|
29.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/36 |
REGOLAMENT (UE) 2019/518 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Minn mindu ġew adottati r-Regolamenti (KE) Nru 2560/2001 (4) u (KE) Nru 924/2009 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-imposti fuq il-pagamenti transkonfinali fl-euro bejn l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro naqsu drastikament għal livelli li huma insinifikanti fil-biċċa l-kbira tal-każijiet |
|
(2) |
Madankollu l-pagamenti transkonfinali fl-euro minn Stati Membri mhux taż-Żona tal-Euro jifformaw madwar 80 % tal-pagamenti transkonfinali kollha minn Stati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro. L-imposti għal tali pagamenti transkonfinali għadhom għoljin b'mod eċċessiv fil-maġġoranza tal-Istati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro, minkejja li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro għandhom aċċess għall-istess infrastruttura li tiffunzjona tajjeb biex jipproċessaw dawk it-tranżazzjonijiet bi spejjeż baxxi ħafna bħall-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jinsabu fiż-Żona tal-Euro. |
|
(3) |
L-imposti għoljin għal pagamenti transkonfinali għadhom ostaklu għall-integrazzjoni sħiħa tan-negozji u ċ-ċittadini fi Stati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro fis-suq intern, u dan jaffettwa l-kompetittività tagħhom. Dawk l-imposti għoljin jipperpetwaw l-eżistenza ta' żewġ kategoriji ta' utenti tas-servizzi ta' pagament fl-Unjoni: l-utenti ta' servizzi ta' pagament, li jibbenefikaw minn żona unika ta' pagamenti bl-euro (SEPA), u l-utenti ta' servizzi ta' pagament li jħallsu bl-għoli għall-pagamenti transkonfinali tagħhom fl-euro. |
|
(4) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern u biex jintemmu l-inugwaljanzi bejn utenti tas-servizzi ta' pagament fiż-Żona tal-Euro u Stati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro fir-rigward ta' pagamenti transkonfinali fl-euro, jeħtieġ li jkun żgurat li l-imposti għall-pagamenti transkonfinali fl-euro fl-Unjoni jkunu allinjati mal-imposti għall-pagamenti nazzjonali korrispondenti li jsiru fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-utent tas-servizz ta' pagament. Fornitur ta' servizz ta' pagament jitqies li jinsab fl-Istat Membru fejn jipprovdi s-servizzi tiegħu lill-utent tas-servizz ta' pagament. |
|
(5) |
L-imposti għall-kambju tal-munita jirrappreżentaw spiża sinifikanti ta' pagamenti transkonfinali meta muniti differenti jkunu użati fl-Istat Membru tal-pagatur u fl-Istat Membru tal-benefiċjarju. L-Artikolu 45 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jeżiġi li l-imposti u r-rati tal-kambju imposti jkunu trasparenti, l-Artikolu 52(3) ta' dik id-Direttiva jispeċifika rekwiżiti ta' informazzjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' pagamenti koperti minn kuntratt qafas u l-Artikolu 59(2) ta' dik id-Direttiva jkopri r-rekwiżiti ta' informazzjoni għal partijiet li joffru servizzi ta' kambju tal-munita f'automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta' bejgħ. Dawk ir-rekwiżiti ta' informazzjoni s'issa għadhom ma kisbux trasparenza u komparabbiltà suffiċjenti tal-imposti fuq il-kambju tal-munita f'sitwazzjonijiet fejn jiġu offruti għażliet alternattivi ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ. Dan in-nuqqas ta' trasparenza u ta' komparabbiltà jipprevjeni l-kompetizzjoni li tnaqqas l-imposti tal-kambju tal-munita u jżid ir-riskju li pagatur jagħżel il-kambju tal-munita l-għali. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu introdotti miżuri addizzjonali li jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għal servizzi ta' kambju tal-munita u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw l-informazzjoni li jeħtieġu biex jagħmlu l-aħjar għażla ta' kambju tal-munita. |
|
(6) |
Biex jiġi żgurat li l-atturi tas-suq ma jiġux ikkonfrontati bil-ħtieġa li jagħmlu livell sproporzjonat ta' investiment biex jadattaw il-proċessi, it-tagħmir u l-infrastruttura ta' pagament tagħhom biex jipprovdu trasparenza ikbar, il-miżuri li għandhom jiġu implimentati jenħtieġ li jkunu xierqa, adegwati u kosteffettivi. Fl-istess ħin, f'sitwazzjonijiet fejn il-pagatur ikun ikkonfrontat b'għażliet ta' kambju tal-munita differenti f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, l-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tippermetti li jsir paragun, biex il-pagatur ikun jista' jagħmel għażla infurmata. |
|
(7) |
Biex tinkiseb il-komparabbiltà, l-imposti fuq il-kambju tal-munita għall-pagamenti kollha permezz ta' kard jenħtieġ li jiġu espressi bl-istess mod, jiġifieri bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rati ta' referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Jista' jkun li marġni jkollha tiġi bbażata fuq rata derivata minn żewġ rati tal-BĊE fil-każ ta' kambju bejn żewġ muniti mhux tal-euro. |
|
(8) |
Skont ir-rekwiżiti ta' informazzjoni ġenerali dwar l-imposti tal-kambju stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi tal-kambju tal-munita jridu jiżvelaw informazzjoni dwar l-imposti tal-kambju tal-munita tagħhom qabel l-inizjazzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament. Jenħtieġ li l-partijiet li joffru servizzi ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ jipprovdu informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-imposti tagħhom għal tali servizzi, pereżempju billi juru l-imposti tagħhom fuq il-bank jew b'mod diġitali fuq it-terminal, jew fuq l-iskrin fil-każ ta' xiri online. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, dawk il-partijiet jenħtieġ li jipprovdu, qabel l-inizjazzjoni tal-pagament, informazzjoni espliċita dwar l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata mill-benefiċjarju u l-ammont totali li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur. L-ammont li għandu jitħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju jenħtieġ li jesprimi l-prezz tal-prodotti u s-servizzi li se jinxtraw u jista' jintwera fiċ-check-out minflok fuq it-terminal tal-pagament. Il-munita użata mill-benefiċjarju inġenerali tkun il-munita lokali, iżda skont il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, f'ċerti każijiet tista' tkun munita oħra tal-Unjoni. L-ammont totali li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur jenħtieġ li jikkonsisti fil-prezz tal-prodotti jew tas-servizzi u l-imposti attwali fuq il-kambju tal-munita. Barra minn hekk, iż-żewġ ammonti jenħtieġ li jkunu dokumentati fuq l-irċevuta jew fuq mezz durabbli ieħor. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta servizz ta' kambju tal-munita jkun offrut f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, jenħtieġ li jkun possibbli li l-pagatur jirrifjuta dak is-servizz u minflok iħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju. |
|
(10) |
Sabiex il-pagaturi jkunu jistgħu jqabblu l-imposti tal-għażliet ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur jinkludu informazzjoni kompletament komparabbli dwar l-imposti applikabbli għall-kambju tal-munita fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas tagħhom, u jenħtieġ ukoll li jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika fuq pjattaforma elettronika disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli, b'mod partikolari fuq il-websites tal-klijenti tagħhom, fuq il-websites tagħhom dwar is-servizzi bankarji domestiċi u fuq l-applikazzjonijiet bankarji mobbli tagħhom, b'mod li jkun aċċessibbli u jinftiehem faċilment. Dan għandu jagħti lok għall-iżvilupp ta' websites tat-tqabbil biex il-konsumaturi jsibuha aktar faċli li jqabblu l-prezzijiet meta jivvjaġġaw jew jagħmlu xiri barra minn pajjiżhom. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament ta' pagatur jenħtieġ li jfakkru lill-pagaturi dwar l-imposti tal-kambju tal-munita applikabbli meta jsir pagament permezz ta' kard f'munita oħra, billi jużaw kanali ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli, bħal messaġġi SMS, posta elettronika jew notifiki awtomatiċi (push notifications) permezz tal-applikazzjoni bankarja mobbli tal-pagatur. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jenħtieġ li jaqblu mal-utenti tas-servizzi ta' pagament dwar il-kanal ta' komunikazzjoni elettronika li permezz tiegħu huma jipprovdu l-informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita, filwaqt li jqisu l-aktar mezz effettiv biex jintlaħaq il-pagatur. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jenħtieġ li jaċċettaw ukoll it-talbiet tal-utenti tas-servizzi ta' pagament li jagħżlu li ma jirċevux messaġġi elettroniċi li jkun fihom informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita. |
|
(11) |
In-noti perjodiċi ta' tfakkir huma xierqa f'sitwazzjonijiet meta l-pagatur joqgħod barra mill-pajjiż għal perjodi itwal ta' żmien, pereżempju meta l-pagatur jiġi stazzjonat jew ikun qed jistudja barra mill-pajjiż, jew meta l-pagatur juża regolarment kard għal xiri online fil-munita lokali. L-obbligu li jiġu pprovduti tali noti ta' tfakkir ma għandux jirrikjedi investimenti sproporzjonati għall-adattament tal-proċessi operazzjonali u l-infrastrutturi tal-ipproċessar tal-pagamenti eżistenti tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament, u għandu jiżgura li l-pagatur ikun infurmat aħjar meta jiġi biex jikkunsidra l-għażliet differenti ta' kambju tal-munita. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni tar-regola rigward l-ugwalizzazzjoni tal-ispiża tal-pagamenti transkonfinali fl-euro mal-ispiża tat-tranżazzjonijiet nazzjonali f'muniti nazzjonali u dwar l-effettività tar-rekwiżiti ta' informazzjoni b'rabta mal-kambju tal-munita stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tanalizza possibilitajiet ulterjuri – u l-fattibbiltà teknika ta' dawk il-possibbiltajiet – li r-regola tal-imposti ugwali tiġi estiża għall-muniti kollha tal-Unjoni u li tkompli ttejjeb it-trasparenza u l-komparabbiltà tal-imposti tal-kambju tal-munita, kif ukoll il-possibbiltà ta' diżattivazzjoni u attivazzjoni tal-għażla li jiġi aċċettat kambju tal-munita permezz ta' partijiet li mhumiex il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur. |
|
(13) |
Minħabba l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba n-natura transkonfinali tal-pagamenti, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 924/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-punt (9) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*1) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).”;" |
|
(3) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3a L-imposti fuq il-kambju tal-munita b'rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta' kard 1. Fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar l-imposti fuq il-kambju tal-munita u r-rata tal-kambju applikabbli, kif stabbilit fl-Artikoli 45(1), 52(3) u 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament, u l-partijiet li jipprovdu servizzi ta' kambju tal-munita f'automated teller machine (ATM) jew fil-punt ta' bejgħ, kif imsemmi fl-Artikolu 59(2) ta' dik id-Direttiva, għandhom jesprimu l-imposti totali fuq il-kambju tal-munita bħala marġni perċentwali fuq l-aktar rata ta' referenza riċenti tal-kambju tal-euro disponibbli maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Dik il-marġni għandha tiġi żvelata lill-pagatur qabel l-inizjazzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament. 2. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom ukoll jagħmlu l-marġni msemmija fil-paragrafu 1 pubblika b'mod komprensibbli u faċilment aċċessibbli fuq pjattaforma elettroniku disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli. 3. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, parti li tipprovdi servizz ta' kambju tal-munita fil-punt ta' bejgħ jew f'ATM għandha tipprovdi lill-pagatur l-informazzjoni li ġejja qabel l-inizjazzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament:
4. Parti li tipprovdi servizzi ta' kambju tal-munita f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ għandha turi b'mod ċar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'ATM jew fil-punt ta' bejgħ. Qabel l-inizjazzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament, dik il-parti għandha tinforma wkoll lill-pagatur dwar il-possibbiltà li jħallas fil-munita użata mill-benefiċjarju u li l-kambju tal-munita jsir sussegwentement mill-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha wkoll tkun disponibbli għall-pagatur fuq mezz durabbli wara l-inizjazzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament. 5. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur għandu għal kull kard ta' pagament maħruġa lill-pagatur mill-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur u li hija marbuta mal-istess kont, jibgħat lill-pagatur messaġġ elettroniku bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr dewmien indebitu wara li l-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur jirċievi ordni ta' pagament għal irtirar ta' flus kontanti f'ATM jew pagament fil-punt ta' bejgħ li jkun denominat fi kwalunkwe munita tal-Unjoni li tkun differenti mill-munita tal-kont tal-pagatur. Minkejja l-ewwel subparagrafu, tali messaġġ għandu jintbagħat darba f'kull xahar li fih il-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur jirċievi mingħand il-pagatur ordni ta' ħlas denominata fl-istess munita. 6. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jaqbel mal-utent tas-servizz ta' pagament dwar il-kanal jew kanali ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli b'mod wiesa' u faċilment aċċessibbli li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizz ta' pagament se jibgħat il-messaġġ imsemmi fil-paragrafu 5. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu joffri lill-utenti tas-servizz ta' pagament il-possibbiltà li jagħżlu li ma jirċevux il-messaġġi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 5. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament u l-utent tas-servizz ta' pagament jistgħu jaqblu li l-paragrafu 5 u dan il-paragrafu ma japplikawx kompletament jew parzjalment meta l-utent tas-servizz ta' pagament ma jkunx konsumatur. 7. L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun ipprovduta mingħajr ħlas u b'mod newtrali u komprensibbli.”; |
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3b Imposti fuq il-kambju tal-munita relatati mat-trasferimenti tal-kreditu 1. Meta servizz tal-kambju tal-munita jkun offrut mill-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur b'rabta ma' trasferiment tal-kreditu, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, li jkun inizjat online direttament, bl-użu tal-website jew l-applikazzjoni bankarja mobbli tal-fornitur tas-servizz ta' pagament, il-fornitur tas-servizz ta' pagament, fir-rigward tal-Artikoli 45(1) u 52(3) ta' dik id-Direttiva, għandu jinforma lill-pagatur qabel l-inizjazzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament, b'mod ċar, newtrali u komprensibbli, dwar l-imposti stmati għas-servizzi ta' kambju tal-munita applikabbli għat-trasferiment tal-kreditu. 2. Qabel l-inizjazzjoni ta' tranżazzjoni ta' pagament, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika lill-pagatur, b'mod ċar, newtrali u komprensibbli, l-ammont totali stmat tat-trasferiment tal-kreditu fil-munita tal-kont tal-pagatur, bl-inklużjoni ta' kwalunkwe tariffa ta' tranżazzjoni u kwalunkwe imposta fuq il-kambju tal-munita. Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika wkoll l-ammont stmat li għandu jiġi ttrasferit lill-benefiċjarju fil-munita tal-kont tal-benefiċjarju”; |
|
(6) |
l-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 15 Rieżami 1. Sad-19 ta' April 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament, li għandu jinkludi, b'mod partikolari:
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkopri mill-inqas il-perjodu mill-15 ta' Diċembru 2019 sad-19 ta' Ottubru 2021. Huwa għandu jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tranżazzjonijiet ta' pagament varji, filwaqt li jagħmel distinzjoni b'mod partikolari bejn it-tranżazzjonijiet inizjati fil-punt ta' bejgħ u f'ATM. Meta tkun qed tħejji r-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista' tuża d-data miġbura mill-Istati Membri fir-rigward tal-paragrafu 1. (*2) Ir-Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 36).”." |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mill-15 ta' Diċembru 2019, ħlief għal dan li ġej:
|
(a) |
il-punt (6) tal-Artikolu 1 għandu japplika mid-18 ta' April 2019; |
|
(b) |
il-punti (4) u (5) tal-Artikolu 1, fir-rigward tal-Artikolu 3a(1) sa (4) u l-Artikolu 3b tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 għandhom japplikaw mid-19 ta' April 2020; |
|
(c) |
il-punt (4) tal-Artikolu 1, fir-rigward tal-Artikolu 3a(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 924/2009, għandu japplika mid-19 ta' April 2021; |
|
(d) |
il-punt (4) tal-Artikolu 1, fir-rigward tal-Artikolu 3a(7) tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 sa fejn għandu x'jaqsam mal-Artikolu 3a(1) sa (4) ta' dak ir-Regolament, għandu japplika mid-19 ta' April 2020; |
|
(e) |
il-punt (4) tal-Artikolu 1(4), fir-rigward tal-Artikolu 3a(7) tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 sa fejn għandu x'jaqsam mal-Artikolu 3a(5) u (6) ta' dak ir-Regolament, għandu japplika mid-19 ta' April 2021. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 382, 23.10.2018, p. 7.
(2) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 28.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Marzu 2019.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar pagamenti transkonfini f'euro (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 13).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).
(6) Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).