29.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/43


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/888

tat-13 ta' Marzu 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum ta' fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-Istati Membri fir-rigward ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

(2)

Il-punt 2 tal-parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 jispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-manifatturi tal-vetturi heavy-duty għal kull vettura heavy-duty ġdida.

(3)

Sa mill-1 ta' Lulju 2019, il-manifatturi tal-vetturi se jiddeterminaw u jiddikjaraw data addizzjonali relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi heavy-duty ġodda skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni għas-CO2 għall-vetturi tqal, huwa importanti li tiġi żgurata ġabra komprensiva, trasparenti u xierqa ta' data relatata mal-konfigurazzjoni tal-flotta ta' vetturi heavy-duty fl-Unjoni, dwar l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien u dwar l-impatt potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2. Għalhekk jenħtieġ li l-manifatturi tal-vetturi tqal jimmonitorjaw din id-data u jirrapportawha lill-Kummissjoni.

(4)

Biex tkun tista' ssir analiżi bir-reqqa ta' data addizzjonali bħal din, b'mod partikolari għall-identifikazzjoni tal-vetturi vokazzjonali, huwa xieraq ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrappurtaw informazzjoni komplementari marbuta mar-reġistrazzjoni.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hi emendata kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej;

“(d)

għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta' Diċembru 2019 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta' Jannar 2020 f'kull każ, il-kodiċi għall-karozzerija kif speċifikat fil-punt 38 taċ-ċertifikat ta' konformità, inkluż, fejn applikabbli, iċ-ċifri supplimentari msemmija fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE;”

(b)

jiddaħħal il-punt (f) li ġej:

“(f)

għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta' Jannar 2020, il-veloċità massima tal-vettura kif speċifikata fl-entrata 29 taċ-ċertifikat tal-konformità.”

(2)

fil-Parti B, il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata 5 tiġi sostiwita b'dan li ġej:

Le

Parametri tal-monitoraġġ

Is-sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“5

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus

1.7.2

Speċifikazzjonijiet tal-fus”;

(b)

l-entrata 15 tiġi sostiwita b'dan li ġej:

Le

Parametri tal-monitoraġġ

Is-sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“15

L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

Speċifikazzjonijiet tal-Vettura”;

(c)

l-entrata 21 tiġi sostiwita b'dan li ġej:

Le

Parametri tal-monitoraġġ

Is-sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“21

Tip ta' fjuwil (Diżil CI/CNG PI/LNG PI ...)

1.2.7

Speċifikazzjonijiet tal-magna”;

(d)

l-entrata 73 tiġi sostiwita b'dan li ġej:

Le

Parametri tal-monitoraġġ

Is-sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“73

Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur

3.1.4

Informazzjoni dwar is-softwer”;

(e)

jiżdiedu l-entrati 79 sa 100 li ġejjin:

Le

Parametri tal-monitoraġġ

Is-sors: Il-Parti I tal- Anness IV to Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“79

Mudell tal-vettura

1.1.2

Speċifikazzjonijiet tal-Vettura

80

Vettura vokazzjonali (iva/le)

1.1.9

81

Vettura tqila b'emissjonijiet żero (iva/le)

1.1.10

82

Vettura tqila elettrika ibrida (iva/le)

1.1.11

83

Vettura li tuża żewġ tipi ta' fjuwil (iva/le)…

1.1.12

84

Kabina tal-irqad (iva/le)

1.11.13

85

Mudell tal-magna (*1)

1.2.1

Speċifikazzjonijiet tal-magna

86

Mudell tat-trażmissjoni (*1)

1.3.1

Speċifikazzjonijiet tat-trażmissjoni

87

Mudell tat-tardjatur (*1)

1.4.1

Speċifikazzjonijiet tat-tardjatur

88

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tardjatur

1.4.2

89

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

1.4.3

90

Mudell tal-konvertitur tat-torque (*1)

1.5.1

Speċifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

91

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

1.5.2

92

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

1.5.3

93

Mudell tal-angle drive (*1)

1.6.1

Speċifikazzjonijiet tal-angle drive

94

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-angle drive

1.6.2

95

Mudell tal-fus (*1)

1.7.1

Speċifikazzjonijiet tal-fus

96

Mudell tar-reżistenza tal-arja (*1)

1.8.1

Ajrudinamika

97

Start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura (iva/le)

1.12.1

Sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq (ADAS)

98

Eco-roll mingħajr start-stop tal-magna (iva/le)

1.12.2

99

Eco-roll b'start-stop tal-magna (iva/le)

1.12.3

100

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv (iva/le)

1.12.4


(*1)  L-entrati tad-data 85, 86, 87, 90, 93, 95 u 96 ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-Reġistru Ċentrali fuq vetturi heavy-duty.”.