25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/61


Rettifika għar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tas-7 ta' Ġunju 2019 )

(1)

Fil-paġna 18, l-Artikolu 6, il-paragrafu l-ġdid 1a, l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“1a.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma wkoll G-SIIs jew li huma parti minn G-SII, u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.”,

aqra:

“1a.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma wkoll entitajiet G-SII u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.”.

(2)

Fil-paġna 20, l-Artikolu 11, il-paragrafu l-ġdid 3a, l-ewwel subparagrafu:

minflok:

“3a.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma G-SIIs, parti minn G-SII jew parti minn G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.”,

aqra:

“3a.

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma entitajiet G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.”.

(3)

Fil-paġna 21, l-Artikolu l-ġdid 12a, it-tieni u t-tielet paragrafu:

minflok:

“Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

aqra:

“Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(4) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”.

(4)

Fil-paġna 21, l-Artikolu 13 issostitwit, il-paragrafu 2:

minflok:

“2.

L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma parti minn G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom.”,

aqra:

“2.

L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma entitajiet G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom.”.

(5)

Fil-paġna 23, l-Artikolu 22 issostitwit:

minflok:

“Artikolu 22

Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi

1.   L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx irrekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji tagħhom jew parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.”,

aqra:

“Artikolu 22

Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi

1.   L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali tagħhom fejn l-impriża prinċipali hija kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji u l-parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.”.

(6)

Fil-paġna 34, l-Artikolu 72e ġdid, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, definizzjonijiet:

minflok:

“LPi

=

l-ammont ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

β

=

perċentwali ta' strumenti ta' fondi proprji u elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-impriża prinċipali;

Oi

=

l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

Li

=

l-ammont ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

ri

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 45d tad-Direttiva 2014/59/UE; u”,

aqra:

“LPi

=

l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

β

=

perċentwali ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-impriża prinċipali, ikkalkulat bħala:

Image 1

Oi

=

l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

Li

=

l-ammont ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

ri

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) tad-Direttiva 2014/59/UE; u”.

(7)

Fil-paġna 37, l-Artikolu 1, il-punt 35:

minflok:

“(35)

fl-Artikolu 76, il-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

‘1.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69 u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta' indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(…)

2.

Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista' tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:

(...)’ ”,

aqra:

“(35)

fl-Artikolu 76, it-titolu u l-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

‘Artikolu 76

Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali u ta' obbligazzjonijiet

1.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69, tal-punt (a) tal-Artikolu 72f u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' pożizzjoni twila fi strument kapitali jew f'obbligazzjoni bil-porzjon ta' indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(…)

2.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista' tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti kapitali jew għall-obbligazzjonijiet inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:

(...)’”.

(8)

Fil-paġna 38, l-Artikolu 78 issostitwit, il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ir-raba' sentenza:

minflok:

“Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.”,

aqra:

“Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE u marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.”.

(9)

Fil-paġna 42, l-Artikolu 82 issostitwit:

minflok

“Artikolu 82

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-profitt miżmum u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta' sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(…)

(c)

dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”,

aqra

“Artikolu 82

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta' sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(…)

(c)

l-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali u l-elementi ta' Grad 2 imsemmija fil-parti introduttorju ta' dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”.

(10)

Fil-paġna 43, l-Artikolu 92a l-ġdid, il-paragrafu 1, il-parti introduttorju:

minflok:

“1.

Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni u li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”,

aqra:

“1.

Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni u li huma entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”.

(11)

Fil-paġna 44, l-Artikolu 92a l-ġdid, il-paragrafu 3:

minflok:

“3.

Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l- Artikolu għal kull entità ta' riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12a ta' dan ir-Regolament, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(4) jew 45h(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.”,

aqra:

“3.

Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l- Artikolu għal kull entità ta' riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12a ta' dan ir-Regolament, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(4) jew 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”.

(12)

Fil-paġna 68, l-Artikolu 279a l-ġdid, il-paragrafu 1, il-punt (a), definizzjonijiet:

minflok:

“T

=

id-data tal-iskadenza tal-opzjoni; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'data futura waħda biss, id- data tal-iskadenza hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'dati multipli futuri, id-data tal-iskadenza hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; id-data ta' skadenza għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u”,

aqra:

“T

=

il-perijodu bejn id-data tal-iskadenza tal-opzjoni (Texp) u d-data tal-irrappurtar; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'data futura waħda biss, Texp hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'dati multipli futuri, Texp hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; T għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u”.

(13)

Fil-paġna 70, l-Artikolu 279b l-ġdid, il-paragrafu 1, il-punt (a), il-formula:

minflok:

Image 2

fejn:

R

=

ir-rata ta' skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %;

S

=

il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

E

=

il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol.”,

aqra:

Image 3

fejn:

R

=

ir-rata ta' skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %;

S

=

il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

E

=

il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

SenaNegozju

=

sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax- xogħol.”.

(14)

Fil-paġna 73, l-Artikolu 280a l-ġdid, il-paragrafu 3, il-formula:

minflok:

Image 4
”,

aqra:

Image 5
”.

(15)

Fil-paġna 75, l-Artikolu 280c il-ġdid, il-paragrafu 3, il-formula:

minflok:

Image 6
”,

aqra:

Image 7
”.

(16)

Fil-paġna 77, l-Artikolu 280d il-ġdid, il-paragrafu 3, il-formula:

minflok:

Image 8
”,

aqra:

Image 9

(17)

Fil-paġna 77, l-Artikolu 280d il-ġdid, il-paragrafu 4, il-formula:

minflok:

Image 10

aqra:

Image 11
”.

(18)

Fil-paġna 78, l-Artikolu 280e l-ġdid, il-paragrafu 1, il-formula:

minflok:

Image 12
”,

aqra:

Image 13
”.

(19)

Fil-paġna 78, l-Artikolu 280e l-ġdid, il-paragrafu 4, il-formula:

minflok:

Image 14
”,

aqra:

Image 15
”.

(20)

Fil-paġna 78, l-Artikolu 280e l-ġdid, il-paragrafu 5, definizzjonijiet:

minflok:

Image 16

=

il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta' hedging imsemmi fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku,

Image 17

; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku,

Image 18

;”,

aqra:

Image 19

=

il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta' hedging imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku

Image 20
; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku,
Image 21
;”.

(21)

Fil-paġna 89, l-Artikolu 325a l-ġdid, il-paragrafu 2, il-punt (c):

minflok:

“(c)

il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il- valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;”,

aqra:

“(c)

il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar f'dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;”.

(22)

Fil-paġna 93, l-Artikolu 325f il-ġdid, il-paragrafu 8, definizzjonijiet:

minflok:

S b kWSk għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u S c kWSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta'

Image 22
, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta' speċifikazzjoni alternattiva fejn”,

aqra:

“Sb k WSk għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u Sc k WSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta'

Image 23
, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta' speċifikazzjoni alternattiva fejn”.

(23)

Fil-paġna 100, l-Artikolu 325r il-ġdid, il-paragrafu 4, definizzjonijiet:

minflok:

“Vi (.)

=

il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta' riskju k; u”,

aqra:

“Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u”.

(24)

Fil-paġna 100, l-Artikolu 325r il-ġdid, il-paragrafu 5, definizzjonijiet:

minflok:

“Vi (.)

=

il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta' riskju k; u”,

aqra:

“Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u”.

(25)

Fil-paġna 101, l-Artikolu 325s il-ġdid, il-paragrafu 1, il-formula:

minflok:

Image 24
”,

aqra:

Image 25
”.

(26)

Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 1, definizzjonijiet:

minflok:

“Vnotional

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument;

P&Ltwil

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil- valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf b'sinjal negattiv; u

Aġġustamenttwil

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamenttwil b'sinjal pożittiv u t-tnaqqis b'sinjal negattiv.”,

aqra:

“Vnozzjonali

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura;

P&Ltwil

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil- valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formola b'sinjal negattiv; u

Aġġustamenttwil

=

fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formula b'sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b'sinjal negattiv.”.

(27)

Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 2, definizzjonijiet:

minflok:

“Vnotional

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv;

(...)

Aġġustamentqasir

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fl-Aġġustamentqasir b'sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamentqasir b'sinjal negattiv.”,

aqra:

“Vnozzjonali

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura li għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv;

(...)

Aġġustamentqasir

=

fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b'sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b'sinjal negattiv.”.

(28)

Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 4:

minflok:

“4.

Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:

(a)

fil-każ ta' strumenti ta' dejn, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-istrument tad-dejn;

(b)

fil-każ ta' strumenti derivattivi fuq sottostanti tat-titolu tad-dejn, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-istrument derivattiv.”,

aqra:

“4.

Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:

(a)

fil-każ ta' bond, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-bond;

(b)

fil-każ ta' opzjoni ta' put mibjugħa fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-opzjoni; fil-każ ta' opzjoni ta' call mixtrija fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa ta' 0.”.

(29)

Fil-paġna 104, l-Artikolu 325w il-ġdid, il-paragrafu 5:

minflok:

“5.

Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD kif ġej, minflok jużaw il-formuli msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

 

JTDtwila = massimu{LGD · V + P&Ltwila + Aġġustamenttwila; 0}

 

JTDqasir = minimu{LGD · V + P&Lqasir + Aġġustamentqasir; 0}

fejn:

JTDtwil

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura twila;

JTDqasir

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura qasira; u

V

=

il-valur ġust tal-ekwità jew, fil-każ ta' strumenti derivattivi b'ekwitajiet sottostanti, il-valur ġust tal-ekwità sottostanti.”,

aqra:

“5.

Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD kif ġej:

 

JTDtwil = massimu {LGD · Vnozzjonali + P&Ltwil + Adjustmenttwil; 0}

 

JTDqasir = minimu {LGD · Vnozzjonali + P&Lqasir + Adjustmentqasir; 0}

fejn:

JTDtwil

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura twila;

Vnozzjonali

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-espożizzjoni; l-ammont nozzjonali huwa l-valur ġust tal-ekwità għal strumenti tal-ekwità ta' flus; għall-formola JTDqasir, l-ammont nozzjonali tal-istrument għandu jidħol fil-formola b'sinjal negattiv;

P&Ltwil

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf b'sinjal negattiv;

Aġġustamenttwil

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b'sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b'sinjal negattiv;

JTDqasir

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura qasira;

P&Lqasir

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv; u

Aġġustamentqasir

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b'sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b'sinjal negattiv.”.

(30)

Fil-paġna 105, l-Artikolu 325w l-ġdid, il-paragrafu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a):

minflok:

“(a)

kif l-istituzzjonijiet iridu jikkalkulaw l-ammonti ta' JTD għat-tipi differenti ta' strumenti f'konformità ma' dan l-Artikolu;”,

aqra:

“(a)

kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-komponenti P&Ltwil, P&Lqasir, Aġġustamenttwil u Aġġustamentqasir meta jikkalkulaw l-ammonti ta' JTD għat-tipi differenti ta' strumenti f'konformità ma' dan l-Artikolu;”.

(31)

Fil-paġna 109, l-Artikolu 325ad l-ġdid, il-paragrafu 4, il-formula:

minflok:

Image 26
”,

aqra:

Image 27
”.

(32)

Fil-paġna 121, l-Artikolu 325ay, il-paragrafu 1, il-parti introduttorju:

minflok:

“1.

Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta' imgħax (GIRR), il-parametru ta' korrelazzjoni rkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:”,

aqra:

“1.

Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta' imgħax (GIRR), il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:”.

(33)

Fil-paġna 124, l-Artikolu 325bb il-ġdid, il-paragrafu 1, il-parti introduttorju:

minflok:

“1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni imsemmija fil-punt (a) tal- Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ġej:”,

aqra:

“1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta' pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet kif ġej:”.

(34)

Fil-paġna 125, l-Artikolu 325bc il-ġdid, il-paragrafu 1, il-parti introduttorju:

minflok:

“(c)

għal portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien 't' f'konformità mal-formula li ġejja:

Image 28
”,

aqra:

“(c)

għal portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta' pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien 't' f'konformità mal-formula li ġejja:

Image 29
”.

(35)

Fil-paġna 127, l-Artikolu 325bd, il-paragrafu 4, il-parti introduttorju:

minflok:

“4.

Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f'konformità mal-punt (c) tal- Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta' likwidità effettiv ta' fattur ta' riskju mudellabbli partikolari ta' pożizzjoni partikolari fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi kkalkulat kif ġej:”,

aqra:

“4.

Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta' likwidità effettiv ta' fattur ta' riskju mudellabbli partikolari ta' pożizzjoni partikolari tal-portafoll tan-negozjar jew ta' pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar li hija soġġetta għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:”.

(36)

Fil-paġna 148, l-Artikolu 411 issostitwit, il-punt (4):

minflok:

“(4)

“sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta' konsumatur u depożiti ta' kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji, ma' istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;”,

aqra:

“(4)

“sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta' konsumatur u depożiti ta' kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn klijenti finanzjarji, ma' istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;”.

(37)

Fil-paġna 158, l-Artikolu 428k il-ġdid, il-paragrafu 3, il-parti introduttorju:

minflok:

“3.

L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”,

aqra:

“3.

L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”.

(38)

Fil-paġna 159, l-Artikolu 428l il-ġdid, il-parti introduttorju:

minflok:

“L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”,

aqra:

“L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”.

(39)

Fil-paġna 159, l-Artikolu 428l il-ġdid, il-punt (d):

minflok:

“(d)

kwalunkwe obbligazzjoni oħra b'maturità residwa ta' minimu ta' sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.”,

aqra:

“(d)

kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital oħra b'maturità residwa ta' minimu ta' sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.”.

(40)

Fil-paġna 169, l-Artikolu 428al il-ġdid, il-paragrafu 3, il-parti introduttorju:

minflok:

“3.

L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”,

aqra:

“3.

L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”,

(41)

Fil-paġna 169, l-Artikolu 428am il-ġdid, il-parti introduttorju:

minflok:

“L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”,

aqra:

“L-obbligazzjonijiet, u l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:”,

(42)

Fil-paġna 169, l-Artikolu 428am il-ġdid, il-punt (b):

minflok:

“(b)

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:”,

aqra:

“(b)

obbligazzjonijiet u elementi jew strumenti tal-kapital b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:”.

(43)

Fil-paġna 175, l-Artikolu 429 issostitwit, il-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a):

minflok:

“(a)

strument derivattiv li jkun kunsidrat bħala element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal- paragrafu 4, iżda huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat f'dak il-punt;”,

aqra:

“(a)

element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal-paragrafu 4 li huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu;”.

(44)

Fil-paġna 176, l-Artikolu 429a l-ġdid, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d):

minflok:

“(d)

meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta' investimenti fis-settur pubbliku u self promozzjonali;”,

aqra:

“(d)

meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta' investimenti, u self promozzjonali;”.

(45)

Fil-paġna 178, l-Artikolu 429a l-ġdid, il-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu:

minflok:

“Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l- għajnuna mill-Istat u (…)”,

aqra:

“Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u (…)”.

(46)

Fil-paġna 201, l-Artikolu 449a l-ġdid, it-tieni paragrafu:

minflok:

“L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u kull sentejn minn hemm 'il quddiem.”,

aqra:

“L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u darbtejn fis-sena minn hemm 'il quddiem.”.

(47)

Fil-paġna 209, l-Artikolu 461a l-ġdid, l-ewwel paragrafu:

minflok:

“Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika (…)”,

aqra:

“Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ai, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika (…)”.

(48)

Fil-paġna 209, l-Artikolu 462 issostitwit:

minflok:

“(…)

2.

Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-28 ta' Ġunju 2013.

3.

Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

(…)

6.

Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), u l-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandu jidħol biss fis-seħħ (…)”,

aqra:

“(…)

2.

Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), fl-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-28 ta' Ġunju 2013.

3.

Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), fl-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

(…)

6.

Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), l-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a għandu jidħol fis-seħħ (…)”.

(49)

Fil-paġna 210, l-Artikolu 494 issostitwit, il-paragrafu 1, il-parti introduttorju:

minflok:

“1.

B'deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu G-SIIs jew parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”,

aqra:

“1.

B'deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu entitajiet G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:”,

(50)

Fil-paġna 211, l-Artikolu 494a l-ġdid, il-paragrafu 2, il-punt (a):

minflok:

“(a)

il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63(1), ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;”,

aqra:

“(a)

il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63, ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;”.

(51)

Fil-paġna 211, l-Artikolu 494b l-ġdid, il-paragrafu 3:

minflok:

“3.

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 72a(1), l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta jilħqu (…).”;

aqra:

“3.

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 72a(1), l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta jilħqu (…).”.

(52)

Fil-paġna 213, l-Artikolu 500 issostitwit, il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c):

minflok:

“(c)

l-ammont kumulattiv ta' skoperturi inadempjenti disposti minn wara d- data tal-ewwel disponiment f'konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont kumulattiv tal-inadempjenzi kollha osservati sad-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).”,

aqra:

“(c)

l-ammont kumulattiv tal-iskoperturi inadempjenti disposti minn wara d-data tal-ewwel disponiment f'konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi inadempjenti kollha mid-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).”.

(53)

Fil-paġna 213, l-Artikolu 501 issostitwit, il-paragrafu 1, definizzjonijiet:

minflok:

“E*

=

l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta' dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta' pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti żgurati fuq kollateral ta' proprjetà, mill-SME jew il- grupp ta' klijenti konnessi tal-SME.”,

aqra:

“E*

=

hija waħda mis-segwenti:

(a)

l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta' dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta' pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti ggarantiti fuq kollateral ta' proprjetà, mill-SME jew il-grupp ta' klijenti konnessi tal-SME;

(b)

fejn l-ammont totali msemmi fil-punt (a) huwa ugwali għal 0, l-ammont tal-pretensjonijiet jew tal-pretensjonijiet kontinġenti kontra l-SME jew il-grupp ta' klijenti konnessi tal-SME li huma ggarantiti fuq kollateral ta' proprjetà residenzjali u li huma esklużi mill-kalkolu tal-ammont totali msemmi f'dak il-punt.”.

(54)

Fil-paġna 218, l-Artikolu 510, il-paragrafu 8 l-ġdid:

minflok:

“8.

Sat-28 ta' Ġunju 2025, il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 428s(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 428v, għandhom jiżdiedu (…)”,

aqra:

“8.

Sat-28 ta' Ġunju 2025, il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 428s(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 428v, għandhom jiżdiedu (…)”.