29.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/533
tat-28 ta' Marzu 2019
dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat u ta' kontroll li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla permezz ta' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 (3). |
(2) |
Hemm bejn tletin u erbgħin prodott tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel jenħtieġ li jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), bagħtet rapport xjentifiku dwar valutazzjoni tad-disinn tal-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi. Ikkonkludiet li rata ta' skorriment tal-MRL li tkun ogħla minn 1 % tista' tiġi stmata b'marġini ta' żball ta' 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta' kampjun għal minimu ta' 32 prodott differenti tal-ikel (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni jenħtieġ li jitqassam fost l-Istati Membri skont il-kobor tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
(4) |
Tqiesu r-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll preċedenti tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
(5) |
Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf (Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed) tinsab ippubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni (5). |
(6) |
Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni, dawk il-komposti jenħtieġ li jiġu rrappurtati separatament sakemm jitkejlu b'mod individwali (6). |
(7) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD), għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
(8) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
(9) |
Jeħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (8) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (9) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jressqu l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena. |
(12) |
Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba t-trikkib bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/555 jitħassar fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt. Madankollu, jenħtieġ li dan ikompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2019. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Matul is-snin 2020, 2021 u 2022, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom prodotti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li minnu jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b'mod aleatorju.
Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni, inkluż l-għadd ta' unitajiet, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-prodotti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.
3. Għall-prodotti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni għandhom jiġu evalwati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-MRLs stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn il-prodotti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2020, fl-2021 u fl-2022 sal-31 ta' Awwissu tal-2021, tal-2022 u tal-2023 rispettivament. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu sottomessi fil-format ta' rapportar elettroniku kif stabbilit mill-EFSA.
Meta d-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw minn diżintegrazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jitkejlu fuq bażi individwali.
Artikolu 4
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 jitħassar.
Madankollu, fir-rigward ta' kampjuni ttestjati fl-2019, għandu jibqa' japplika sal-1 ta' Settembru 2020.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; il-programm ta' monitoraġġ tal-pestiċidi: il-valutazzjoni tad-disinn. EFSA Journal 2015;13(2):4005.
(5) Id-Dokument Nru. SANTE/11813/2017. l-aktar verżjoni riċenti tiegħu: https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_mrl_guidelines_wrkdoc_2017-11813.pdf
(6) SANCO/12574/2014, Dokument ta' Ħidma dwar is-sommarju tal-LOQ f'każ ta' definizzjonijiet kumplessi tar-residwi.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).
(8) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat- 22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
ANNESS I
Il-Parti A: Prodotti li joriġinaw mill-pjanti (1) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2020, fl-2021 u fl-2022.
2020 |
2021 |
2022 |
(a) |
(b) |
(c) |
Larinġ (2) |
Għeneb tal-mejda (2) |
Tuffieħ (2) |
Lanġas (2) |
Banana (2) |
Frawli (2) |
Frott tal-kiwi (2) |
Grejpfrut (2) |
Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (2) |
Pastard (2) |
Brunġiel (2) |
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Fil-każ li l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għall-inbid ma jkun disponibbli, l-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”) |
Basal (2) |
Brokkoli (2) |
Ħass (2) |
Karrotti (2) |
Bettieħ (2) |
Kaboċċi kkapoċċati (2) |
Patata (2) |
Faqqiegħ ikkultivat (2) |
Tadam (2) |
Fażola (imnixxfa) (2) |
Bżar ħelu (2) |
Spinaċi (2) |
Żerriegħa tas-segala (3) |
Żerriegħa tal-qamħ (3) |
|
Ir-ross ismar (ir-ross imfesdaq), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħielu l-fosdqa (5) |
Żejta taż-żejt taż-żebbuġa verġni (Fil-każ li l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt ma jkun disponibbli, l-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar taż-żejt użati fir-“Rapport Sommarju Nazzjonali”) |
Il-Parti B: Prodotti li joriġinaw mill-annimali (1) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2020, fl-2021 u fl-2022.
2020 |
2021 |
2022 |
(f) |
(d) |
(e) |
Xaħam tal-pollam (2) (7) |
Xaħam tal-bovini (2) (7) |
Ħalib tal-baqar (8) |
Fwied tal-bovini (2) |
Bajd tat-tiġieġ (2) (9) |
Xaħam tal-majjal (2) (7) |
Il-Parti C: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti
|
2020 |
2021 |
2022 |
Kummenti |
2,4-D |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ, il-pastard, ir-ross ismar u l-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2020; fil-grejpfrut, l-għeneb tal-mejda, il-brunġiel, il-brokkoli u fuqhom fl-2021; fil-ħass, l-ispinaċi u t-tadam u fuqhom fl-2022. |
2-Fenilfenol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Abamektina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aċefat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aċetamiprid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Akrinatrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aldikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aldrin u dieldrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ametoktradin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ażinfos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ażossistrobina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bifentrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bifenil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bitertanol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Boskalid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Jon tal-bromur |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2020; fil-bżar ħelu u fuqu fl-2021; fil-ħass u t-tadam u fuqhom fl-2022. |
Bromopropilat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Bupirimat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Buprofeżin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Kaptan |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Karbaril |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Karbendażim u benomil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Karbofuran |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorantraniliprol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorfenapir |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klormekwat |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-karrotti, il-lanġas, is-segala u r-ross ismar u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, l-għeneb tal-mejda, il-faqqiegħ ikkultivat, il-qamħ u fuqhom fl-2021; fit-tadam u l-ħafur u fuqhom fl-2022. |
Klorotalonil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorprofam |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorpirifos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klorpirifos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Klofenteżina |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Klotijanidin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċjażofammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiflufenammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiflutrin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċimoksanil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċipermetrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiprokonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiprodinil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ċiromażina |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-patata, il-basal u l-karrotti u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, il-bżar ħelu, il-bettieħ u l-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2021; fil-ħass u t-tadam u fuqhom fl-2022. |
Deltametrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Diażinon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Diklorvos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dikloran |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dikofol |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Dietofenkarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Difenokonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Diflubenżuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dimetoat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dimetomorf |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Dinikonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Difenilammina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ditijanon |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas u r-ross ismar u fuqhom fl-2020; fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2021; fit-tuffieħ u l-ħawħ u fuqhom fl-2022. |
Ditijokarbamati |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkoli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal. |
Dodina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Emamektina benżoat B1a, espressa bħala emamektina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Endosulfan |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Epoksikonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etefon |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ u l-lanġas u fuqhom fl-2020; fil-bżar ħelu, il-qamħ u l-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2021; fit-tuffieħ, il-ħawħ, it-tadam u l-inbid u fuqhom fl-2022. |
Etijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etirimol |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Etofenproks |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Etossażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Famoksadon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenamidon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenamifos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenarimol |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Fenażakin |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Fenbukonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ u l-lanġas u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, il-grejpfrut, il-bżar ħelu u l-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2021; fit-tuffieħ, il-frawli, il-ħawħ, it-tadam u l-inbid u fuqhom fl-2022. |
Feneksammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenitrotijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenoksikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpropatrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpropidina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpropimorf |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpirażamina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenpirossimat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fentijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fenvalerat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fipronil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flonikamid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluważifop-P |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-pastard, il-fażola mnixxfa, il-patata u l-karrotti u fuqhom fl-2020; fil-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, il-ħass, l-ispinaċi u t-tadam u fuqhom fl-2022. |
Flubendiammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fludioksonil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flufenoksuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluwopikolid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluwopiram |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flukwinkonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flusilażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Flutrijafol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fluksapiroksad |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Folpet |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Formetanat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fostijażat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Glifosat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Aloksifop inkluż l-aloksifop-P |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-fażola mnixxfa u fuqha fl-2020; fil-brokkoli, il-grejpfrut, il-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati u fuqhom fl-2022. |
Eżakonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Eksitijażoks |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Imażalil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Imidakloprid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Indoksakarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iprodion |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iprovalikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iżokarbofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Iżoprotijolan |
(a) |
|
|
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2020. Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi jew fuq kwalunkwe prodott jew fuqu fl-2021 u fl-2022. |
Kreżoksim-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Lambda-ċjalotrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Cyazofamid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Lufenuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Malatijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Mandipropammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Mepanipirim |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Mepikwat |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, is-segala u r-ross ismar u fuqhom fl-2020; fil-faqqiegħ ikkultivat u ż-żerriegħa tal-qamħ u fuqhom fl-2021; fix-xgħir, il-ħafur u fuqhom fl-2022. |
Metalaksil u metalaksil-M |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metamidofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metidatijon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metijokarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metomil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metossifenożid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Metrafenon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Monokrotofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Miklobutanil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ometoat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Oksadiksil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Ossamil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Oksidemeton-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Paklobutrażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Paratijon-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Penkonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Penċikuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pendimetalina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Permetrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Fosmet |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pirimikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pirimifos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Proċimidon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Profenofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Propamokarb |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-karrotti, il-pastard, il-basal u il-patata u fuqhom fl-2020; fl-għeneb tal-mejda, il-bettieħ, il-brunġiel, il-brokkoli, il-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, l-ispinaċi, il-ħass, it-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2022. |
Propargit |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Propikonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Propiżammid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Prokinażid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Prosulfokarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Protijokonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-karrotti, il-lanġas, is-segala u r-ross ismar u fuqhom fl-2020; fil-bżar ħelu u l-qamħ u fuqhom fl-2021; fil-kaboċċi kkapoċċati, il-ħass, it-tadam, il-ħafur, ix-xgħir u fuqhom fl-2022. |
Pimetrożina |
|
(b) |
(c) |
Is-sustanza ma għandhiex tiġi analizzata fi jew fuq kwalunkwe prodott fl-2020; għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, il-bettieħ, il-bżar ħelu u fuqhom fl-2021; fil-kaboċċi kkapoċċati, il-ħass, il-frawli, l-ispinaċi, it-tadam u fuqhom fl-2022. |
Piraklostrobin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Piridaben |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Pirimetanil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Piriproksifen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Kinoksifen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spinosad |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spirodiklofen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spiromesifen |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spiroksamina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Spirotetramat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Taw-Fluvalinat |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tebukonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tebufenożid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tebufenpirad |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Teflubenżuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Teflutrina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Terbutilażina |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tetrakonażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tetradifon |
(a) |
(b) |
(c) |
Għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati u fuqhom għajr iċ-ċereali. |
Tijabendażol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijakloprid |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijametoksam |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijofanat-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tolklofos-metil |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Trijadimefon |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Trijadimenol |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Tijodikarb |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Triażofos |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Triċiklażol |
(a) |
(b) |
(c) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fir-ross u fuqu. |
Trifloksistrobin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Triflumuron |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Vinklożolin |
(a) |
(b) |
(c) |
|
Il-Parti D: Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali
|
2020 |
2021 |
2022 |
Kummenti |
Aldrin u dieldrin |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Bifentrin |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Klordan |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Klorpirifos |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Klorpirifos-metil |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Ċipermetrina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
DDT |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Deltametrina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Diażinon |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Endosulfan |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Famoksadon |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Fenvalerat |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Fipronil |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Glifosat |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Ettakloru |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Eżaklorobenżen |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru) |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Eżaklorċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru) |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Indoksakarb |
|
|
(e) |
Din is-sustanza għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib u fuqu fl-2022. |
Lindan |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Metoksiklor |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Paratijon |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Permetrina |
(f) |
(d) |
(e) |
|
Pirimifos-metil |
(f) |
(d) |
(e) |
|
(1) Għall-komoditajiet naturali li jridu jiġu analizzati, il-partijiet tal-prodotti li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(2) Għandhom jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta' prodotti ffriżati, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.
(3) Fil-każ li għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir ma jkunx disponibbli, jista' jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur u tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(4) Fil-każ li għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tal-ħafur ma jkunx disponibbli, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tal-ħafur li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir jiżdied b'mod proporzjonali.
(5) Meta xieraq, tista' tiġi analizzata wkoll iż-żerriegħa tar-ross illostrat. Għandu jiġi rrappurtat lill-EFSA jekk ġiex analizzat ross illostrat jew ross imfesdaq. Jekk ikun ġie analizzat ross illostrat, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(6) Fil-każ li għadd suffiċjenti ta' kampjuni taż-żerriegħa tax-xgħir ma jkunx disponibbli, il-parti tal-għadd ta' kampjuni meħtieġa għaż-żerriegħa tax-xgħir li ma setgħetx tittieħed, tista' tiżdied mal-għadd ta' kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tax-xgħir ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni għaż-żerriegħa tal-ħafur jiżdied b'mod proporzjonali.
(7) Jistgħu jittieħdu kampjuni mil-laħam skont it-Tabella 3 tal-Anness għad-Direttiva 2002/63/KE.
(8) Il-ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġi analizzat, inkluż il-ħalib iffriżat, ippasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.
(9) Il-bajd sħiħ mingħajr il-qoxra għandu jiġi analizzat.
ANNESS II
L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
(1) |
L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull komodità u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5). |
(2) |
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2020 kull Stat Membru għandu jieħu ħames kampjuni ta' formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta' formuli ta' prosegwiment għat-trabi u janalizzahom.
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont l-istess tabella, fl-2021 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali u janalizzahom. Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2022 kull Stat Membru għandu jieħu għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali u janalizzahom. |
(3) |
Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampjuni mill-komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, meta disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-komoditajiet f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1. |
(4) |
L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattivi fuq massimu ta' 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt numru (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattivi, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi kwantitattivi ta' residwi multipli.
Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet. |
(5) |
L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull Stat Membru għal kull komodità:
|