8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/707

tas-7 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi famoxadone, flumioxazine u metalaxyl-M ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 (3) sat-30 ta' Ġunju 2019. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi famoxadone, flumioxazin u metalaxyl-M fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, ethephon, etoxazole, fenamiphos, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole u S-metolachlor ġew estiżi sal-31 ta' Lulju 2019 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/917.

(4)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva diuron ġie estiż bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 (6) sat-30 ta' Settembru 2019.

(5)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tebuconazole se jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2019 (7).

(6)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi msemmija fil-premessi 3 sa 5 tressqu f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(7)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(8)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistipula li d-data ta' skadenza tkun l-istess waħda li kienet iffissata qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi wara. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabblixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta' applikazzjoni qrib possibbli.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor (ĠU L 163, 28.6.2018, p. 13).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 62).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famoxadone, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2020”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalaxyl-M, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2020”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumioxazine, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2020”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Cyazofamid, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Alpha-cypermethrin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 84, Benalaxyl, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 85, Bromoxynil, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 86, Desmedipham, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Phenmedipham, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolachlor, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 99, Etoxazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenazate, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemectin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 141, Fenamiphos, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, Ethephon, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, Captan, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, Folpet, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(19)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanate, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 148, Methiocarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 149, Dimethoate, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, Dimethomorph, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, Metribuzin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, Phosmet, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, Propamocarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, Pirimiphos-methyl, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, Beflubutamid, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 163, Benthiavalicarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boscalid, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 166, Fluoxastrobin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(31)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 167, Paecilomyces lilacinus razza 251, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(32)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 168, Prothioconazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(33)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 192, Diuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Settembru 2020”;

(34)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebuconazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Awwissu 2020”.