21.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/807
tat-13 ta' Marzu 2019
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' materja prima b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tat-tibdil indirett fl-użu tal-art (“ILUC”), id-Direttiva (UE) 2018/2001 tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta att delegat biex jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tal-materja prima b'riskju għoli ta' ILUC li għaliha tkun osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' ILUC. Jenħtieġ li tali dispożizzjonijiet jakkumpanjaw lir-rapport dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni dinjija tal-materja prima rilevanti (“ir-rapport dwar l-espansjoni tal-materja prima”), ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'din id-data. |
(2) |
L-ILUC jista' jseħħ meta art li qabel kienet iddedikata għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf tiġi kkonvertita biex tipproduċi l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa. F'dak il-każ, id-domanda għall-ikel u għall-għalf xorta trid tiġi ssodisfata, u dan jista' jwassal għall-estensjoni tal-art agrikola f'żoni b'ħażna kbira ta' karbonju bħal foresti, artijiet mistagħdra u torbieri, li tikkawża emissjonijiet addizzjonali ta' gassijiet b'effett ta' serra. |
(3) |
Il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbiliti kemm fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kif ukoll fid-Direttiva (UE) 2018/2001 ma jqisux l-emissjonijiet tal-ILUC. |
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) mhux biss irrikonoxxiet l-eżistenza tal-emissjonijiet ILUC, iżda rrikonoxxiet ukoll, minkejja l-inċertezza fil-kalkolu tagħhom, li l-kwantità tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'rabta mal-ILUC tista' twassal għat-tixjin tal-iffrankar kollu jew xi ftit mill-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-bijokarburanti individwali, kif definit f'dik id-Direttiva, u tal-bijolikwidi. Għalhekk, introduċiet limitu ġenerali għall-kwantità ta' dawk il-karburanti prodotti mill-għelejjel taċ-ċereali u minn għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu, mill-għelejjel taz-zokkor u taż-żejt u mill-għelejjel imkabbra bħala għelejjel ewlenin primarjament għal skopijiet ta' enerġija fuq art agrikola li tista' tingħadd biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE. Dak il-limitu jikkonsisti f'kontribuzzjoni massima ta' 7 % ta' tali karburanti għall-konsum finali ta' enerġija fit-trasport bil-ferrovija u bit-triq f'kull Stat Membru. |
(5) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 żżomm il-limitazzjoni fuq il-bijokarburanti u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-għelejjel tal-ikel u tal-għalf ikkunsmati fit-trasport u ssaħħaħha billi tintroduċi limiti nazzjonali speċifiċi għall-kontribuzzjoni totali ta' dawn il-karburanti lejn il-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni għall-2030. Dawk il-limiti huma determinati mis-sehem nazzjonali tal-2020 ta' dawk il-karburanti fil-konsum finali tal-enerġija fit-trasport bil-ferrovija u bit-triq f'kull Stat Membru, bil-possibbiltà li jżiduhom b'punt wieħed perċentwali, sa massimu ta' 7 %. |
(6) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tappella wkoll għal limitu speċifiku għall-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-għelejjel tal-ikel u tal-għalf b'riskju għoli ta' ILUC u li għalihom qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni tal-materja prima tagħhom f'art b'ħażna kbira ta' karbonju, fuq l-ammont tal-konsum tagħhom f'kull Stat Membru fl-2019. Mill-31 ta' Diċembru 2023, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni tagħhom titnaqqas b'mod gradwali sa 0 % sa mhux aktar tard mill-2030. |
(7) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li hemm riskji li jirriżultaw minn ILUC relatat mal-użu ta' għelejjel tal-ikel u l-għalf għall-produzzjoni ta' karburanti, il-letteratura xjentifika turi li l-livell tal-emissjonijiet ILUC jiddependi minn varjetà ta' fatturi, inkluż it-tip ta' materja prima użata għall-produzzjoni ta' karburanti rinnovabbli, il-livell ta' domanda addizzjonali għal materja prima kkawżata mill-użu ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa, u sa liema punt l-art b'ħażna b'livell għoli ta' karbonju hija protetta madwar id-dinja. |
(8) |
Il-letteratura xjentifika turi wkoll li l-impatt tal-ILUC fuq il-potenzjal tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa li jiksbu l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra huwa partikolarment evidenti għall-għelejjel taż-żejt. Għalhekk, b'mod ġenerali, il-karburanti rinnovabbli magħmula minn materja prima bħal din huma meqjusa li għandhom riskju ogħla ta' ILUC. Dan huwa rifless fil-Parti A tal-Anness VIII, kemm tad-Direttiva 2009/28/KE kif ukoll tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Ir-rapport dwar l-espansjoni tal-materja prima agrikola, li jirrifletti l-aktar data xjentifika reċenti disponibbli dwar l-espansjoni madwar id-dinja taż-żona tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u l-għalf tar-raba' b'ħażna kbira ta' karbonju, jikkonferma li dawn l-għelejjel huma wkoll responsabbli għall-maġġoranza kbira tal-espansjoni madwar id-dinja kollha taż-żona tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u l-għalf f'art b'ħażna b'livell għoli ta' karbonju. |
(9) |
Ir-rapport dwar l-espansjoni tal-materja prima jenfasizza wkoll li l-impatt tal-espansjoni taż-żona tal-produzzjoni tal-għelejjel taż-żejt f'art b'ħażna kbira ta' karbonju fuq il-potenzjal tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa li jiksbu l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jiddependi fuq diversi fatturi. Fost dawn, id-daqs assolut u relattiv tal-espansjoni tal-art minn sena ta' referenza speċifika meta mqabbel mal-erja tal-produzzjoni totali tal-għalla rilevanti, is-sehem ta' din l-espansjoni f'art b'ħażna b'livell għoli ta' karbonju kif ukoll it-tip ta' żona ta' stokk b'livell għoli ta' karbonju, għandhom rwol kruċjali fid-determinazzjoni tas-sinifikanza ta' tali espansjoni għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Għalhekk jenħtieġ li dawn il-fatturi, kif ukoll il-fatturi speċifiċi tal-produttività għal kull grupp ta' għelejjel, jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-kriterji għad-determinazzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa b'riskju għoli ta' ILUC prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf li għalihom tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f'art b'ħażna kbira tal-karbonju. |
(10) |
Jekk jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inklużi l-informazzjoni u l-istudji xjentifiċi kollha, id-differenzi bejn id-diversi materji primi, in-natura globali tas-swieq tal-komoditajiet differenti u l-mod li bih jiffunzjonaw, ir-riskju relatat ta' effetti mhux intenzjonati jew kontroproduttivi ta' devjazzjoni jew diverżjoni, id-disponibbiltà relattiva tad-data kompleta, u r-reviżjoni perjodika u frekwenti ta' dik id-data, kif ukoll l-obbligi internazzjonali rilevanti tal-Unjoni Ewropea, l-aktar metodoloġija xierqa, oġġettiva u imparzjali f'dan l-istadju tal-proċess hija meqjusa bħala waħda bbażata fuq il-pożizzjoni dinjija ġenerali fir-rigward ta' kull materja prima partikolari, milli approċċ li jiddiskrimina bejn il-pajjiżi partikolari. Dan jirrappreżenta l-aħjar approċċ regolatorju possibbli li jqis l-objettivi kompetittivi iżda komplementari ta' dan ir-regolament. Approċċ bħal dan ikompli jiġi bbilanċjat iktar mill-possibbiltà ta' ċertifikazzjoni ta' riskju baxx ta' ILUC. |
(11) |
Skont l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Istati Membri huma meħtieġa japplikaw il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament għad-determinazzjoni tal-materja prima b' riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f'art b'ħażna b'livell għoli ta' karbonju. Jenħtieġ li jagħmlu dan abbażi tal-informazzjoni inkluża f'anness, li trid tiġi riveduta skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina b'mod regolari r-rapport dwar l-espansjoni tal-materja prima, biex tqis iċ-ċirkostanzi li qed jevolvu u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli. Jenħtieġ li l-Anness jiġi emendat fejn xieraq. |
(12) |
F'ċerti ċirkostanzi, l-impatti tal-ILUC tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti mill-bijomassa ġeneralment meqjusa li għandhom riskju għoli tal-ILUC, jistgħu jiġu evitati, u l-kultivazzjoni tal-materja prima relatata tista' saħansitra tkun ta' benefiċċju għaż-żoni ta' produzzjoni rilevanti. Għal tali każijiet, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li jippermettu l-identifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-karburanti bħala bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' ILUC. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' ILUC iċċertifikati jenħtieġ li jiġu eżentati mil-limitu u t-tnaqqis gradwali stabbilit għal bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju għoli ta' ILUC prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, diment li dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti ta' sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
(13) |
Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi jew il-karburanti mill-bijomassa jenħtieġ li jitqiesu bħala karburanti b'riskju baxx ta' ILUC jekk il-materja prima użata għall-produzzjoni tagħhom tiġi kkultivata b'riżultat tal-applikazzjoni ta' miżuri verifikabbli kif xieraq biex tiżdied il-produttività lil hinn miż-żidiet li jkunu diġà nkisbu f'xenarju normali. Barra minn hekk, dawn il-miżuri jenħtieġ li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-materja prima fid-dawl tar-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE jew id-Direttiva (UE) 2018/2001 b'rabta mal-miri tal-enerġija rinnovabbli. |
(14) |
Bħala garanzija ulterjuri tal-effetti pożittivi taċ-ċertifikazzjoni ta' riskju baxx ta' ILUC, il-materja prima addizzjonali li għandha tintuża għall-karburanti b'riskju baxx ta' ILUC jenħtieġ li titqies biss jekk tirriżulta minn kategorija limitata ta' miżuri. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitqiesu biss il-miżuri biss li jkunu finanzjarjament attraenti minħabba li jippermettu l-akkwist tal-primjum finanzjarju li jirriżulta minn din iċ-ċertifikazzjoni, b'analoġija mal-kriterji finanzjarji ta' addizzjonalità applikati taħt il-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif tal-Protokoll ta' Kjoto. |
(15) |
Barra minn hekk, jixraq li ma jiġix applikat il-kriterju ta' addizzjonalità finanzjarja lill-materja prima addizzjonali kkultivata fuq art abbandunata jew li ddeterjorat b'mod gravi jew minn detenturi indipendenti ta' azjendi agrikoli żgħar. Tabilħaqq dan jammonta għal piż amministrattiv mhux raġonevoli fid-dawl tal-potenzjal sinifikanti għal titjib fil-produttività u l-ostakli biex jiġu ffinanzjati l-investimenti meħtieġ. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri meħuda fuq art abbandunata jew li ddeterjorat b'mod gravi jew minn detenturi indipendenti ta' azjendi agrikoli żgħar jiġu eżentati milli jippruvaw il-konformità mal-kriterji ta' addizzjonalità finanzjarja, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li tiġi prodotta materja prima addizzjonali u li jkun hemm konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà. Fid-dawl tal-ħidma ta' statistika mwettqa f'diversi analiżijiet, inkluża l-istampa tad-data tal-FAO għal bdiewa b'azjenda agrikola żgħira, jenħtieġ li azjendi ta' inqas minn żewġ ettari jkunu kkunsidrati bħala żgħar f'dan il-kuntest. |
(16) |
Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati biss iż-żidiet attwali fil-produttività fi proġetti eżistenti jew ġodda li jirriżultaw minn miżuri li għandhom l-għan li jiksbu rendiment addizzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu taċ-ċertifikazzjoni jkun limitat għal żmien u ambitu raġonevoli li jippermettu l-amortizzazzjoni sħiħa tal-investiment rilevanti u l-eżistenza ta' proċeduri robusti biex tiġi mmonitorjata l-effettività taċ-ċertifikazzjoni. |
(17) |
Sabiex jiġi żgurat proċess taċ-ċertifikazzjoni bla xkiel għal bijokarburanti, bijolikwidi jew karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' ILUC, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jiddependu fuq regoli taċ-ċertifikazzjoni affidabbli u robusti. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jqisu r-rwol ta' skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali f'konformità mat-test riformolat tal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li saħħaħ ir-robustezza tal-verifika li għandhom il-kompitu li għandhom iwettqu fir-rigward tad-dispożizzjonijiet korrispondenti stipulati fid-Direttiva 2009/28/KE. Minbarra l-iskemi nazzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-iskemi volontarji jistgħu jiċċertifikaw il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx tal-ILUC kif jagħmlu biex jiċċertifikaw il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
(18) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi ekonomiċi tkun trasparenti, preċiża, affidabbli u protetta kontra l-frodi, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli globali dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi jew tal-karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li jipprevedu standard adegwat ta' awditjar indipendenti tal-pretensjonijiet imressqa mill-operaturi ekonomiċi, Dawn ir-regoli, inkluż dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-gruppi, jistgħu jiġu speċifikati u armonizzati aktar bis-saħħa tal-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 30(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni tal-materja prima b'riskju għoli ta' ILUC li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju, u għaċ-ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' ILUC.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“għelejjel taż-żejt” tfisser għelejjel tal-ikel u tal-għalf, bħal żerriegħa tal-kolza, tal-palm, tal-fażola tas-sojja u tal-ġirasol, li ma jkunux għelejjel b'kontenut rikk ta' lamtu u għelejjel taz-zokkor, li normalment jintużaw bħala materja prima għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa; |
(2) |
“art mhux użata” tfisser żoni li, għal perjodu konsekuttiv ta' mill-inqas ħames snin qabel il-bidu tal-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola użata għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa, la kienu użati għall-kultivazzjoni ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf, la ta' għelejjel oħra tal-enerġija u lanqas għal kwalunkwe ammont sostanzjali ta' foraġġ għall-annimali li jirgħu; |
(3) |
“art abbandunata” tfisser art mhux użata, li fil-passat intużat għall-kultivazzjoni ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf iżda fejn il-kultivazzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf twaqqfet minħabba restrizzjonijiet bijofiżiċi jew soċjoekonomiċi; |
(4) |
“art li ddeterjorat b'mod gravi” tfisser art kif definita fil-punt 9 tal-Anness V, il-parti C, tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(5) |
“miżura ta' addizzjonalità” tfisser kwalunkwe titjib fil-prattiki agrikoli li jwassal, b'mod sostenibbli, għal żieda fir-rendiment tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf fuq art li diġà tintuża għall-kultivazzjoni tal-ikel u tal-għelejjel tal-għalf; u kwalunkwe azzjoni li tippermetti l-kultivazzjoni ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf fuq art mhux użata, inkluż art abbandunata, għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa; |
(6) |
“materja prima addizzjonali” tfisser l-ammont addizzjonali ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf prodotti f'żona delineata b'mod ċar meta mqabbel mal-valur bażi dinamiku tar-rendiment u li jkun ir-riżultat dirett tal-applikazzjoni ta' miżura ta' addizzjonalità. |
(7) |
“valur bażi dinamiku tal-produzzjoni” tfisser ir-rendiment medju miż-żona delineata fejn tkun ittieħdet miżura ta' addizzjonalità, ikkalkulat matul il-perjodu ta' tliet snin immedjatament qabel is-sena tal-applikazzjoni ta' tali miżura, b'kunsiderazzjoni taż-żieda medja fir-rendiment osservata għal dik il-materja prima matul id-deċennju preċedenti u l-kurvi tar-rendiment matul il-ħajja f'każ ta' għelejjel permanenti, għajr il-fluttwazzjonijiet fir-rendiment; |
(8) |
“art b'ħażna kbira ta' karbonju” tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(9) |
“bdiewa b'azjenda agrikola żgħira” tfisser bdiewa li jwettqu attività agrikola b'mod indipendenti f'azjenda agrikola b'erja agrikola ta' inqas minn żewġ ettari, li jkollhom is-sjieda tagħha, id-drittijiet ta' pussess tagħha jew kwalunkwe titolu ekwivalenti li jagħtihom il-kontroll fuq l-art, u li ma jkunux impjegati minn xi kumpanija, ħlief għal kooperattiva li jkunu membri tagħha ma' bdiewa oħra b'azjenda agrikola żgħira, sakemm tali kooperattiva ma tkunx ikkontrollata minn xi parti terza; |
(10) |
“għelejjel tar-raba' permanenti” tfisser uċuħ tar-raba' li mhumiex taħt sistema ta' rotazzjoni ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar u jagħtu ħsad ripetut. |
Artikolu 3
Kriterji għad-determinazzjoni tal-materja prima b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-materja prima b'riskju għoli ta' tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta' produzzjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju, għandhom japplikaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a) |
l-espansjoni medja annwali taż-żona tal-produzzjoni globali tal-materja prima mill-2008 hija ogħla minn 1 % u taffettwa aktar minn 100 000 ettaru; |
(b) |
is-sehem ta' tali espansjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju huwa ogħla minn 10 %, skont il-formula li ġejja: fejn xhcs = sehem tal-espansjoni f'art b'ħażna kbira ta' karbonju; xf = sehem tal-espansjoni f'art imsemmija fl-Artikolu 29(4)(b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001; xp = sehem tal-espansjoni f'art imsemmija fl-Artikolu 29(4)(a) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 inkluż it-torbieri; PF = fattur tal-produttività. PF għandu jkun 1,7 għall-qamħirrum, 2,5 għaż-żejt tal-palm, 3,2 għall-pitrava taz-zokkor, 2,2 għall-kannamiela u 1 għall-għelejjel l-oħra kollha. |
L-applikazzjoni tal-kriterji fil-punti (a) u (b) ta' hawn fuq għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni inkluża fl-Anness, kif riveduta skont l-Artikolu 7.
Artikolu 4
Kriterji ġenerali għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art
1. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jistgħu jiġu ċċertifikati biss bħala karburanti b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
(b) |
il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa ġew prodotti minn materja prima addizzjonali miksuba permezz ta' miżuri ta' addizzjonalità li jissodisfaw il-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 5; |
(c) |
l-evidenza meħtieġa biex tiġi identifikata l-materja prima addizzjonali u biex jiġu sostanzjati l-pretensjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta' materja prima addizzjonali tinġabar kif xieraq u tiġi ddokumentata bir-reqqa mill-operaturi ekonomiċi rilevanti. |
2. L-evidenza fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri ta' addizzjonalità meħuda biex tiġi prodotta l-materja prima addizzjonali, iż-żoni delineati li fuqhom ġew applikati dawn il-miżuri u r-rendiment medju miksub mill-art fejn dawn il-miżuri ġew applikati matul il-perjodu ta' tliet snin immedjatament qabel is-sena meta ġiet applikata l-miżura ta' addizzjonalità.
Artikolu 5
Miżuri ta' addizzjonalità
1. Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa jistgħu jiġu ċċertifikati biss bħala karburanti b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art jekk:
(a) |
il-miżuri ta' addizzjonalità biex tiġi prodotta l-materja prima addizzjonali jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
il-miżuri ta' addizzjonalità jittieħdu mhux aktar tard minn 10 snin qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa bħala karburanti b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art. |
Artikolu 6
Rekwiżiti ta' awditajar u verifika għaċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art
1. Għall-fini taċ-ċertifikazzjoni ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art, l-operaturi ekonomiċi għandhom:
(a) |
jibagħtu informazzjoni affidabbli li tissostanzja l-pretensjonijiet tagħhom li r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 ikunu ġew issodisfati kif xieraq; |
(b) |
jagħmlu arranġamenti għal standard adegwat ta' awditjar indipendenti tal-informazzjoni mressqa u għal livell adegwat ta' trasparenza li jirriflettu l-bżonn għall-iskrutinju pubbliku tal-approċċ tal-awditjar; u |
(c) |
jipprovdu evidenza li l-awditi jsiru. |
2. L-awditjar għandu jivverifika li l-informazzjoni ppreżentata mill-operaturi ekonomiċi tkun preċiża, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi.
3. Sabiex jintwera li konsenja għandha titqies bħala bijokarburant, bijolikwidu jew karburant tal-bijomassa b'riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art, l-operaturi ekonomiċi għandhom jużaw is-sistema ta' bilanċ tal-massa stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-iskemi volontarji jistgħu jintużaw biex juru l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 6 skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Artikolu 7
Monitoraġġ u rieżami
Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-aspetti rilevanti kollha tar-rapport, b'mod partikolari d-data dwar l-espansjoni tal-materja prima, kif ukoll l-evidenza dwar il-fatturi li jiġġustifikaw id-dispożizzjoni dwar il-bdiewa b'azjenda agrikola żgħira fl-Artikolu 5(1) u, jekk ikun xieraq, temenda dan ir-Regolament. Dan ir-rapport rivedut għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u jsir il-bażi għall-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3.
Minn dakinhar 'il quddiem il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data inkluża fir-rapport fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jevolvu u tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.
(2) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(3) Id-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 1).
ANNESS
|
Espansjoni annwali medja taż-żona tal-produzzjoni (kha) |
Espansjoni annwali medja taż-żona tal-produzzjoni mill- 2008 (%) |
Sehem tal-espansjoni f’art imsemmija fl- Artikolu 29(4)(b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 |
Sehem tal-espansjoni f’art imsemmija fl- Artikolu 29(4)(a) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 |
Ċereali |
|
|
|
|
Qamħ |
– 263,4 |
– 0,1 % |
1 % |
— |
Qamħirrum |
4 027,5 |
2,3 % |
4 % |
— |
Għelejjel taz-zokkor |
|
|
|
|
Kannamiela |
299,8 |
1,2 % |
5 % |
— |
Pitrava taz-zokkor |
39,1 |
0,9 % |
0,1 % |
— |
Għelejjel taż-żejt |
|
|
|
|
Żerriegħa tal-lift |
301,9 |
1,0 % |
1 % |
— |
Żejt tal-palm |
702,5 |
4,0 % |
45 % |
23 % |
Fażola tas-sojja |
3 183,5 |
3,0 % |
8 % |
— |
Ġirasol |
127,3 |
0,5 % |
1 % |
— |