28.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/857

tas-27 ta' Mejju 2019

dwar l-awtorizzazzjoni għall-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għall-mogħoż tal-ħalib u għan-nagħaġ tal-ħalib u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 226/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

Is-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 kien awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-mogħoż u għan-nagħaġ tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (2).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni mid-detentur ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għall-mogħoż u għan-nagħaġ tal-ħalib, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-additivi “additivi żootekniċi”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-5 ta' Lulju 2018 (3) li l-applikant ipprovda data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

B'konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 226/2007 jenħtieġ li jitħassar.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li hemm fil-musrana”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 226/2007 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 tal-1 ta' Marzu 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26).

(3)   EFSA Journal 2018;16(7):5385.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizz azzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1711

Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS

Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Kompożizzjoni kimika

Il-preparat ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 b'ammont minimu ta' konċentrazzjoni ta':

1 × 1010 CFU/g ta' addittiv (għamla miksija);

2 × 1010 CFU/g ta' addittiv (għamla mhux miksija);

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu tat-tferrigħ bl-użu ta' agar magħmul mid-destrożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN15789:2009)

Identifikazzjoni: il-metodu ta' reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) CEN/TS 15790:2008

Mogħoż tal-ħalib

5 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabilità waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf għandu jiġi indikat dan li ġej: “Doża rakkomandata għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib: 4 × 109 CFU/ras/jum

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tagħhom. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali li jinkludi protezzjoni għall-ġilda u għan-nifs.

is-17 ta' Ġunju 2029

Nagħaġ tal-ħalib

1,2 × 109


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli f'dan l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi tal-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports