|
17.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/18 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/625
tal-4 ta' Marzu 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 126(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż għall-istabbiliment ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom u kontrolli uffiċjali li jitwettqu fuq tali kunsinni li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprovdi bażi ġuridika biex jiġu adottati atti delegati sabiex jissupplimentaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament għad-dħul fl-Unjoni ta' ċerti annimali u oġġetti. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jinkludu garanziji li jikkonċernaw il-verifika ta' konformità ma' dawn li ġejjin:
|
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) stabbilixxa kundizzjonijiet speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) stabbilixxa l-kundizzjonijiet ġenerali għad-dħul tal-ikel fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2017/625 stabbilixxa regoli f'oqsma attwalment koperti minn dawk iż-żewġ Regolamenti u jħassarhom u jissostitwihom b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw kontinwazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u sabiex jiġi evitat tfixkil fid-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Fl-istess ħin l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dawk iż-żewġ Regolamenti jenħtieġ li titqies bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti għal operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw fl-Unjoni prodotti li joriġinaw mill-annimali. Kif xieraq, ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament għall-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jkunu konsistenti ma' dawk diġà stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 (11) jipprevedi derogi mir-Regolament (KE) Nru 854/2004 rigward rekwiżiti tas-saħħa pubblika għal importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali (bħal insetti u laħam tar-rettili) u ikel li fih kemm il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll il-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali (il-prodotti komposti) sal-31 ta' Diċembru 2020. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' tali prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll qabel l-iskadenza tal-miżuri tranżizzjonali sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni li jkopru dawn il-prodotti. |
|
(7) |
L-insetti qed jiġu dejjem aktar prodotti għall-konsum mill-bniedem. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-insetti importati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-ikel u s-sikurezza tal-ikel. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-insetti. L-insetti jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal awtorizzazzjoni bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
|
(8) |
Fit-18 ta' Ottubru 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottat Opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika involuti fil-konsum mill-bniedem ta' laħam tar-rettili (13). Ġew identifikati għadd ta' perikli, bħal Salmonella u Trichinella. Ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni jenħtieġ li jinkludu verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni biex jitnaqqas ir-riskju minn dawn il-perikli f'kunsinni ta' laħam tar-rettili. |
|
(9) |
Il-kompożizzjoni ta' prodotti komposti taffettwa l-karatteristiċi fiżikokimiċi ta' tali ikel, li jwasslu għal riskji differenti. Għal din ir-raġuni, kunsinni ta' prodotti komposti li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli biss, prinċipalment dwar l-oriġini tal-prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali li fihom jikkonsisti tali ikel, l-oriġini tal-ikel innifsu, jew il-garanziji li jakkumpanjaw il-kunsinni ta' prodotti komposti, jenħtieġ li jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni. Għal prodotti komposti li jippreżentaw riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi derogi minn verifiki f'postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. |
|
(10) |
Meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li ssir referenza għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (14) sabiex dawn l-oġġetti u l-annimali jiġu identifikati b'mod ċar. |
|
(11) |
Il-kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss, abbażi ta' analiżi tar-riskju, meta l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li minnhom joriġinaw dawn l-annimali u l-oġġetti, ikunu jistgħu jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza ta' dawn l-annimali u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem u jkunu elenkati kif xieraq fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (15). |
|
(12) |
Minbarra r-rekwiżiti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem sabiex ikun hemm garanziji fir-rigward tal-effiċjenzi tal-kontrolli uffiċjali dwar is-sikurezza tal-ikel f'pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom. Jenħtieġ li pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom jidhru biss f'listi wara li jiġu pprovduti evidenza u garanziji li l-annimali u l-oġġetti kkonċernati mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni għas-sikurezza tal-ikel, jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti bħala ekwivalenti għalihom, stabbiliti fid-Direttiva 96/23/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (UE) 2017/625, u r-Regolament Delegat (UE) 2019/624 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/627. |
|
(13) |
Il-kunsinni ta' ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss meta dawk l-oġġetti jintbagħtu minn stabbilimenti li jidhru fuq listi mfassla u miżmuma aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jinkisbu jew jiġu ppreparati fihom. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel, jew ma' regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, huwa xieraq li jkun previst li waqt it-tfassil u l-aġġornament tal-listi ta' tali stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-pajjiż terz jenħtieġ li jipprovdi garanziji minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 127(3)(e) (i) u (iv) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-listi ta' stabbilimenti previsti fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/625 sabiex tiġi żgurata t-trasparenza għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-konsumaturi, rigward l-istabbilimenti li minnhom tali oġġetti jistgħu jidħlu fl-Unjoni biex jitqiegħdu fis-suq. Bl-għan li tiġi żgurata l-effettività ta' dawn ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu d-dħul ta' kunsinni ta' tali oġġetti sakemm iċ-ċertifikati uffiċjali li huma meħtieġa li jakkumpanjaw tali kunsinni skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz mid-data tal-pubblikazzjoni tal-listi mill-Kummissjoni. |
|
(15) |
Jenħtieġ li tali rekwiżiti li jikkonċernaw l-istabbilimenti ma jiġux stabbiliti b'rabta mal-oġġetti maħsuba għal tranżitu, għaliex jirrappreżentaw riskju baxx mill-perspettiva ta' sikurezza tal-ikel u ma hemm l-ebda tqegħid fis-suq ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tali rekwiżiti ma jiġux stabbiliti għal stabbilimenti li jwettqu biss attivitajiet ta' produzzjoni primarja, operazzjonijiet ta' transport, ħażna ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li ma jeħtiġux kundizzjonijiet tal-ħażna b'temperatura kkontrollata jew produzzjoni ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħra tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, kimożina, isinglass u amminoaċidi raffinati ħafna msemmija fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(16) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 (16) jirrikjedi li stabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel, jew ma' regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, in-nebbieta jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu prodotti fi stabbilimenti, li jidhru f'listi mfassla u aġġornati skont dan ir-Regolament. |
|
(17) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel, jew ma' regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, prodotti minn stabbilimenti li jimmanifatturaw laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparati tal-laħam, prodotti tal-laħam, laħam separat mekkanikament u materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn l-istabbilimenti jidhru f'listi mfassla u aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li huma ppubblikati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-materja prima li minnha jiġu mmanifatturati dawn il-prodotti, jenħtieġ li tiġi minn stabbilimenti (biċċeriji, stabbilimenti li jżommu t-tjur, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti li jipproċessaw prodotti tas-sajd) li jidhru f'listi mfassla u aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li huma ppubblikati mill-Kummissjoni. |
|
(18) |
Il-kunsinni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss minn żoni tal-produzzjoni f'pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li jidhru f'listi mfassla u aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li huma ppubblikati mill-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għal dawn il-prodotti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/627, jew ma' regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom. Il-pubblikazzjoni ta' dawk il-listi jenħtieġ li tiżgura t-trasparenza għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-konsumaturi rigward iż-żoni tal-produzzjoni li minnhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar ħajjin. |
|
(19) |
Il-kunsinni ta' prodotti tas-sajd jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss meta l-kunsinni jintbagħtu minn stabbiliment fuq l-art, jew minn bastimenti reefer, fabbrika jew friża li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz li jidher f'listi mfassla u aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u li huma ppubblikati mill-Kummissjoni, jew li jinkisbu jew jiġu ppreparati fih, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, b'mod partikolari mar-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tas-sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/627, jew ma' regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom. Il-pubblikazzjoni ta' tali listi jenħtieġ li tiżgura t-trasparenza għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-konsumaturi rigward il-bastimenti li minnhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni l-prodotti tas-sajd. |
|
(20) |
Il-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma japplikawx għall-prodotti komposti. Madankollu, dak ir-Regolament jirrikjedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw prodotti komposti biex jiżguraw li l-prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali li jinsabu f'tali ikel jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(21) |
Ir-riskju relatat mal-prodotti komposti jiddependi fuq it-tip ta' ingredjenti u fuq il-kundizzjonijiet tal-ħażna tagħhom. Ir-rekwiżiti rigward il-kunsinni ta' prodotti komposti għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li dawk il-prodotti komposti li jippreżentaw riskju jiġu esportati minn pajjiżi li huma awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (17), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (18), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (19), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (20) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (21). |
|
(22) |
Abbażi tan-numru ta' notifiki li waslu fis-Sistema ta' Allarm Malajr għall-Ikel u l-Għalf stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002, kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti mqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem jippreżentaw riskju miżjud għal nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-ikel. Għaldaqstant, il-kunsinni ta' tali annimali u oġġetti mqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jkunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni individwali ta' kull kunsinna għad-dħul fl-Unjoni biex jitqiegħdu fis-suq. Iċ-ċertifikazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni tista' tikkontribwixxi wkoll biex tfakkar lill-operaturi tan-negozju tal-ikel u lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom bir-rekwiżiti tal-Unjoni applikabbli. Fil-każ ta' tranżitu, jenħtieġ li jibqa' l-użu taċ-ċertifikati ta' tranżitu dedikati attwali b'attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali. |
|
(23) |
Billi r-Regolament (UE) 2017/625 japplika b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data. Il-miżuri tranżizzjonali li jipprovdu derogi mir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004, rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet ta' prodotti komposti ġew stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/185 u se jiġu estiżi sal-20 ta' April 2021 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/759 (22). Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-importazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-20 ta' April 2021 għal prodotti komposti sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti li huma rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom.
2. Ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 1 ikopru:
|
(a) |
l-identifikazzjoni ta' annimali u oġġetti soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin għad-dħul fl-Unjoni:
|
|
(b) |
rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' ċerti annimali u oġġetti minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu, elenkat skont l-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(c) |
rekwiżiti li l-kunsinni ta' ċerti oġġetti minn pajjiżi terzi jintbagħtu minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, u jinkisbu jew jiġu ppreparati fihom, u li jidhru f'listi mfassla u aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
|
(d) |
rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti bażiċi speċifiċi li ġejjin minbarra r-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) 2017/625:
|
|
(e) |
rekwiżiti addizzjonali għaċ-ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali u attestazzjonijiet privati li għandhom jakkumpanjaw lil ċerti annimali u oġġetti għad-dħul fl-Unjoni. |
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
|
(a) |
Annimali u oġġetti mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, madankollu meta d-destinazzjoni tal-annimali u l-oġġetti ma tkunx ġiet deċiża mad-dħul fl-Unjoni, japplika dan ir-Regolament; |
|
(b) |
Annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jagħmlu biss tranżitu mill-Unjoni mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ekwivalenti” tfisser ekwivalenti kif definita fl-Artikolu 2(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
|
(2) |
“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
|
(3) |
“stabbiliment” tfisser stabbiliment kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
|
(4) |
“attestazzjoni privata” tfisser attestazzjoni ffirmata mill-operatur ta' negozju tal-ikel li qed jimporta; |
|
(5) |
“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(6) |
“laħam ikkapuljat” tfisser ikkapuljat kif definit fil-punt 1.13 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(7) |
“preparati tal-laħam” tfisser preparati tal-laħam kif definiti fil-punt 1.15 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(8) |
“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(9) |
“laħam separat mekkanikament” tfisser laħam separat mekkanikament kif definit fil-punt 1.14 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(10) |
“ġelatina” tfisser ġelatina kif definita fil-punt 7.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(11) |
“kollaġen” tfisser kollaġni kif definita fil-punt 7.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(12) |
“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(13) |
“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definiti fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(14) |
“prodott kompost” tfisser ikel li fih kemm prodotti ta' oriġini mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali; |
|
(15) |
“rettili” tfisser annimali li jappartjenu għall-ispeċijiet Alligator mississippiensis, Crocodylus johnstoni, Crocodylus niloticus, Crocodylus porosus, Timon Lepidus, Python reticulatus, Python molurus bivittatus jew Pelodiscus sinensis; |
|
(16) |
“laħam tar-rettili” tfisser il-partijiet li jittieklu, mhux ipproċessati jew ipproċessati, derivati minn rettili mrobbija fl-irziezet, li huma, meta applikabbli, awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 u elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (23); |
|
(17) |
“insetti” tfisser ikel li jikkonsisti minn, huwa iżolat minn jew prodott mill-insetti jew il-partijiet tagħhom inkluż kwalunkwe stadju ħaj ta' insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma, meta applikabbli, awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 u elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470; |
|
(18) |
“ġelbin” tfisser nebbieta kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 (24); |
|
(19) |
“produzzjoni primarja” tfisser produzzjoni primarja kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
|
(20) |
“biċċerija” tfisser biċċerija kif definita fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(21) |
“stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif definit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(22) |
“impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif definit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(23) |
“żona ta' produzzjoni” tfisser arja ta' produzzjoni kif definita fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(24) |
“bastiment fabbrika” tfisser bastiment fabbrika kif definit fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(25) |
“bastiment friża” tfisser bastiment friża kif definit fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(26) |
“bastiment reefer” tfisser bastiment mgħammar biex jaħżen u jittrasporta oġġetti permezz ta' pellets jew merkanzija mhux marbuta (bl-ingrossa) fi stivi jew kmamar b'temperatura kkontrollata; |
|
(27) |
“operatur ta' negozju tal-ikel” tfisser operatur ta' negozju tal-ikel kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
Artikolu 3
Annimali u oġġetti li huma meħtieġa li jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625
Il-kunsinni tal-annimali u l-oġġetti li ġejjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu inkluż fil-lista għal dawk l-annimali u l-oġġetti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/626:
|
(a) |
prodotti li joriġinaw mill-annimali, inkluż laħam tar-rettili u insetti sħaħ mejtin, partijiet ta' insetti jew insetti pproċessati, li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“il-kodiċijiet NM”) fil-Kapitoli 2 sa 5, 15 u 16, u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (“il-kodiċijiet SA”) taħt l-intestaturi 1702, 1806, 2102, 2103, 2105, 2106, 2202, 2301, 2822, 2932, 3001, 3002, 3501, 3502, 3503, 3504, 3507, 3913, 4101, 4102, 4103, 4110 u 9602 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, meta dawn il-prodotti jkunu maħsuba għall-konsum mill-bniedem; |
|
(b) |
insetti ħajjin kif imsemmija bil-kodiċi NM 0106 49 00 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
Artikolu 4
Rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta' ċerti annimali u oġġetti minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu
Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi biss fuq l-inklużjoni ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) ta' dak ir-Regolament jekk ir-rekwiżiti li ġejjin ikunu rikonoxxuti mill-Kummissjoni li huma tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti rilevanti fl-Unjoni għall-annimali u l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 3:
|
(a) |
il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz dwar:
|
|
(b) |
il-kundizzjonijiet tal-iġjene tal-produzzjoni, il-manifattura, l-immaniġġar, il-ħażna u l-ispedizzjoni attwalment applikati għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-Unjoni; |
|
(c) |
kwalunkwe esperjenza ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali mill-pajjiż terz u r-riżultati ta' kwalunkwe kontroll uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni; |
|
(d) |
meta disponibbli, ir-riżultati ta' kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz relatati ma' annimali u oġġetti oħra li għalihom il-pajjiż terz diġà huwa elenkat skont l-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, b'mod partikolari r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz awditjat, u l-azzjoni li ħadu l-awtoritajiet kompetenti fid-dawl ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni indirizzata lilhom wara tali awditi mill-Kummissjoni; |
|
(e) |
l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta' programm ta' kontroll ta' żoonożi approvat mill-Kummissjoni meta applikabbli; |
|
(f) |
l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta' programm ta' kontroll ta' residwi approvat mill-Kummissjoni meta applikabbli, skont id-Direttiva 96/23/KE. |
Artikolu 5
Rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta' ċerti oġġetti minn pajjiż terz fir-rigward ta' stabbilimenti
1. Il-kunsinni tal-oġġetti li ġejjin għandhom jidħlu fl-Unjoni biss meta dawk il-kunsinni jintbagħtu minn stabbilimenti li jidhru fuq il-listi mfassla u miżmuma aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jinkisbu u jiġu ppreparati fihom:
|
(a) |
prodotti ta' oriġini mill-annimali li għalihom ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM fil-Kapitoli 2 sa 5, 15 u 16, u l-kodiċijiet SA taħt l-intestaturi 2102, 2103, 2105, 2106, 2202, 2301, 2822, 2932, 3001, 3002, 3501, 3502, 3503, 3504, 3507, 3913, 4101, 4102, 4103 u 4110 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87; |
|
(b) |
ġelbin imsemmija permezz tal-kodiċijiet SA li ġejjin: 0704 90, 0706 90, 0708 10, 0708 20, 0708 90 jew 1214 90 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
2. Stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jitpoġġew fuq il-listi msemmija fl-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 biss jekk, minbarra l-garanziji stabbiliti fl-Artikolu 127(3)(e)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-pajjiż terz jipprovdi l-garanziji li ġejjin:
|
(a) |
tali stabbilimenti, flimkien ma' kwalunkwe stabbiliment li jimmaniġġja materja prima ta' oriġini mill-annimali użata fil-manifattura tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali kkonċernati, jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, b'mod partikolari dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom; |
|
(b) |
l-istabbiliment, fejn xieraq, jimmaniġġja biss materja prima ta' oriġini mill-annimali li tiġi minn pajjiżi terzi bi pjan ta' monitoraġġ ta' residwi approvat għal dik il-kategorija tal-prodott skont id-Direttiva 96/23/KE jew mill-Istati Membri; |
|
(c) |
għandu s-setgħa vera li jwaqqaf l-istabbilimenti milli jesportaw lejn l-Unjoni f'każ li l-istabbilimenti jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jew ir-rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom. |
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bi kwalunkwe lista ġdida u aġġornata li tirċievi mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz skont l-Artikolu 127(3)(e)(iii) tar-Regolament (UE) 2017/625 u għandha tippubblika tali listi fuq is-sit web tagħha.
4. L-Istati Membri għandhom jippermettu d-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 sakemm iċ-ċertifikati uffiċjali li huma meħtieġa li jakkumpanjaw tali kunsinni skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-listi msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 6
Stabbilimenti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1)
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jwettqu biss l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
produzzjoni primarja; |
|
(b) |
operazzjonijiet ta' transport; |
|
(c) |
ħażna ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li ma għandhomx bżonn kundizzjonijiet ta' ħażna b'temperatura kkontrollata; |
|
(d) |
produzzjoni ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħra tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, kimożina, isinglass u amminoaċidi raffinati ħafna msemmija fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u msemmija mill-kodiċijiet NM taħt l-intestatura ta' 2833, ex 3913, 2930, ex 2932, 3507 jew 3503 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
Artikolu 7
Rekwiżiti għall-kunsinni ta' laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparati tal-laħam, prodotti tal-laħam, laħam separat mekkanikament u materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen
Il-kunsinni tal-prodotti li ġejjin ta' oriġini mill-annimali għandhom jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġew immanifatturati minn materja prima miksuba f'biċċeriji, stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti li jipproċessaw prodotti tas-sajd, li jidhru fil-listi ta' stabbilimenti mfassla u miżmuma aġġornati skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625:
|
(a) |
laħam frisk; |
|
(b) |
laħam ikkapuljat; |
|
(c) |
preparati tal-laħam; |
|
(d) |
prodotti tal-laħam u laħam separat mekkanikament; |
|
(e) |
materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen imsemmija rispettivament fil-punt 4(a) tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni XIV u fil-punt 4(a) tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
Artikolu 8
Rekwiżiti għall-kunsinni ta' molluski bivalvi ħajjin, ekonidermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar
1. Minkejja l-Artikolu 6, il-kunsinni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM taħt l-intestatura 0307 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn żoni ta' produzzjoni f'pajjiżi terzi li jidhru f'listi mfassla mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u ppubblikati mill-Kummissjoni.
2. Il-prodotti li ġejjin jistgħu jidħlu fl-Unjoni minn żoni ta' produzzjoni li ma ġewx ikklassifikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625:
|
(a) |
Pectinidae, ħlief fejn id-data mill-programmi ta' monitoraġġ uffiċjali kif stabbiliti mill-Artikolu 57 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/627 tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jikklassifikaw postijiet tas-sajd kif stabbilit fil-punt (2) tal-Kapitolu IX tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
|
(b) |
gasteropodi tal-baħar li mhumiex organiżmi filtraturi u Holothuroidea li mhumiex organiżmi filtraturi. |
Artikolu 9
Lista ta' żoni ta' produzzjoni
1. Qabel ma l-listi msemmija fl-Artikolu 8(1) jitfasslu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-garanziji li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jistgħu jipprovdu rigward il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 52 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni 2019/627 dwar il-klassifikazzjoni u l-kontroll taż-żoni tal-produzzjoni.
Il-Kummissjoni għandha twettaq żjara ta' kontroll fuq il-post qabel jitfasslu listi bħal dawn.
2. Ladarba l-listi msemmija fl-Artikolu 8(1) jitfasslu, u meta l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz joffru biżżejjed garanziji dwar il-ġestjoni u l-kontrolli taż-żoni ta' produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom, iż-żjara ta' kontroll fuq il-post tal-Kummissjoni ma hemmx għalxiex titwettaq qabel ma tiżdied żona ta' produzzjoni ġdida ma' lista eżistenti skont l-Artikolu 5.
Artikolu 10
Rekwiżiti speċjali għall-prodotti tas-sajd
Il-kunsinni tal-prodotti tas-sajd li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM fl-intestaturi 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308, 1504, 1516, 1603, 1604, 1605 jew 2106 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandhom jidħlu fl-Unjoni biex jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu nkisbu jew ġew ippreparati, fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni tagħhom, fi stabbiliment fuq l-art, fabbrika jew bastiment friża jew maħżuna f'maħżen kiesaħ jew bastiment reefer li jidhru f'lista mfassla u aġġornata skont l-Artikolu 127(3)(e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u ppubblikata mill-Kummissjoni.
Artikolu 11
1. Bastiment jista' jiġi inkluż fil-listi ta' stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 127(3)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625 sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz ieħor li għalih, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment qed itajjar il-bandiera tiegħu ddelegaw ir-responsabbiltà għall-ispezzjoni tal-bastiment ikkonċernat, jipprovdu lill-Kummissjoni b'komunikazzjoni konġunta li tiddikjara li l-erba' rekwiżiti li ġejjin kollha huma ssodisfati:
|
(a) |
iż-żewġ pajjiżi terzi jidhru fil-lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, imfassla skont l-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd; |
|
(b) |
il-prodotti kollha tas-sajd mill-bastiment ikkonċernat li huma destinati għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jitniżżlu l-art direttament fil-pajjiż terz li għalih għandu responsabbiltà delegata l-pajjiż terz li l-bastiment qed itajjar il-bandiera tiegħu rigward l-ispezzjoni tal-bastimenti kkonċernati; |
|
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti delegati spezzjonaw il-bastiment u ddikjaraw li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni; |
|
(d) |
l-awtoritajiet kompetenti delegati ddikjaraw li se jispezzjonaw regolarment il-bastiment biex jiżguraw li jibqa' jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni. |
2. Bastiment jista' jiġi inkluż fil-listi ta' stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 fuq il-bażi ta' komunikazzjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, li għalih l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment qed itajjar il-bandiera tiegħu ddelegaw ir-responsabbiltà għall-ispezzjoni tal-bastiment ikkonċernat, jekk it-tliet rekwiżiti li ġejjin kollha huma ssodisfati:
|
(a) |
il-prodotti kollha tas-sajd mill-bastiment ikkonċernat li huma destinati għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jitniżżlu l-art direttament f'dak l-Istat Membru; |
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru spezzjonaw il-bastiment u ddikjaraw li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni; |
|
(c) |
l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru iddikjaraw li se jispezzjonaw regolarment il-bastiment biex jiżguraw li jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni. |
3. Meta kunsinni ta' prodotti tas-sajd jidħlu fl-Unjoni direttament minn bastiment reefer, fabbrika jew friża li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz, iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 (25) jista' jiġi ffirmat mill-kaptan.
Artikolu 12
Rekwiżiti għall-kunsinni ta' prodotti komposti
1. Il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmija bil-kodiċijiet SA taħt l-intestaturi 1601, 1602, 1603, 1604, 1605, 1901, 1902, 1905, 2004, 2005, 2103, 2104, 2105, 2106 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jidħlu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq biss jekk kull prodott ipproċessat li joriġina mill-annimali li jinsab fil-prodotti komposti kien jew prodott fi stabbilimenti li jinsabu f'pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom u awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni dawk il-prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali skont l-Artikolu 5 jew fi stabbilimenti li jinsabu fi Stati Membri.
2. Sakemm tiġi stabbilita mill-Kummissjoni lista speċifika ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw prodotti komposti lejn l-Unjoni, il-kunsinni ta' prodotti komposti minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni, soġġett għal konformità mar-regoli li ġejjin:
|
(a) |
il-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1 li jeħtieġ li jiġu trasportati jew maħżuna f'temperaturi kkontrollati għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni kull prodott ipproċessat ta' oriġini mill-annimali li jinsab fil-prodott finali, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 u d-Deċiżjoni 2011/163/UE; |
|
(b) |
il-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1 li ma għandhomx bżonn jiġu trasportati jew maħżuna f'temperaturi kkontrollati li fihom kwalunkwe kwantità ta' laħam ipproċessat għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni il-prodotti tal-laħam li jinsabu fil-prodott kompost skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE; |
|
(c) |
il-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1 li ma għandhomx bżonn jiġu trasportati jew maħżuna f'temperaturi kkontrollati u li fihom prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali minbarra laħam ipproċessat, li għalihom ġew stabbiliti rekwiżiti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw lejn l-Unjoni prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib, prodotti li fihom il-kolostru, prodotti tas-sajd jew prodotti tal-bajd fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-Unjoni għas-saħħa pubblika u tal-annimali u li huma elenkati mill-inqas għal wieħed minn dawn il-prodotti ta' oriġini mill-annimali skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, u fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE fuq il-bażi ta' pjan ta' kontroll tar-residwi approvat skont id-Direttiva 96/23/KE. |
Artikolu 13
Ċertifikati uffiċjali
1. Kull kunsinna tal-prodotti li ġejjin għandha tidħol fl-Unjoni biss meta l-kunsinna tkun akkumpanjata minn ċertifikat uffiċjali:
|
(a) |
prodotti ta' oriġini mill-annimali li għalihom ġew stabbiliti l-Kodiċijiet NM fil-Kapitoli 2 sa 5, 15 u 16, u l-kodiċijiet SA taħt l-intestaturi 1506, 1521, 1601, 1602, 1603, 1604, 1605, 2102, 2103, 2105, 2106, 2202, 2301, 2932, 3001, 3002, 3501, 3502, 3503, 3504, 3507, 3913, 4101, 4102, 4103, 4110 u 9602 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, meta dawn il-prodotti jkunu maħsuba għall-konsum mill-bniedem; |
|
(b) |
insetti ħajjin kif imsemmija bil-kodiċi NM 0106 49 00 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87; |
|
(c) |
ġelbin u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta' ġelbin u msemmija bil-kodiċi SA li ġejjin: 0704 90, 0706 90, 0708 10, 0708 20, 0708 90, 0713 10, 0713 33, 0712 34, 0712 35, 0713 39, 0713 40, 0712 50, 0712 60, 0713 90, 0910 99, 1201 10, 1201 90, 1207 50, 1207 99, 1209 10, 1209 21, 1209 91 jew 1214 90 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
2. Iċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti jikkonformaw:
|
(a) |
mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 jew mad-dispożizzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti; |
|
(b) |
ma' kwalunkwe rekwiżit speċifiku għad-dħul fl-Unjoni stabbilit f'dan ir-Regolament. |
3. Iċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu dettalji meħtieġa b'konformità ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali.
4. Iċ-ċertifikat uffiċjali għall-ġelbin u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelbin, imsemmija fil-paragrafu 1(c), għandhom jakkumpanjaw lill-kunsinna sakemm tasal fid-destinazzjoni tagħha kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali. Fil-każ li l-kunsinna tinqasam, għandu jkun hemm kopja taċ-ċertifikat uffiċjali ma' kull parti tal-kunsinna.
Artikolu 14
Attestazzjoni privata
1. Attestazzjoni privata, ippreparata u ffirmata mill-operatur tan-negozju tal-ikel li qed jimporta, għandha takkumpanja lill-kunsinni ta' prodotti komposti kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c) biex tikkonferma li l-kunsinni jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għall-prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, skont l-Artikolu 48(h) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-attestazzjoni privata għandha takkumpanja l-prodotti fil-mument li jitqiegħdu fis-suq.
3. L-attestazzjoni privata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura t-traċċabbiltà tal-kunsinna u għandha tinkludi
|
(a) |
informazzjoni rigward il-kunsenjatur u l-konsenjatarju tal-oġġetti importati; |
|
(b) |
il-lista ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodotti komposti, indikati f'ordni dixxendenti tal-piż, kif irreġistrat fil-mument tal-użu tagħhom fil-manifattura tal-prodott kompost; |
|
(c) |
in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment(i) li jimmanifattura(w) il-prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodott kompost, kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u indikat mill-operatur tan-negozju tal-ikel li qed jimporta. |
4. L-attestazzjoni privata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tattesta li:
|
(a) |
il-pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jipproduċi l-prodott kompost huwa elenkat mill-inqas għal waħda mill-kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li ġejjin:
|
|
(b) |
l-istabbiliment li jipproduċi l-prodotti komposti jissodisfa standards tal-iġjene rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 852/2004; |
|
(c) |
il-prodott kompost ma għandux bżonn jinħażen jew jiġi trasportat f'temperatura kkontrollata; |
|
(d) |
il-prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali fil-prodott kompost joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jesportaw kull prodott ipproċessat ta' oriġini mill-annimali lejn l-Unjoni, jew mill-Unjoni, u huma akkwistati minn stabbiliment(i) elenkat(i); |
|
(e) |
il-prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali użati fil-prodott kompost sarilhom mill-inqas it-trattament previst għal dawk il-prodotti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 b'deskrizzjoni qasira ta' kwalunkwe proċess li sar u tat-temperaturi li ġew applikati lill-prodott. |
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019. Madankollu, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12, u fl-Artikolu (14)(1) u (2) se japplikaw mill-21 ta' April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).
(3) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta' Frar 2018 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u fuq iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem b'konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ara paġna 51 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 29, 3.2.2017, p. 21)
(12) Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).
(13) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/578.
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(15) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta' Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi (ara l-paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 24).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53).
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(20) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
(21) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(22) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/759 tat-13 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni ta' rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet ta' ikel li fih kemm prodotti ta' oriġini mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali (prodotti komposti) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 11).
(23) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(24) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 16).
(25) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/628 tat-8 ta' April 2019 li jikkonċerna mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali għal ċerti annimali u oġġetti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta'dawn il-mudelli taċ-ċertifikati (ara l-paġna 101 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).