|
26.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/487
tad-19 ta' Marzu 2019
li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti “Ziegen-Heumilch”/“Goat's Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba għar-reġistrazzjoni tal-ismijiet “Ziegen-Heumilch”/“Goat's Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra”, imressqa mill-Awstrija, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni ma ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-ismijiet “Ziegen-Heumilch”/“Goat's Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” għandhom jiġu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ismijiet “Ziegen-Heumilch”/“Goat's Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG) huma b'dan irreġistrati.
L-ismijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidentifikaw prodott tal-Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 400, 6.11.2018, p. 7.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).