|
23.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/621
tas-17 ta' April 2019
dwar l-informazzjoni teknika meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-oġġetti li jridu jiġu ttestjati, dwar l-użu tal-metodi ta' ttestjar rakkomandati, u li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2014/45/UE, sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar perjodiku tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi bil-mutur u tat-trejlers tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-ġabra meħtieġa ta' informazzjoni teknika għall-ittestjar tal-oġġetti u dwar l-użu tal-metodi ta' ttestjar rakkomandati. |
|
(2) |
L-Anness I tad-Direttiva 2014/45/UE jistabbilixxi l-għadd minimu ta' oġġetti li jridu jiġu ttestjati, l-istandards minimi li jridu jintużaw u l-metodi ta' ttestjar rakkomandati. |
|
(3) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar perjodiku tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi bil-mutur u tat-trejlers tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta wkoll regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti. |
|
(4) |
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-ittestjar tal-affidabbiltà stradali l-vetturi b'żewġ jew bi tliet roti – il-kategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e u L7e b'ċilindrata ta' iktar minn 125 cm3 – jekk ikunu ddaħħlu fis-seħħ miżuri alternattivi effettivi tas-sikurezza fit-toroq. Madankollu, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-introduzzjoni u l-armonizzazzjoni tal-ittestjar tal-affidabbiltà stradali ta' dawn il-vetturi, jenħtieġ li tiġi definita wkoll ġabra ta' informazzjoni bħala gwida. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-obbligi u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jaffettwawx l-obbligi u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 (2) u (KE) Nru 595/2009 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw is-soluzzjonijiet online meħtieġa biex l-informazzjoni teknika ssir disponibbli għaċ-ċentri tal-ittestjar u għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma adottati skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2014/45/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi bil-mutur u tat-trejlers tagħhom:
|
(a) |
il-ġabra ta' informazzjoni teknika dwar it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-istering, il-viżibbiltà, il-fanali, ir-rifletturi, it-tagħmir elettriku, il-fusien, ir-roti, it-tajers, is-suspenxin, ix-xażì, l-aċċessorji tax-xażì, tagħmir u partijiet oħra meħtieġa għall-ittestjar tal-affidabbiltà stradali tal-oġġetti li jridu jiġu ttestjati, u dwar l-użu tal-metodi ta' ttestjar rakkomandati, skont il-punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2014/45/UE, u |
|
(b) |
ir-regoli dettaljati dwar il-format tad-data u l-proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika rilevanti. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi soġġetti għal testijiet tal-affidabbiltà stradali f'konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/45/UE, li ġew irreġistrati jew li bdew jintużaw għall-ewwel darba fi Stat Membru mill-20 ta' Mejju 2018.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika kif definit fir-Regolamenti (UE) Nru 167/2013 (4) u (UE) Nru 168/2013 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
|
(2) |
“rappreżentant tal-manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika kif definit fir-Regolament (UE) Nru 167/2013, fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fid-Direttiva 2007/46/KE; |
|
(3) |
“tinqara mill-magna” tfisser li tista' tintuża direttament minn kompjuter; |
|
(4) |
“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni” tfisser l-informazzjoni kif definita fir-Regolamenti (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 u fid-Direttiva 2007/46/KE; |
|
(5) |
“reġistrazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz fit-traffiku tat-triq ta' vettura kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE (7). |
Artikolu 4
Informazzjoni teknika dwar il-vettura
L-informazzjoni teknika meħtieġa għat-twettiq tat-test tal-affidabbiltà stradali hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċeduri għall-aċċess għall-informazzjoni teknika dwar il-vettura
1. L-informazzjoni teknika dwar il-vettura stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tkun disponibbli għaċ-ċentri tal-ittestjar u għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti b'mod mhux diskriminatorju, faċilment aċċessibbli, mingħajr restrizzjonijiet, f'waqtu u konsistenti.
2. L-informazzjoni teknika għandha tkun disponibbli mhux iktar tard minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vettura. Madankollu, għall-vetturi rreġistrati jew li ddaħħlu fis-servizz bejn l-20 ta' Mejju 2018 u l-20 ta' Novembru 2019, din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fl-20 ta' Mejju 2020.
3. Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 2, fil-każijiet stabbiliti fl-ewwel, fit-tieni u fil-ħames inċiż tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2014/45/UE, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni teknika liċ-ċentru tal-ittestjar u lill-awtorità kompetenti rilevanti meta tintalablu u mingħajr dewmien.
4. Il-manifattur għandu jipprovdi l-emendi u s-supplimenti sussegwenti għall-informazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 1 liċ-ċentri tal-ittestjar u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fl-istess ħin li jsiru disponibbli l-emendi u s-supplimenti għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura.
5. L-informazzjoni teknika għandha tkun disponibbli bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru taċ-ċentru tal-ittestjar jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
6. Il-manifatturi għandhom jiddeżinjaw punt ta' kuntatt responsabbli għall-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni teknika dwar il-vettura. Id-dettalji ta' kuntatt tal-punt ta' kuntatt għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-manifattur. Il-punt ta' kuntatt jista' jkun ukoll ir-rappreżentant tal-manifattur.
7. Sabiex jiġi żgurat li ċentru ta' ttestjar li jitlob l-aċċess għall-informazzjoni teknika dwar il-vettura jiġi awtorizzat skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2014/45/UE, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jassistu lill-manifattur kif xieraq.
Artikolu 6
Format tad-data
1. L-informazzjoni teknika għandha tkun disponibbli mill-manifattur abbażi tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura f'format ta' data b'sors miftuħ u strutturat:
|
(a) |
għall-awtoritajiet kompetenti, jekk jitolbuha, bħala ġabra ta' fajls ta' data li jistgħu jinqraw u jintużaw mill-magna offline, u |
|
(b) |
għaċ-ċentri tal-ittestjar u għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' soluzzjoni online. Meta tintuża soluzzjoni online, l-informazzjoni teknika, li jeħtieġ li tiġi pprovduta fuq sit web mill-manifattur fl-istess ħin bħala parti mill-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, għandha tkun disponibbli fl-istess format tad-data. Informazzjoni teknika oħra dwar il-vettura għandha tkun disponibbli fil-format tad-data li jintuża għal informazzjoni simili. |
2. Il-manifattur jista' jiddevja mir-rekwiżiti definiti fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' vetturi li jirċievu approvazzjoni tat-tip individwali, nazzjonali jew ta' serje żgħira kif imsemmi fir-Regolamenti (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 u fid-Direttiva 2007/46/KE, jew jekk il-manifattur ma jkollux jikkonforma mar-Regolamenti (KE) Nru 715/2007, (UE) Nru 167/2013 jew (UE) Nru 168/2013. Madankollu, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b'mod faċilment aċċessibbli u konsistenti li jista' jiġi pproċessat bi sforz raġonevoli.
3. Fil-każ ta' vetturi li jirċievu approvazzjoni tat-tip stadju wara l-ieħor, imħallta jew f'diversi stadji kif imsemmi fir-Regolamenti (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 u fid-Direttiva 2007/46/KE, il-manifattur responsabbli għall-istadju partikolari tal-immuntar għandu jkun responsabbli biex jikkomunika l-informazzjoni teknika dwar il-vettura b'rabta ma' sistema, ma' komponent jew ma' unità teknika separata partikolari għal dak l-istadju lill-manifattur finali. Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni teknika dwar il-vettura kompluta lill-awtoritajiet kompetenti u liċ-ċentri tal-ittestjar.
4. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-vetturi li jirċievu approvazzjonijiet individwali, nazzjonali jew ta' serje żgħira kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 u fid-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-20 ta' Mejju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy — duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(6) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).
ANNESS
1. ĠENERALI
|
I. |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, “struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura” għandha tfisser l-informazzjoni dijanjostika bażika u l-informazzjoni dwar it-test tal-iffittjar, b'mod partikolari:
|
|
II. |
L-informazzjoni teknika tal-vettura li tikkonċerna l-vetturi tal-kategorija L u l-vetturi barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/45/UE hija indikata bħala gwida. |
2. INFORMAZZJONI GĦALL-ITTESTJAR
|
Oġġett |
Metodu |
Informazzjoni meħtieġa |
Kategorija li għaliha hija meħtieġa l-informazzjoni |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
< 3,5t |
> 3,5t |
O |
L |
T |
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar. Nota: Jenħtieġ li l-vetturi b'sistemi tal-ibbrejkjar assistiti jiġu spezzjonati bil-magna mitfija. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar Nota: Jenħtieġ li l-vetturi b'sistemi tal-ibbrejkjar assistit jiġu spezzjonati bil-magna mitfija. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti fi pressjoni operattiva normali. Kontroll tal-ħin meħtieġ sakemm il-vakwu jew il-pressjoni tal-arja jilħqu livell sikur ta' tħaddim u l-funzjonament tal-apparat ta' twissija, tal-valv ta' protezzjoni b'diversi ċirkwiti u tal-valv għar-rilaxx tal-pressjoni. |
Pressjoni/livell massimu – livell minimu f'[bar] Ara UN R13 5.1.4.5.2 |
|
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Pressjoni statika tal-għeluq tal-valv ta' protezzjoni b'diversi ċirkwiti [bar] Ara UN R13 5.1.4.5.2 |
|
X |
|
|
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kontroll tal-funzjonament |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar. |
Deskrizzjoni ġenerali għall-brejk elettroniku tal-ipparkjar |
X |
X |
|
|
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Skonnettja u kkonnettja mill-ġdid l-akkoppjament tas-sistema tal-ibbrejkjar bejn il-vettura tal-irmonk u t-trejler. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar, jekk possibbli. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar, jekk possibbli. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar, jekk possibbli. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Metodu ta' valutazzjoni tal-użu u tal-limitu tal-użu Ara UN R13 5.2.1.11.2 u 5.2.2.8.2. |
X |
X |
X |
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Metodu ta' valutazzjoni tal-użu u tal-limitu tal-użu Ara UN R13 5.2.1.11.2 u 5.2.2.8.2. |
X |
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar, jekk possibbli. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar, jekk possibbli. |
Tip ta' ċilindru tal-brejk Ta' servizz/Tal-ipparkjar Stroke massima [mm] Tul tal-liver [mm] Ara UN R13 5.1.4.5.2 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-komponenti waqt li tkun qed titħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar, jekk possibbli. |
Pressjoni tal-input [bar] |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Pressjoni tal-output għal x % tat-tagħbija massima fuq il-fus [bar] UN R 13, Anness 10 7.4+ id-Dijagramma 5 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Stroke massima [mm] Ara UN R13 5.1.4.5.2 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
prinċipju ta' tħaddim [aġġustament awtomatiku/manwali] |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Skonnettja l-akkoppjament tal-brejkijiet bejn il-vettura tal-irmonk u t-trejler. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
Post u identifikazzjoni tal-konnessjonijiet tat-test Ara UN R 13 5.1.4.2 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Post u identifikazzjoni tal-konnessjonijiet tat-test Ara 2015/68, l-Anness I. 2.1.8.1 |
|
|
|
|
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Waqt test fuq tagħmir tal-ittestjar tal-brejkijiet jew, jekk ma jkunx possibbli, waqt test fit-triq, agħfas il-brejkijiet b'mod progressiv sal-ogħla sforz possibbli. |
Rekwiżiti speċifiċi għall-ittestjar tal-vettura fuq tagħmir tal-ittestjar tal-brejkijiet (modalità tal-ittestjar) |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Ittestja b'tagħmir tal-ittestjar tal-brejkijiet jew, jekk dan ma jistax jintuża minħabba raġunijiet tekniċi, permezz ta' test fit-triq bl-użu ta' strument tal-irrekordjar tad-deċellerazzjoni biex jiġi stabbilit il-proporzjon tal-ibbrejkjar li huwa relatat mal-massa awtorizzata massima, jew fil-każ tas-semitrejlers, mal-ammont totali tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus. Il-vetturi jew trejler b'massa massima permissibbli ogħla minn 3,5 tunnellati jridu jiġu spezzjonati skont l-istandards mogħtija mill-ISO 21069 jew metodi ekwivalenti. Jenħtieġ li t-testijiet fit-triq isiru f'kundizzjonijiet xotti fuq triq ċatta u dritta. |
Pressjoni tad-disinn tas-sistema għat-tagħbija massima [bar] Ara UN R13 5.1.4.5.2 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-forza tal-ibbrejkjar ta' referenza [kN] bi pressjoni tal-input [bar] fuq il-fus 1 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-forza tal-ibbrejkjar ta' referenza [kN] bi pressjoni tal-input [bar] fuq il-fus 2 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-forza tal-ibbrejkjar ta' referenza [kN] bi pressjoni tal-input [bar] fuq il-fus 3 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-forza tal-ibbrejkjar ta' referenza [kN] bi pressjoni tal-input [bar] fuq il-fus 4 Ara UN R13 5.1.4.6.2 |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Kalkolu tal-pressjoni għal kull fus |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Jekk is-sistema sekondarja tal-ibbrejkjar tkun separata mis-sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz, uża l-metodu speċifikat f'1.2.1. |
Deskrizzjoni ġenerali tas-sistema inkluż iċ-ċirkwiti (definizzjoni ċara tal-brejk sekondarju) |
X |
X |
|
|
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Jekk is-sistema sekondarja tal-ibbrejkjar tkun separata mis-sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz, uża l-metodu speċifikat f'1.2.2. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Agħfas il-brejk waqt it-test fuq tagħmir tal-ittestjar tal-brejkijiet. |
Deskrizzjoni ġenerali tas-sistema, inkluż il-proċedura tat-test rakkomandata jekk it-test dinamiku (fuq tagħmir tal-ittestjar tal-brejkijiet jew test fit-triq) ma jkunx possibbli |
X |
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ittestja b'tagħmir tal-ittestjar tal-brejkijiet. Jekk mhux possibbli, allura ttestja b'test fit-triq bl-użu ta' strument ta' rekordjar indikattiv jew tad-deċellerazzjoni jew bil-vettura fuq pendil b'gradjent magħruf. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u, fejn possibbli, ittestja jekk is-sistema tiffunzjonax. |
Deskrizzjoni ġenerali |
|
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u spezzjoni tal-apparat ta' twissija u/jew bl-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u spezzjoni tal-apparat ta' twissija u/jew bl-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
X |
|
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank u bir-roti tat-triq maqtugħin mill-art jew fuq uċuħ tondi jduru, dawwar l-istering minn massimu ta' naħa sal-massimu tan-naħa l-oħra. Spezzjoni viżiva tat-tħaddim tat-tagħmir tal-istering. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank u l-piż tar-roti tat-triq tal-vettura fuq l-art, dawwar l-istering/il-manubriju tal-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża tagħmir adattat apposta tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti. Spezzjoni viżiva tat-tqabbid tal-kejsing tat-tagħmir tal-istering max-xażì. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank u bir-roti tat-triq fuq l-art, dawwar l-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża tagħmir adattat apposta tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti. Spezzjoni viżiva tal-komponenti tal-istering għall-użu, għal ksur u għas-sigurtà. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank u bir-roti tat-triq fuq l-art, dawwar l-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża tagħmir adattat apposta tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti. Spezzjoni viżiva tal-komponenti tal-istering għall-użu, għal ksur u għas-sigurtà. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ikkontrolla s-sistema tal-istering għal tqattir u l-livell tal-fluwidu idrawliku (jekk jidher). Bir-roti tat-triq mal-art u bil-magna taħdem, ikkontrolla li s-sistema tal-power stering qiegħda taħdem. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank u bil-massa tal-vettura mal-art, imbotta u iġbed l-istering f'linja mal-kolonna tal-istering, imbotta l-istering/il-manubriju tal-istering f'diversi direzzjonijiet f'angoli retti mal-kolonna/frieket. Spezzjoni viżiva tal-laxkezza, u l-kundizzjoni tal-akkoppjamenti flessibbli jew tal-ġonot universali. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank u bil-massa tal-vettura mal-art, imbotta u iġbed l-istering f'linja mal-kolonna tal-istering, imbotta l-istering/il-manubriju tal-istering f'diversi direzzjonijiet f'angoli retti mal-kolonna/frieket. Spezzjoni viżiva tal-laxkezza, u l-kundizzjoni tal-akkoppjamenti flessibbli jew tal-ġonot universali. |
Smorzatur tal-istering iffittjat (IVA/LE) |
|
|
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bil-vettura fuq fossa jew fuq parank, il-massa tal- vettura fuq ir-roti tat-triq, il-magna, jekk possibbli, taħdem għal vetturi b'power stering u bir-roti tat-triq fil-pożizzjoni dritta, dawwar l-istering bil-mod favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ kemm jista' jkun mingħajr ma ċċaqlaq ir-roti tat-triq. Spezzjoni viżiva taċ-ċaqliq ħieles. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Ikkontrolla l-allinjament tar-roti kkwartjati b'tagħmir adattat. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva jew bl-użu ta' tagħmir adattat tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u kontroll tal-konsistenza bejn l-angolu tal-istering u l-angolu tar-roti meta tinxtegħel/tintefa' l-magna u/jew bl-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva mis-sit tas-sewwieq. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
Kategorija tas-sors tad-dawl […,…] |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Stabbilixxi l-mira orizzontali ta' kull fanal ta' quddiem fuq dawl baxx billi tuża apparat biex timmira l-fanali ta' quddiem jew billi tuża l-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
L-allinjament tad-dawl baxx [fil-mija] kemm għall-inklinazzjoni vertikali u kemm għad-direzzjoni |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Sabiex tiġi stabbilita l-mira orizzontali billi tintuża l-informazzjoni tal-interfaċċa elettronika tal-vettura dwar l-attwazzjoni taċ-ċaqliq tad-dawl tal-fanal ta' quddiem biex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-allinjament |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim jew billi tintuża l-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim, jekk possibbli, jew billi tintuża l-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
Modalità tat-tħaddim (manwali/awtomatika) |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim, jekk possibbli. |
Apparat obbligatorju [Iva/Le] |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
Iffittjar tal-fanali tas-sewqan binhar, [Iva/Le] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim, jew billi tuża l-interfaċċa elettronika tal-vettura. |
Iffittjar tas-sinjal tal-waqfien ta' emerġenza, [Iva/Le] |
X |
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bit-tħaddim u billi tuża apparat biex timmira l-fanali ta' quddiem |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva: jekk ikun possibbli, eżamina l-kontinwità elettrika tal-konnessjoni. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-vettura fuq fossa jew fuq parank, inkluż ġewwa l-kompartiment tal-magna (jekk ikun applikabbli). |
Identifikazzjoni tas-sistema tal-wajers/tal-kejbil (eż. kulur, ilqugħ, sezzjoni trasversali, daqs), monitoraġġ tal-insulazzjoni (vultaġġ għoli) |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Il-post ta' kwalunkwe sistema tal-wajers b'vultaġġ għoli |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Il-post tal-batterija/i |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Numru ta' batteriji |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Arranġamenti speċjali għall-batteriji b'vultaġġ għoli |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni speċifika (VIN) tal-vettura dwar l-iswiċċ tal-batterija [Iva/Le] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni speċifika (VIN) tal-vettura dwar il-fuse tal-batterija [Iva/Le] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni speċifika (VIN) tal-vettura dwar il-ventilazzjoni tal-batterija [Iva/Le] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni speċifika (VIN) tal-vettura dwar il-prinċipju tat-tħaddim |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. Jista' jintuża tagħmir tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati. |
Deskrizzjoni ġenerali, numru ta' fusien |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. Jista' jintuża tagħmir tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati. Applika forza vertikali jew laterali għal kull rota u nnota l-ammont ta' ċaqliq bejn it-travu tal-fus u l-fus stub. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. Jista' jintuża tagħmir tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati. Heżżeż ir-rota jew applika forza laterali għal kull rota u nnota l-ammont ta' ċaqliq 'il fuq tar-rota meta mqabbel mal-fus stub. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva taż-żewġ naħat ta' kull rota bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. |
Daqs/dimensjonijiet/offset tar-roti |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tat-tajer sħiħ billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq fossa jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u 'l quddiem fuq fossa. |
Daqs tat-tajer, |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
kapaċità tat-tagħbija, |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
kategorija tal-ispid |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers [Iva/Le] diretta/indiretta |
X |
X |
X |
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. Jista' jintuża tagħmir tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank jew billi tuża tagħmir speċjali, jekk ikun disponibbli. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Uża tagħmir speċjali u qabbel id-differenzi bejn ix-xellug u l-lemin |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. Jista' jintuża tagħmir tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. Jista' jintuża tagħmir tad-detezzjoni tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b'massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva bil-vettura fuq fossa jew fuq parank, użu ta' apparati tad-detezzjoni tat-tqattir fil-każ ta' sistemi LPG/CNG/LNG. |
Deskrizzjoni ġenerali u l-post fejn jinsab(u), inkluż l-ilqugħ |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Apparati għall-protezzjoni laterali u/jew protezzjoni ta' wara kontra l-underrun eżentat(i) (Iva/Le) |
|
X |
X |
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva għall-użu u t-tħaddim korrett b'attenzjoni speċjali għal kwalunkwe apparat tas-sikurezza li jkun iffittjat u/jew l-użu ta' gejġ tal-kejl. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva mhux neċessarjament fuq fossa jew fuq parank. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
Konfigurazzjoni valida tal-Unità ta' Kontroll tal-Magna |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Struzzjonijiet dwar kif taqra l-Identifikazzjoni tal-Kalibrar |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni dwar l-Identifikazzjonijiet tal-Kalibrar validi |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta' identifikazzjoni tas-softwer inkluż iċ-checksums jew data simili dwar il-validazzjoni tal-integrità. |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva fuq fossa jew fuq parank. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva fuq fossa jew fuq parank. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Total tan-numru massimu ta' sits (eskluż is-sit tas-sewwieq) |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Numru ta' sits li jħarsu lura |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Numru ta' punti tal-ankraġġ taċ-ċinturini tas-sikurezza u l-post fejn jinsabu |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
Kategorija taċ-ċinturin tas-sikurezza għal kull pożizzjoni bilqiegħda |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
Numru ta' airbags u l-post fejn jinsabu |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva tal-MIL u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva jew bit-tħaddim waqt test fit-triq jew b'mezzi elettroniċi. |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
|
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
Post fejn jinsab is-sensur |
|
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Post fejn jinsabu s-siġilli |
|
X |
|
|
X |
|||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim jekk ikun disponibbli t-tagħmir |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u/jew bl-użu ta' interfaċċa elettronika |
struzzjonijiet għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Evalwazzjoni soġġettiva (sakemm l-ispettur ma jikkunsidrax li l-livell tal-istorbju jista' jkun qrib il-limitu, f'liema każ jista' jitkejjel l-istorbju li tagħmel il-vettura stazzjonarja billi jintuża fonometru). |
Il-livelli tal-istorbju ta' vettura wieqfa [dB(A) b'1/min]. |
X |
X |
|
X |
X |
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
Deskrizzjoni ġenerali tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet. Filtru tal-partikulati installat [Iva/Le] |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Kejl mhux applikabbli għal magni two-stroke. |
Livelli ta' emissjonijiet gassużi jekk mogħtija mill-manifattur |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni speċifika dwar il-Kodiċi tal-Magna jew tal-vettura (VIN) |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Għall-ittestjar tal-iżbokk tal-egżost: |
Rekwiżiti ta' prekundizzjonament tal-magna bħat-temperatura minima taż-żejt/tal-ilma [°C] u proċeduri li jwasslu l-magna għall-modalità tal-ittestjar tat-Tip II |
X |
X |
|
X |
|
||||||||||||||||||||||||
|
Ir-riżultati tat-test tal-emissjonijiet tat-Tip II |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
CO bil-magna mhux ingranata [%] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
CO bil-magna ingranata fuq gerijiet għoljin [%] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Lambda [] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Għall-użu tal-OBD: |
Protokoll tal-Konnettur u tal-Komunikazzjoni (Standard, vultaġġ tal-provvista tal-enerġija, il-post fejn jinsab) |
X |
X |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
Lista ta' DTCs (attwalment, il-klassi A, B1 u B2 għall-HDV biss) |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
Deskrizzjoni ġenerali tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet. Pereżempju Sistema deNOx [Iva/Le] Filtru tal-partikulati installat [Iva/Le] |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Post fejn tinsab l-EGR |
X |
X |
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Informazzjoni speċifika dwar it-tip ta' magna (/vettura (VIN)) |
X |
X |
||||||||||||||||||||||||||||
|
8.2.2.2. Opaċità Il-vetturi rreġistrati jew imdaħħla fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit |
Prekundizzjonament tal-vettura:
Proċedura tat-test:
|
Informazzjoni speċifika dwar it-tip ta' magna (VIN) tal-vettura |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Għall-ittestjar tal-iżbokk tal-egżost: |
Rekwiżiti ta' prekundizzjonament tal-magna bħat-temperatura minima taż-żejt/tal-ilma [°C] u proċeduri li jwasslu l-magna għall-modalità tal-ittestjar tat-Tip II |
X |
X |
|
X |
|
||||||||||||||||||||||||
|
il-valur-k irrekordjat fuq il-pjanċa tal-manifattur fuq il-vettura (ir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet tat-Tip II) |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Spid tal-cut-off tal-magna fit-testijiet tat-Tip II |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Limitatur tal-ispid tal-magna għall-aċċellerazzjoni mingħajr tagħbija [Iva/Le] |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Deskrizzjoni għad-diżattivazzjoni tal-limitatur tal-ispid tal-magna biex jitwettaq it-test ta' aċċellerazzjoni ħielsa; |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Għall-użu tal-OBD: |
DTCs permessi waqt l-iskennjar tal-OBD {kodiċijiet għall-grupp 3000 ta' NOx għal-LDV} |
X |
X |
|
X |
|
||||||||||||||||||||||||
|
Protokoll tal-Konnettur u tal-Komunikazzjoni (Standard, vultaġġ tal-provvista tal-enerġija, il-post fejn jinsab) |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Lista ta' DTCs (attwalment, il-klassi A, B1 u B2 għall-HDV biss) |
X |
X |
|
X |
|
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Interferenza mir-radju (X)2 |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim (fejn ikun xieraq) |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim (fejn ikun xieraq) |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva. |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva u bit-tħaddim jekk ikun xieraq |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Spezzjoni viżiva |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||
NOTI:
|
1 |
Ir-“rekwiżiti” huma stipulati skont l-approvazzjoni tat-tip fid-data tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew l-ewwel dħul fis-servizz kif ukoll skont l-obbligi ta' modifiki retroattivi jew skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni. Dawn ir-raġunijiet għal nuqqas ta' ssodisfar japplikaw biss meta tkun ġiet ikkontrollata l-konformità mar-rekwiżiti. |
|
2 |
(X) tidentifika oġġetti relatati mal-kundizzjoni tal-vettura u mal-adegwatezza tagħha għall-użu fit-triq iżda li mhumiex ikkunsidrati bħala essenzjali f'test tal-affidabbiltà stradali. |
(1) Tip approvat f'konformità mad-Direttiva 70/220/KEE, mat-Tabella 1 (Euro 5) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, mad-Direttiva 88/77/KEE u mad-Direttiva 2005/55/KE.
(2) Tip approvat f'konformità mat-Tabella 2 (Euro 6) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 (Euro VI).
(3) Tip approvat f'konformità mad-Direttiva 70/220/KEE, mat-Tabella 1 (Euro 5) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, mad-Direttiva 88/77/KEE u mad-Direttiva 2005/55/KE.
(4) Tip approvat f'konformità mat-Tabella 2 (Euro 6) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 (Euro VI).