrazzjoni tal-konformità, il-kritikalità fid-disinn jew fit-teknoloġija, kif ukoll il-prestazzjoni u l-esperjenza tal-organizzazzjoni tad-disinn tal-applikant.

(c)

L-Aġenzija għandha tinnotifika l-livell ta' involviment tagħha lill-applikant u għandha taġġorna l-livell ta' involviment tagħha meta dan ikun ġustifikat b'informazzjoni li jħalli impatt apprezzabbli fuq ir-riskju evalwat qabel skont il-punt (a) jew (b). L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikant dwar bidla fil-livell ta' involviment.

21.B.103   Ħruġ ta' ċertifikat tat-tip jew ta' ċertifikat tat-tip ristrett

(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru, magna jew skrun jew ċertifikat tat-tip ristrett ta' inġenju tal-ajru, diment li:

1.

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.21;

2.

l-Aġenzija, permezz ta' verifiki tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont l-involviment tagħha iddeterminat skont il-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b)

B'deroga mill-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' toħroġ ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.”

(41)

Is-Subparti D tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej:

“21.B.105   Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101 u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' bidla maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip.

21.B.107   Ħruġ ta' approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip

(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' bidla fiċ-ċertifikat tat-tip diment li:

1.

l-applikant għal approvazzjoni jkun konfomi ma':

(i)

il-punt 21.A.95 fil-każ ta' bidla minuri; jew

(ii)

il-punt 21.A.97 fil-każ ta' bidla maġġuri;

2.

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment tagħha ddeterminat skont il-punt (a) jew (b) tal-punt 21.B.100, ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3.

ma ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b)

Fil-kaz ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b'deroga mill-punti (1) u (2) tal-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' tapprova bidla f'ċertifikat tat-tip ta' inġenju tal-ajru qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta dik id-data tkun se tintuża effettivament.

(c)

L-approvazzjoni tal-bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun inkluża fl-approvazzjoni tal-bidla fiċ-ċertifikat tat-tip.

(d)

L-approvazzjoni ta' bidla f'ċertifikat tat-tip għandha tkun limitata għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li għandha x'taqsam magħhom il-bidla.”;

(42)

Is-Subparti E tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej:

“F'din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti.

21.B.109   Bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva għal ċertifikat tat-tip supplimentari

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, u fil-każ ta' bidla li taffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita b'konformità mal-punt 21.A.101, u għandha tinnotifika dwar dan lill-applikant fil-każ ta' ċertifikat tat-tip supplimentari.

21.B.111   Ħrug ta' ċertifikat tat-tip supplimentari

(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari, diment li:

1.

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.115(b);

2.

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment stabbilit skont il-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva applikabbli skont il-punt 21.B.82, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

3.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b)

Fil-kaz ta' ċertifikat tat-tip supplimentari li jaffettwa d-data tal-adegwatezza operattiva, b'deroga mill-punti (1) u (2) tal-punt (a), u b'talba tal-applikant inkluża fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 21.A.20(d), l-Aġenzija tista' toħroġ ċertifikat tat-tip supplimentari qabel ma tintwera l-konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-data tal-adegwatezza operattiva, diment li l-applikant juri din il-konformità qabel id-data meta d-data tkun se tintuża effettivament.

(c)

L-approvazzjoni tal-bidliet fid-data tal-adegwatezza operattiva għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari.

(d)

Iċ-ċertifikat tat-tip supplimentari għandu jkun limitat għall-konfigurazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi fiċ-ċertifikat tat-tip li għandha x'taqsam magħhom il-bidla maġġuri.”;

(43)

Il-punt 21.B.326 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“21.B.326   Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà:

(a)

għal inġenju tal-ajru ġdid:

1.

meta tiġi ppreżentata d-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(2);

2.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat u li jkun f'kundizzjoni ta' operazzjoni sikura; dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni; kif ukoll

3.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba.

(b)

għal inġenju tal-ajru użat:

1.

meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21.A.174(b)(3) li tkun turi li:

(i)

l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn tat-tip approvat skont ċertifikat tat-tip u ma' kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplimentari, bidla jew tiswija approvati b'konformità ma' dan l-Anness I (il-Parti 21) u;

(ii)

hemm konformità mad-direttivi applikabbli tal-ajrunavigabbiltà, u;

(iii)

l-inġenji tal-ajru jkunu ġew spezzjonati b'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness (il-Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 u;

(iv)

l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta nħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba;

2.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi ma' disinn approvat u li jkun f'kundizzjoni ta' operazzjoni sikura; dan jista' jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u;

3.

meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru kien konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-data meta kien inħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għall-ewwel darba.”

(44)

Is-Subparti M tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej:

“21.B.450   Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fil-każ ta' approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija

L-Aġenzija għandha tiddeżinja kwalunkwe emenda tal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip inkorporata b'referenza, kif applikabbli, fiċ-ċertifikat tat-tip, fiċ-ċertifikat tat-tip supplimentari jew fl-awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APU, li l-Aġenzija jidhrilha li huma meħtieġa biex jinżamm livell tas-sikurezza daqs dak stabbilit qabel, u għandha tinnotifika dan lill-applikant għal disinn tat-tiswija.

21.B.453   Ħruġ ta' approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija

(a)

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija maġġuri, diment li:

1.

l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu b'konformità mal-punt 21.A.432B;

2.

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.433;

3.

l-Aġenzija, permezz tal-verifika tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell tal-involviment stabbilit skont il-punt 21.B.100(a), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip, u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali; kif ukoll

4.

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li tista' tikkomprometti s-sikurezza tal-prodott għall-użi li għalihom qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.

(b)

L-Aġenzija għandha toħroġ approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija minuri, diment li l-applikant ikun konformi mal-punti (2) u (4) tal-punt (a) u diment li l-Aġenzija, permezz tal-verifiki tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell ta' involviment skont il-punt 21.B.100(b), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali.”;

(45)

Is-Subparti O tat-Taqsima B hija ssostitwita b'dan li ġej:

“21.B.480   Ħruġ ta' awtorizzazzjoni tal-ETSO

L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni tal-ETSO, diment li:

(a)

l-applikant ikun konformi mal-punt 21.A.606;

(b)

l-Aġenzija, permezz tal-verifiki tagħha tad-dimostrazzjoni tal-konformità skont il-livell ta' involviment skont il-punt 21.B.100(b), ma tkun sabet l-ebda nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tekniċi tal-ETSO applikabbli jew ma' devjazzjonijiet minnhom appprovati skont il-punt 21.A.610, jekk ikun hemm; kif ukoll

(c)

ma tkun ġiet identifikata l-ebda karatteristika li jaf tikkomprometti s-sikurezza tal-oġġett għall-użi li għalihom tkun qed tintalab iċ-ċertifikazzjoni.”.