|
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/803
tas-17 ta' Mejju 2019
dwar ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1952 jistabbilixxi l-qafas għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1952, kull tliet (3) snin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti ta' kwalità standard dwar id-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kull tibdil fihom. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1952, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data ppreżentata u għandha tuża dik il-valutazzjoni u analiżi tar-rapporti ta' kwalità biex tħejji u tippubblika rapport dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea koperta mir-Regolament (UE) 2016/1952. |
|
(4) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1952, il-Kummissjoni (il-Eurostat) ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri biex tivvaluta r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tal-assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-kontenut u ż-żmien xieraq tar-rapporti ta' kwalità. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Ir-rekwiżiti tekniċi tal-assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar id-data rigward il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku huma stabbiliti fl-Anness.
(2) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel rapporti ta' kwalità sal-15 ta' Ġunju 2019.
(3) Kull rapport ta' kwalità għandu jkopri s-snin kollha mir-rapport preċedenti ta' kwalità. Madankollu, l-ewwel rapporti ta' kwalità għandhom ikopru s-snin ta' referenza 2017 u 2018.
Artikolu 2
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jingħataw permezz tal-punt uniku ta' dħul ipprovdut mill-Kummissjoni (il-Eurostat) biex il-Kummissjoni (il-Eurostat) tkun tista' tirċievi dawk ir-rapporti ta' kwalità b'mezzi elettroniċi.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
ANNESS
IR-REKWIŻITI TEKNIĊI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ RIGWARD IL-KONTENUT TAR-RAPPORTI TA' KWALITÀ TAL-ISTATISTIKA EWROPEA DWAR IL-PREZZIJIET TAL-GASS NATURALI U TAL-ELETTRIKU
Ir-rapporti tal-kwalità għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
1. IR-RILEVANZA:
Fir-rapporti ta' kwalità, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-utenti, il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom u ġustifikazzjoni ta' dawn il-ħtiġijiet; |
|
(b) |
il-proċeduri użati għall-kejl tas-sodisfazzjon tal-utenti u l-produzzjoni tar-riżultati; |
|
(c) |
kemm hija disponibbli l-istatistika meħtieġa. |
2. IL-PREĊIŻJONI:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu:
|
(a) |
valutazzjoni tal-preċiżjoni li tiġbor fil-qosor il-komponenti varji tas-sett tad-data; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-erruri waqt it-teħid tal-kampjuni; |
|
(c) |
deskrizzjoni ta' erruri oħrajn. |
3. IT-TEMPESTIVITÀ U L-PUNTWALITÀ:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar:
|
(a) |
it-tul taż-żmien bejn l-avveniment jew il-fenomenu li jkunu qed jiddeskrivu u d-disponibbiltà tad-data (it-tempestività); |
|
(b) |
it-tul taż-żmien bejn id-data mmirata tat-twassil tad-data u d-data proprja tat-twassil tad-data (il-puntwalità); |
|
(c) |
l-għadd ta' iterazzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm data vvalidata għalkollox (iterazzjonijiet ta' validazzjoni). |
4. L-AĊĊESSIBBILTÀ U Ċ-ĊAREZZA:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-kundizzjonijiet u l-mezzi li bihom l-utenti jistgħu:
|
(a) |
jiksbu u jużaw id-data (inkluż, iżda mhux limitat għal stqarrijiet tal-aħbarijiet, pubblikazzjonijiet, bażijiet tad-data online, aċċess għall-mikrodata); |
|
(b) |
jinterpretaw id-data bħall-għoti ta' dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija u l-ġestjoni tal-kwalità. |
5. IL-KOMPARABBILTÀ:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kemm hija komparabbli l-istatistika:
|
(a) |
bejn iż-żoni ġeografiċi; |
|
(b) |
tul iż-żmien |
6. IL-KOERENZA:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kemm l-istatistika hi:
|
(a) |
rikonċiljabbli mad-data miksuba minn sorsi oħra (koerenza transsettorjali); |
|
(b) |
konsistenti fi ħdan sett ta' data partikolari (koerenza interna). |
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar l-aspetti ta' kwalità addizzjonali li ġejjin:
1. IL-ĠESTJONI TAL-KWALITÀ:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sistemi u l-oqfsa fis-seħħ għall-ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti u l-proċessi statistiċi. Għandhom jirrapportaw ukoll dwar il-valutazzjoni tagħhom tal-kwalità tad-data.
2. IR-REVIŻJONI TAD-DATA:
L-Istati Membri għandhom jispjegaw għalfejn tkun ġiet riveduta d-data validata. Ir-raġunijiet jistgħu jinkludu informazzjoni ta' sors ġdid tad-data disponibbli, metodi ġodda jew informazzjoni rilevanti oħra. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll id-data, id-daqs u id-daqs tar-reviżjonijiet.
B'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1952, dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kull tibdil li jsirilhom.
1. IL-PREŻENTAZZJONI STATISTIKA:
L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-deskrizzjoni li ġejja tad-data mxerrda li tista' tintwera lill-utenti bħala tabelli, graffs jew mapep:
|
(a) |
deskrizzjoni tad-data; |
|
(b) |
sistema tal-klassifikazzjoni; |
|
(c) |
kopertura tas-setturi; |
|
(d) |
kunċetti u definizzjonijiet tal-istatistika; |
|
(e) |
unità tal-istatistika; |
|
(f) |
popolazzjoni tal-istatistika; |
|
(g) |
żona ta' referenza (ambitu ġeografiku); |
|
(h) |
kopertura taż-żmien (it-tul taż-żmien meta d-data hi disponibbli); |
|
(i) |
perjodu ta' referenza (il-perjodu kopert mir-rapport); |
|
(j) |
unità tal-kejl. |
2. L-IPPROĊESSAR TAL-ISTATISTIKA:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom ikopru deskrizzjoni tal-proċeduri kollha użati għall-ġbir, il-validazzjoni u l-kompilazzjoni tad-data u għall-kisba ta' informazzjoni ġdida.
3. IL-POLITIKA TAR-RILAXX:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jirrapportaw dwar ir-regoli għat-tixrid tad-data fil-livell nazzjonali.
4. IL-FREKWENZA TAT-TIXRID:
Ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll il-frekwenza kif għandha tinxtered id-data fil-livell nazzjonali.
B'konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar:
1. IL-KUNFIDENZJALITÀ:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri leġiżlattivi jew proċeduri formali oħra, li jevitaw l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data li jista' jikkawża l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta' persuna jew entità ekonomika. Jiddeskrivu wkoll ir-regoli applikati biex tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-istatistika u jkun evitat l-iżvelar mhux awtorizzat.
2. L-ISPEJJEŻ U L-PIŻIJIET:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-piżijiet assoċjati mal-ġbir u l-produzzjoni tal-prodott statistiku.