19.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 75/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/428

tat-12 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi regoli dettaljati dwar standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħaxix.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta' pakketti b'piż nett ta' 5 kg jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta' speċi differenti ta' frott u ħaxix. Biex jiġi żgurat il-kummerċ ġust u tiġi mwieġba d-domanda minn ċerti konsumaturi għal tali taħlitiet, regoli identiċi jenħtieġ li japplikaw għal pakketti li fihom speċi differenti ta' frott u pakketti li fihom speċi differenti ta' ħaxix.

(3)

Mill-2013 sal-2017 il-Grupp ta' Ħidma dwar Standards ta' Kwalità Agrikola tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) irriveda l-istandards tan-NU/KEE għat-tuffieħ, il-frott taċ-ċitru, il-frott tal-kiwi, il-ħass, l-indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa', il-ħawħ u n-nuċiprisk, il-lanġas, il-frawli, il-bżar ħelu, l-għeneb tal-mejda u t-tadam. Sabiex jiġu evitati ostakli għall-kummerċ li mhumiex neċessarji, l-istandards speċifiċi u ġenerali għal dawk il-frott u l-ħaxix ipprovduti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandhom jinġiebu konformi mal-istandards ġodda tan-NU/KEE.

(4)

B'mod partikolari, l-istandards tan-NU/KEE jirrikjedu l-indikazzjoni tal-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona flimkien mal-marka ta' kodiċi li tirrappreżenta lil min jippakkja jew min jibgħat, meta min jippakkja jew min jibgħat ikollu indirizz fiżiku f'pajjiż differenti mill-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti. Dak ir-rekwiżit jenħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżit il-ġdid rigward il-kodiċi tal-pajjiż, jenħtieġ li jingħataw permess jużaw marki tal-kodiċi eżistenti, maħruġa jew aċċettati uffiċjalment, li jirrappreżentaw lil min jippakkja jew min jibgħat sal-31 ta' Diċembru 2019.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 hu sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Taħlitiet

1.   Għandha titħalla ssir il-kummerċjalizzazzjoni ta' pakketti b'piż nett ta' 5 kg jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta' speċi differenti ta' frott, ħaxix, jew frott u ħaxix, dejjem jekk:

(a)

il-prodotti jkunu tal-istess kwalità u kull prodott ikkonċernat ikun jikkonforma mal-istandard speċifiku rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk ma jkunx hemm standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikolari;

(b)

il-pakkett ikun ittikkettat kif suppost, skont dan il-Kapitolu, u

(c)

it-taħlita ma tkunx waħda li tqarraq bil-konsumatur.

2.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1(a) ma għandhomx japplikaw għall-prodotti inklużi f'taħlita li ma jkunux prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

3.   Jekk il-prodotti f'taħlita jkunu ġejjin minn aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-ismijiet sħaħ tal-pajjiżi tal-oriġini jistgħu jiġu sostitwiti b'waħda mill-frażijiet li ġejjin, skont kif ikun xieraq:

(a)

“taħlita ta' frott mill-UE”, “taħlita ta' ħaxix mill-UE” jew “taħlita ta' frott u ħaxix mill-UE”;

(b)

“taħlita ta' frott mhux mill-UE”, “taħlita ta' ħaxix mhux mill-UE” jew “taħlita ta' frott u ħaxix mhux mill-UE”;

(c)

“taħlita ta' frott mill-UE u mhux mill-UE”, “taħlita ta' ħaxix mill-UE u mhux mill-UE” jew “taħlita ta' frott u ħaxix mill-UE u mhux mill-UE”.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.)” "

2.

L-Anness I hu sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżitorja

Marki ta' kodiċi maħruġa jew aċċettati uffiċjalment, li jirrappreżentaw lil min jippakkja jew min jibgħat, li ma jinkludux il-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona, jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessati (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

PARTI A

Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni

L-għan ta' dan l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità tal-frott u l-ħaxix, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

1.   Rekwiżiti minimi

Bla preġudizzju għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:

jifilħu għat-trasport u l-ġarr,

jaslu fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

2.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed iżda mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b'mod sodisfaċenti u ma għandux ikun misjur iżżejjed.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

3.   Tolleranza

F'kull lot għandha tiġi permessa tolleranza ta' 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità. F'din it-tolleranza ma għandux ikun hemm iktar minn 2 % mit-total li jkun jikkonsisti fi prodott li beda jitħassar.

4.   Marka

Kull pakkett (1) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz fiżiku ta' min jippakkja u/jew l-ispeditur (pereżempju: triq/belt/reġjun/kodiċi postali u, jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Oriġini

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini (2). Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI B

L-Istandards Speċifiċi tal-Kummerċjalizzazzjoni

PARTI 1:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ għandu jkun:

intatt,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn taħsir fuq ġewwa (watercore), ħlief għall-varjetajiet immarkati b'“V” elenkati fl-appendiċi ta' dan l-istandard,

ħieles minn umdità esterna mhux normali,

ħieles minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta' maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta' parametri (pereżempju l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu).

C.   Klassifikazzjoni

It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti hawn taħt.

(i)   Klassi “Extra”

It-tuffieħ f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (3) u z-zokk irid ikun intatt.

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

3/4 tat-total tal-wiċċ ta' kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/2 tat-total tal-wiċċ ta' kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,

l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difetti żgħar ħafna fil-qoxra,

b'qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (russeting) (4) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu ma jkunux 'il barra mill-ħofra taz-zokk u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

traċċi ħfief u iżolati ta' qoxra ħoxna u ħamra samranija (russeting).

(ii)   Klassi I

It-tuffieħ f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (5).

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

1/2 tat-total tal-wiċċ ta' kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta' kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,

l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.

Il-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difett żgħir fil-kulur,

dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 cm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (6) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu kemxejn 'il barra mill-ħofra taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta' ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/20 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta' ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta' maġenbha ma tkunx imħassra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

dbabar ħfief li ma jaqbżux il-1.5 cm2 tal-erja tal-wiċċ li tista' tkun tilfet kemxejn il-kulur,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 cm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

2,5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (7) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu 'il barra mill-ħofor taz-zokk jew tal-pistili u li jistgħu jkunu kemxejn raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta' ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta' ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun ta' 60 mm, jekk jitkejjel skont id-dijametru jew 90 g jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta' daqs iżgħar jista' jiġi aċċettat, jekk il-livell Brix (8) tal-prodott ikun ta' 10.5° Brix jew akbar u d-daqs ma jkunx iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley's Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tilħaq sa 10 mm, u

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Nebbiet ta' Bramley (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tkun sa 20 mm.

(b)

għall-frott imkejjel skont il-piż:

Għat-tuffieħ tal-Klassi “Extra” u għat-tuffieħ tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'saffi:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

70-90

15 g

91-135

20 g

136-200

30 g

201-300

40 g

> 300

50 g

Għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:

Firxa (gm)

Uniformità (gm)

70-135

35

136-300

70

> 300

100

M'hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

Varjetajiet ta' tuffieħ ċkejken, immarkati b'“M” fl-appendiċi għal dan l-istandard, huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar id-daqs. Dawk il-varjetajiet ċkejknin għandu jkollhom livell Brix (9) minimu ta' 12°.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tuffieħ li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta':

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,

10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

B.   Imballaġġ

It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B'mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (10) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tuffieħ” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (11) tista' tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

Fil-każ ta' mutazzjonijiet bi protezzjoni varjetali, l-isem tal-varjetà bażika jista' jinbidel b'dan l-isem tal-varjetà. Fil-każ ta' mutazzjonjiet mingħajr protezzjoni varjetali, dan l-isem tal-mutazzjoni jista' jiġi indikat biss flimkien mal-isem tal-varjetà bażika.

“Varjetà ċkejkna”, fejn xieraq.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (12) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi

Daqs jew l-għadd ta' unitajiet għall-frott ippakkjat f'ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

b'mod fakultattiv, għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi “u iktar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

“Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta' varjetajiet tat-tuffieħ

Frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b'ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f'pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel tliet kolonni tat-tabella t'hawn taħt ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fir-raba' kolonna għal skopijiet ta' tagħrif biss.

Didaskalija:

M

=

varjetà ċkejkna

R

=

varjetà b'qoxra ħoxna u ħamra samranija

V

=

soluzzjoni ta' ilma u zokkor (watercore)

*

=

mutazzjoni mingħajr protezzjoni varjetali iżda li hi marbuta ma' marka kummerċjali reġistrata/protetta; mutazzjonijiet mhux immarkati bl-asterisk huma varjetajiet protetti

Varjetajiet

Mutazzjoni

Sinonimi

Il-Marki kummerċjali

Grupp ta' kulur

Speċifikazzjonijiet addizzjonali

African Red

 

 

African Carmine ™

B

 

Akane

 

Tohoku 3, Primerouge

 

B

 

Alkmene

 

Early Windsor

 

C

 

Alwa

 

 

 

B

 

Amasya

 

 

 

B

 

Ambrosia

 

 

Ambrosia ®

B

 

Annurca

 

 

 

B

 

Ariane

 

 

Les Naturianes ®

B

 

Arlet

 

Swiss Gourmet

 

B

R

AW 106

 

 

Sapora ®

C

 

Belgica

 

 

 

B

 

Belle de Boskoop

 

Schone van Boskoop, Goudreinette

 

D

R

 

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop, Rode Boskoop

 

B

R

 

Boskoop Valastrid

 

 

B

R

Berlepsch

 

Freiherr von Berlepsch

 

C

 

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

 

B

 

Braeburn

 

 

 

B

 

 

Hidala

 

Hillwell ®

A

 

 

Joburn

 

Aurora ™, Red Braeburn ™, Southern Rose ™

A

 

 

Lochbuie Red Braeburn

 

 

A

 

 

Mahana Red Braeburn

 

Redfield ®

A

 

 

Mariri Red

 

Eve ™, Aporo ®

A

 

 

Royal Braeburn

 

 

A

 

Bramley's Seedling

 

Bramley, Triomphe de Kiel

 

D

 

Cardinal

 

 

 

B

 

Caudle

 

 

Cameo ®, Camela®

B

 

 

Cauflight

 

Cameo ®, Camela®

A

 

CIV323

 

 

Isaaq ®

B

 

CIVG198

 

 

Modi ®

A

 

Civni

 

 

Rubens ®

B

 

Collina

 

 

 

C

 

Coop 38

 

 

Goldrush ®, Delisdor ®

D

R

Coop 39

 

 

Crimson Crisp ®

A

 

Coop 43

 

 

Juliet ®

B

 

Coromandel Red

 

Corodel

 

A

 

Cortland

 

 

 

B

 

Cox's Orange Pippin

 

Cox orange, Cox's O.P.

 

C

R

Cripps Pink

 

 

Pink Lady ®, Flavor Rose ®

C

 

 

Lady in Red

 

Pink Lady ®

B

 

 

Rosy Glow

 

Pink Lady ®

B

 

 

Ruby Pink

 

 

B

 

Cripps Red

 

 

Sundowner ™, Joya ®

B

 

Dalinbel

 

 

Antares ®

B

R

Delblush

 

 

Tentation ®

D

 

Delcorf

 

 

Delbarestivale ®

C

 

 

Celeste

 

 

B

 

 

Bruggers Festivale

 

Sissired ®

A

 

 

Dalili

 

Ambassy ®

A

 

 

Wonik*

 

Appache ®

A

 

Delcoros

 

 

Autento ®

A

 

Delgollune

 

 

Delbard Jubilé ®

B

 

Delicious ordinaire

 

Ordinary Delicious

 

B

 

Discovery

 

 

 

C

 

Dykmanns Zoet

 

 

 

C

 

Egremont Russet

 

 

 

D

R

Elise

 

De Roblos, Red Delight

 

A

 

Elstar

 

 

 

C

 

 

Bel-El

 

Red Elswout ®

C

 

 

Daliest

 

Elista ®

C

 

 

Daliter

 

Elton ™

C

 

 

Elshof

 

 

C

 

 

Elstar Boerekamp

 

Excellent Star ®

C

 

 

Elstar Palm

 

Elstar PCP ®

C

 

 

Goedhof

 

Elnica ®

C

 

 

Red Elstar

 

 

C

 

 

RNA9842

 

Red Flame ®

C

 

 

Valstar

 

 

C

 

 

Vermuel

 

Elrosa ®

C

 

Empire

 

 

 

A

 

Fiesta

 

Red Pippin

 

C

 

Fresco

 

 

Wellant ®

B

R

Fuji

 

 

 

B

V

 

Aztec

 

Fuji Zhen ®

A

V

 

Brak

 

Fuji Kiku ® 8

B

V

 

Fuji Fubrax

 

Fuji Kiku ® Fubrax

B

V

 

Fuji Supreme

 

 

A

V

 

Heisei Fuji

 

Beni Shogun ®

A

V

 

Raku-Raku

 

 

B

V

Gala

 

 

 

C

 

 

Baigent

 

Brookfield ®

A

 

 

Bigigalaprim

 

Early Red Gala ®

B

 

 

Fengal

 

Gala Venus

A

 

 

Gala Schnico

 

Schniga ®

A

 

 

Gala Schnico Red

 

Schniga ®

A

 

 

Galaval

 

 

A

 

 

Galaxy

 

Selekta ®

B

 

 

Gilmac

 

Neon ®

A

 

 

Imperial Gala

 

 

B

 

 

Jugula

 

 

B

 

 

Mitchgla

 

Mondial Gala ®

B

 

 

Natali Gala

 

 

B

 

 

Regal Prince

 

Gala Must ®

B

 

 

Royal Beaut

 

 

A

 

 

Simmons

 

Buckeye ® Gala

A

 

Gloster

 

 

 

B

 

Golden 972

 

 

 

D

 

Golden Delicious

 

Golden

 

D

 

 

CG10 Yellow Delicious

 

Smothee ®

D

 

 

Golden Delicious Reinders

 

Reinders ®

D

 

 

Golden Parsi

 

Da Rosa ®

D

 

 

Leratess

 

Pink Gold ®

D

 

 

Quemoni

 

Rosagold ®

D

 

Goldstar

 

 

Rezista Gold Granny ®

D

 

Gradigold

 

 

Golden Supreme ™, Golden Extreme ™

D

 

Gradiyel

 

 

Goldkiss ®

D

 

Granny Smith

 

 

 

D

 

 

Dalivair

 

Challenger ®

D

 

Gravensteiner

 

Gravenstein

 

D

 

Hokuto

 

 

 

C

 

Holsteiner Cox

 

Holstein

 

C

R

Honeycrisp

 

 

Honeycrunch ®

C

 

Horneburger

 

 

 

D

 

Idared

 

 

 

B

 

 

Idaredest

 

 

B

 

 

Najdared

 

 

B

 

Ingrid Marie

 

 

 

B

R

James Grieve

 

 

 

D

 

Jonagold

 

 

 

C

 

 

Early Jonagold

 

Milenga ®

C

 

 

Dalyrian

 

 

C

 

 

Decosta

 

 

C

 

 

Jonagold Boerekamp

 

Early Queen ®

C

 

 

Jonagold Novajo

Veulemanns

 

C

 

 

Jonagored

 

Morren's Jonagored ®

C

 

 

Jonagored Supra

 

Morren's Jonagored ® Supra ®

C

 

 

Red Jonaprince

 

Wilton's ®, Red Prince ®

C

 

 

Rubinstar

 

 

C

 

 

Schneica

Jonica

 

C

 

 

Vivista

 

 

C

 

Jonathan

 

 

 

B

 

Karmijn de Sonnaville

 

 

 

C

R

La Flamboyante

 

 

Mairac ®

B

 

Laxton's Superb

 

 

 

C

R

Ligol

 

 

 

B

 

Lobo

 

 

 

B

 

Lurefresh

 

 

Redlove ® Era ®

A

 

Lureprec

 

 

Redlove ® Circe ®

A

 

Luregust

 

 

Redlove ® Calypso ®

A

 

Luresweet

 

 

Redlove ® Odysso ®

A

 

Maigold

 

 

 

B

 

Maribelle

 

 

Lola ®

B

 

McIntosh

 

 

 

B

 

Melrose

 

 

 

C

 

Milwa

 

 

Diwa ®, Junami ®

B

 

Moonglo

 

 

 

C

 

Morgenduft

 

Imperatore

 

B

 

Mountain Cove

 

 

Ginger Gold ™

D

 

Mutsu

 

Crispin

 

D

 

Newton

 

 

 

C

 

Nicogreen

 

 

Greenstar ®

D

 

Nicoter

 

 

Kanzi ®

B

 

Northern Spy

 

 

 

C

 

Ohrin

 

Orin

 

D

 

Paula Red

 

 

 

B

 

Pinova

 

 

Corail ®

C

 

 

RoHo 3615

 

Evelina ®

B

 

Piros

 

 

 

C

 

Plumac

 

 

Koru ®

B

 

Prem A153

 

 

Lemonade ®, Honeymoon ®

C

 

Prem A17

 

 

Smitten ®

C

 

Prem A280

 

 

Sweetie™

B

 

Prem A96

 

 

Rockit ™

B

M

Rafzubin

 

 

Rubinette ®

C

 

 

Rafzubex

 

Rubinette ® Rosso

A

 

Rajka

 

 

Rezista Romelike ®

B

 

Red Delicious

 

Rouge américaine

 

A

 

 

Campsur

 

Red Chief ®

A

 

 

Erovan

 

Early Red One ®

A

 

 

Evasni

 

Scarlet Spur ®

A

 

 

Stark Delicious

 

 

A

 

 

Starking

 

 

C

 

 

Starkrimson

 

 

A

 

 

Starkspur

 

 

A

 

 

Topred

 

 

A

 

 

Trumdor

 

Oregon Spur Delicious ®

A

 

Reine des Reinettes

 

Gold Parmoné, Goldparmäne

 

C

V

Reinette grise du Canada

 

Graue Kanadarenette, Renetta Canada

 

D

R

Rome Beauty

 

Belle de Rome, Rome, Rome Sport

 

B

 

Rubin

 

 

 

C

 

Rubinola

 

 

 

B

 

Šampion

 

Shampion, Champion, Szampion

 

B

 

 

Reno 2

 

 

A

 

 

Šampion Arno

Szampion Arno

 

A

 

Santana

 

 

 

B

 

Sciearly

 

 

Pacific Beauty ™

A

 

Scifresh

 

 

Jazz ™

B

 

Sciglo

 

 

Southern Snap ™

A

 

Scilate

 

 

Envy ®

B

 

Sciray

 

GS48

 

A

 

Scired

 

 

Pacific Queen ™

A

R

Sciros

 

 

Pacific Rose ™

A

 

Senshu

 

 

 

C

 

Spartan

 

 

 

A

 

Stayman

 

 

 

B

 

Summerred

 

 

 

B

 

Sunrise

 

 

 

A

 

Sunset

 

 

 

D

R

Suntan

 

 

 

D

R

Sweet Caroline

 

 

 

C

 

Topaz

 

 

 

B

 

Tydeman's Early Worcester

 

Tydeman's Early

 

B

 

Tsugaru

 

 

 

C

 

UEB32642

 

 

Opal ®

D

 

Worcester Pearmain

 

 

 

B

 

York

 

 

 

B

 

Zari

 

 

 

B

 

PARTI 2:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott taċ-ċitru tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-ispeċi li ġejjin, li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, u eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali:

lumi mkabbar mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f. u ibridi tagħha,

mandolin imkabbar mill-ispeċi Citrus reticulata Blanco, li jinkludi l-varjetajiet magħrufa bħala satsumas (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u varjetà oħra ta' mandolin (Citrus tangerina Tanaka) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom,

larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck u ibridi tagħha.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:

intatti,

ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b'mod estensiv,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn sinjali ta' tikmix jew deidrazzjoni,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.

Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi hawn taħt:

kontenut minimu ta' meraq:

proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità (13),

kulur:

Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.

 

Kontenut minimu tal-meraq (perċentwal)

Proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità

Tilwin

Lumi

20

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta' kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

Satsumas

33

6.5:1

Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta.

Klementini

40

7.0:1

Varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

33

7.5:1 (14)

Larinġ

Larinġ tad-demm

30

6.5:1

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta' kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Larinġ imkabbar f'żoni b'temperaturi għoljin u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b'kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Grupp taż-żokra

33

6.5:1

Varjetajiet oħrajn

35

6.5:1

Mosambi, Sathgudi u Pacitan b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta' kulur aħdar

33

 

Varjetajiet oħrajn b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta' kulur aħdar

45

 

Il-frott taċ-ċitru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-maturità jista' jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħrajn ma jkunux tbiddlu.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott taċ-ċitru huwa kkassifikat fi tlett klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mill-pesti,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mill-pesti,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar,

alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ,

qoxra raffa,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra għal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra għall-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.

A.   Daqs minimu

Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

45

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

45

Klementini

35

Larinġ

53

B.   Uniformità

Il-frott taċ-ċitru jista' jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:

(a)

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun iżgħar minn 60 mm

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 60 mm jew akbar iżda iżgħar minn 80 mm

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 80 mm jew akbar iżda iżgħar minn 110 mm

m'hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott b'dijametru ta' 110 mm jew akbar.

(b)

Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:

 

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

Lumi

 

0

79 - 90

 

1

72 - 83

 

2

68 - 78

 

3

63 - 72

 

4

58 - 67

 

5

53 - 62

 

6

48 - 57

 

7

45 - 52

Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

 

1 - XXX

ta' 78 jew iktar

 

1 - XX

67 - 78

 

1 jew 1 - X

63 - 74

 

2

58 - 69

 

3

54 - 64

 

4

50 - 60

 

5

46 - 56

 

6 (15)

43 - 52

 

7

41 - 48

 

8

39 - 46

 

9

37 - 44

 

10

35 - 42

Larinġ

 

0

92 – 110

 

1

87 – 100

 

2

84 – 96

 

3

81 – 92

 

4

77 – 88

 

5

73 – 84

 

6

70 – 80

 

7

67 – 76

 

8

64 – 73

 

9

62 – 70

 

10

60 – 68

 

11

58 – 66

 

12

56 – 63

 

13

53 – 60

L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:

Għall-frott fi bramel kbar u frott f'pakketti għall-bejgħ b'piż nett massimu ta' 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.

(c)

Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma' (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta' daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.

F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

43

Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom

43

Klementini

34

Larinġ

50

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.

Barra minn hekk, għall-Klassi “Extra”, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.

Madankollu, taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fil-varjetà jew tip kummerċjali u fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida u mingħajr riħa (16).

L-użu ta' kwalunkwe sustanza li għandha t-tendenza li timmodifika l-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (17), huwa pprojbit.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor. Madankollu, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (18) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lumi”, “Mandolin” jew “Larinġ” jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta' frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta' taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti.

Għal-larinġ, isem il-varjetà, u/jew il-grupp rispettiv tal-varjetà fil-każ ta' “Navels” u “Valencias”.

Għal “Satsumas” u “Klementini”, l-isem komuni tal-ispeċi huwa meħtieġ u l-isem tal-varjetà mhuwiex obbligatorju.

Għal varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom, isem il-varjetà huwa meħtieġ.

Għal-lumi: isem il-varjetà mhux obbligatorju.

“Biż-żerriegħa” fil-każ ta' klementini b'aktar minn 10 żrieragħ.

“Bla żerriegħa” (fakultattiva, frott taċ-ċitru ta' bla żerriegħa jista' xi drabi jkollu ż-żerriegħa).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (19) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Id-daqs espress bħala:

Daqsijiet minimi u massimi (f'mm) jew

Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b'mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew

L-għadd.

Meta jintużaw, għandhom jissemmew l-aġent ta' preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 3:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis Planch. u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson, li għandhom jiġu fornuti friski lill-konsumatur, bil-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali jkun eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:

intatt (iżda mingħajr pedunkulu),

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew imxarrab,

iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u jkun misjur b'mod sodisfaċenti.

Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat, il-frott irid ikun laħaq grad ta' sajran ta' mill-inqas 6.2° Brix (20) jew medja ta' kontenut ta' materja xotta ta' 15 %, li għandha twassal għal 9.5° Brix (20) meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.

C.   Klassifikazzjoni

Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt.

(i)   Klassi “Extra”

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.8 jew akbar.

(ii)   Klassi I

Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet),

difetti żgħar fil-lewn,

difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 cm2,

“Hayward mark” żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża 'l barra.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0,7 jew akbar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-frott għandu jkun raġjonevolment sod u l-laħam ma għandux juri difetti serji.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 cm2,

għadd ta' “Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin 'il barra,

dbabar ħfief.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont il-piż tal-frott.

Il-piż minimu għall-Klassi “Extra” huwa ta' 90 g, għall-Klassi I huwa ta' 70 g u għall-Klassi II huwa ta' 65 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

10 gm għall-frott b'piż sa 85 gm,

15 gm għall-frott b'piż bejn 85 gm u 120 gm,

20 gm għall-frott b'piż bejn 120 gm u 150 gm,

40 g għall-frott li jiżen 150 g jew aktar,

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta' piż inqas minn 85 gm għall-Klassi “Extra”, 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (21) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

‘Frott tal-kiwi’ u/jew ‘Actinidia’, fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

Isem il-varjetà (fakultattiv).

Kulur tal-laħam jew indikazzjoni ekwivalenti, jekk mhux aħdar.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (22) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott,

Għadd ta' frottiet (fakultattiv).

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta ikun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 4:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA'(BATAVIAN)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal:

ħass ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn:

Lactuca sativa var. capitata L. (ħass (ikkaboċċjat) inkluż ħass tat-tip “crisphead” u “Iceberg”),

Lactuca sativa var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

Lactuca sativa var. crispa L. (ħass tal-weraq),

taħlit ta' dawn il-varjetajiet u

indivja bil-weraq mibrum ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. crispum Lam. u

indivja (escaroles) bil-weraq wiesa' (Batavian) ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. latifolium Lam.

li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa, werqa, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa u mirquma, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

weqfin friski,

mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta' lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b'mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq għandhom jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta' barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti għandhom ikunu ta' żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-prodotti huma kklassifikati f'żewġ klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi I

Prodotti f'din il-klassi għandhom ikunu ta' kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:

iffurmati tajjeb,

sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta' prodott,

ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel,

minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta' ħass ikkaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, il-qalba tista' tkun żgħira.

Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista' tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa' (Batavian) trid tkun ta' kulur isfar.

(ii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati hawn fuq.

Il-prodotti għandhom ikunu:

raġonevolment iffurmati sew,

ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu jfixklu serjament l-edibilità tiegħu.

Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

telf ħafif mill-kulur,

ħsara ħafifa kkważata mill-pesti.

Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista' tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta' ħass kaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.

Il-ħass Cos jista' ma jurix qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta' unità waħda.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Ħass

40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,

100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,

150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,

300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.

(b)

Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa' (Batavian)

300g.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(ii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.

Madankollu, taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fit-tip kummerċjali u/jew fil-kulur, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b'mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b'mod raġjonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (23) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħass”, “ħass butterhead”, “batavia”, “ħass crisphead (Iceberg)”, “ħass Cos”, “ħass tal-weraq” (jew, pereżempju u jekk xieraq, “Oak Leaf”, “Lollo bionda”, “Lollo rossa”), “indivja bil-weraq mibrum” jew “indivja bil-weraq wiesa' (Batavian)” jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

“Imkabbar taħt għata” jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

“Taħlita ta' ħass/indivja”, jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta' taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (24) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi

Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta' unitajiet

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 5:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ĦAWĦ U N-NUĊIPRISK

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkunu se jiġu pprovduti friski lill-konsumatur; il-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għal ħawħ u nuċiprisk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-kategoriji kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċiprisk għandhom ikunu:

intatti,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ma jkunux maqsumin fil-ħofra ta' maz-zokk,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċiprisk jridu jkunu tali li jippermettulhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta' 8° Brix (25). jew aktar.

C.   Klassifikazzjoni

Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Il-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. Il-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

1.5 cm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f'kundizzjoni tajba,

difetti fil-kulur,

dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

2.5 cm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-daqs minimu għandu jkun:

56 mm jew 85 gm għall-Klassi “Extra”,

51 mm jew 65 g fil-Klassijiet I u II.

Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 g ma jiġix ikkummerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April (emisferu ta' Nofsinhar).

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott ta' inqas minn 70 mm,

10 mm għall-frott ta' 70 mm u iktar.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

30 gm għall-frott ta' inqas minn 180 gm,

80 gm għall-frott ta' 180 gm u iktar.

(c)

Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma' (a) jew (b).

Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta' hawn taħt.

 

il-kodiċi

Dijametru

 

piż

mis-

Sa

mis-

sa

(mm)

(mm)

(g)

(g)

1

D

51

56

jew

65

85

2

C

56

61

85

105

3

B

61

67

105

135

4

A

67

73

135

180

5

AA

73

80

180

220

6

AAA

80

90

220

300

7

AAAA

> 90

> 300

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (26) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

Kulur tal-laħam.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (27) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f'dijametri minimi u massimi (f'mm), jew f'piż massimu u minimu (fi g) jew bħala kodiċi tad-daqs.

Għadd ta' unitajiet (fakultattiv).

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 6:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZZJONI TAL-LANĠAS

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, lanġas għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:

intatt,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn umdità esterna mhux normali,

ħieles minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

C.   Klassifikazzjoni

Il-lanġas huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-lanġas f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (28).

Il-laħam għandu jkun f'kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.

Għandu jkun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Iz-zokk irid ikun intatt.

Il-lanġas ma għandux ikun imrammel.

(ii)   Klassi I

Il-lanġas ta' din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari (29).

Il-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

b'qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 cm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 cm2.

Iz-zokk jista' jkollu ħsara żgħira.

Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

ftit ħmura samranija raffa,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 cm fit-tul għal difetti ta' forma tawwalija,

2.5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 2 cm2.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta' frott kbir

60 mm

55 mm

55 mm

Varjetajiet oħrajn

55 mm

50 mm

45 mm

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

 

‘Extra’

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta' frott kbir

130 g

110 g

110 g

Varjetajiet oħrajn

110 g

100 g

75 g

Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-appendiċi għal dan l-istandard ma għandux jissodisfa d-daqs minimu.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u safef

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'saffi:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

75 - 100

15

100 – 200

35

200-250

50

> 250

80

għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

100 – 200

50

> 200

100

Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta':

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,

10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-lanġas għandu jkun ippakkjat b'tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (30) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lanġas” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali (31) tista' tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (32) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs jew l-għadd ta' unitajiet għall-frott ippakkjat f'ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

b'mod fakultattiv, għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi “u aktar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

“Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta' varjetajiet ta' lanġas ta' frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fit-tabella jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritt fit-Taqsima III tal-istandard.

Xi varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f'wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta' informazzjoni biss.

Didaskalija:

L

=

Varjetà ta' frott kbir

LS

=

Lanġas tas-sajf, li għalih ma huwa meħtieġ ebda daqs minimu.

Varjetà

Sinonimi

Marki kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

L

Abugo o Siete en Boca

 

 

LS

AkVa

 

 

LS

Alka

 

 

L

Alsa

 

 

L

Amfora

 

 

L

Alexandrine Douillard

 

 

L

Bambinella

 

 

LS

Bergamotten

 

 

LS

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

L

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d'Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

L

Beurré Clairgeau

 

 

L

Beurré d'Arenberg

Hardenpont

 

L

Beurré Giffard

 

 

LS

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

LS

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

LS

Carusella

 

 

LS

Castell

Castell de Verano

 

LS

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

LS

Comice rouge

 

 

L

Concorde

 

 

L

Condoula

 

 

LS

Coscia

Ercolini

 

LS

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

L

D'Anjou

 

 

L

Dita

 

 

L

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

LS

Doyenné d'hiver

Winterdechant

 

L

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

L

Erika

 

 

L

Etrusca

 

 

LS

Flamingo

 

 

L

Forelle

 

 

L

Général Leclerc

 

Amber Graceä

L

Gentile

 

 

LS

Golden Russet Bosc

 

 

L

Grand champion

 

 

L

Harrow Delight

 

 

L

Jeanne d'Arc

 

 

L

Joséphine

 

 

L

Kieffer

 

 

L

Klapa Mīlule

 

 

L

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

LS

Lombacad

 

Cascade â

L

Moscatella

 

 

LS

Mramornaja

 

 

L

Mustafabey

 

 

LS

Packham's Triumph

Williams d'Automne

 

L

Passe Crassane

Passa Crassana

 

L

Perita de San Juan

 

 

LS

Pérola

 

 

LS

Pitmaston

Williams Duchesse

 

L

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

LS

Président Drouard

 

 

L

Rosemarie

 

 

L

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

LS

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

LS

Suvenirs

 

 

L

Taylors Gold

 

 

L

Triomphe de Vienne

 

 

L

Vasarine Sviestine

 

 

L

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

L

PARTI 7:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FRAWLI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frawli ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; il-frawli għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:

intatt, bla ħsara,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

frisk fid-dehra, iżda mhux maħsul,

prattikament ħieles mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski u ħodor,

ħieles minn umdità esterna mhux normali,

ħieles minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-frawli huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefinit hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Irid ikun ukoll:

ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà.

ħieles mill-ħamrija.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

preżenza ta' roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

marki ħfief ta' pressjoni fuq il-wiċċ.

Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

dbabar ħfief u xotti li x'aktarx ma jinfirxux,

traċċi żgħar ta' ħamrija.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.

Id-daqs minimu għandu jkun:

25 mm fil-Klassi “Extra”,

18 mm fil-Klassijiet I u II.

Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' frawli li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Fil-każ tal-Klassi 'Extra', il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, kulur u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista' jkun anqas uniformi fid-daqs.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (33) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Frawli” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (34) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 8:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta' varjetajiet (35) (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:

intatt,

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

sodi,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifikazzjoni

Il-bżar ħelu huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, marki ta' pressjoni li b'kollox ma jkoprux aktar minn 2 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 1 cm2 għal difetti oħra; jew

qsim xott superfiċjali fil-wiċċ li b'kollox ma jkoprix aktar minn 1/8 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

pedunkulu kemxejn imħassar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, dbabar u ħsarat li fiequ li b'kollox ma jkoprux aktar minn 4 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 2.5 cm2 tat-total tal-erja għal difetti oħra; jew

qsim xott fil-wiċċ li b'kollox ma jkoprix iktar minn 1/4 tat-total tal-erja tal-wiċċ

deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 cm2,

tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ,

pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa' intatt.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:

20 mm

(b)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:

30 g fil-każ li l-itqal wieħed ikun jiżen 180 g jew anqas,

80 g fil-każ li l-eħfef wieħed ikun jiżen bejn 180 g u 260,

Ebda limitu fejn l-eħfef biċċa tkun tiżen 260 g jew aktar.

Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.

L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassijiet “Extra” u I, b'mod apprezzabbli tal-istess grad ta' sajran u kulur.

Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (36) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Bżar ħelu” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta' bżar ħelu”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il-kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (37) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernat.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f'dijametri minimi u massimi, jew f'piżijiet massimu u minimu.

Għadd ta' unitajiet (fakultattiv).

“Jaħraq” jew denominazjoni ekwivalenti fejn xieraq.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 9:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, l-għeneb tal-mejda għall-ipproċessar eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:

f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mill-pesti,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:

intatti,

iffurmati tajjeb,

żviluppati b'mod normali.

It-tilwin minħabba x-xemx mhux difett.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku (38) tal-anqas:

12° Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,

13° Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,

14° Brix għall-varjetajiet kollha li ma għandhomx żerriegħa.

Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.

C.   Klassifikazzjoni

L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħlin sew, imqassma b'mod ugwali maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.

L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jistgħu jkunu inqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi 'Extra'.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-lewn,

skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, b'kunsiderazzjoni tad-distrett li fih ikunu tkabbru.

L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b'mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista' jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,

tbenġil żgħir,

difetti żgħar fil-qoxra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.

Il-piż minimu ta' kull għanqud għandu jkun ta' 75 g. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti intiżi għal porzjon wieħed.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f'kundizzjoni tajba u intatti.

iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenieqed, li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f'kundizzjoni tajba u intatti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F'kull pakkett għall-bejgħ, għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 g huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta' sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.

Madankollu, taħlita ta' għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 cm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (39) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Għeneb tal-mejda” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (40) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

“Għenieqed ta' inqas minn 75 g intiżi għall-porzjon wieħed”, jekk ikun il-każ.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.

PARTI 10:   L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAT-TADAM

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mis-Solanum lycopersicum L. li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; tadam għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.

It-tadam jista' jiġi kklassifikat f'erba' tipi kummerċjali:

“tond”,

“ċatt (imfellel)”,

“żenguli” jew “tawwali”,

“tadam miż-żgħir” (“cherry/cocktail”) ta' kull forma.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:

ikunu ħarira inqas friski u weqfin,

jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam għandu jkun:

intatti,

f'kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

jidhru friski,

prattikament ħielsa mill-pesti,

ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn umdità esterna mhux normali,

ħielsa minn kull tip ta' riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta' tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u

jaslu fid-destinazzjoni f'kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tadam jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.

C.   Klassifikazzjoni

It-tadam huwa kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

It-tadam ta' din il-klassi għandu jkun ta' kwalità superjuri. Għandu jkun sod u karatteristiku tal-varjetà.

Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħrajn, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

It-tadam ta' din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Għandu jkun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà.

Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-lewn,

difetti żgħar fil-qoxra,

brix ħafif ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam “ċatt (imfellel)” jista' jkollu:

xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 cm,

mingħajr protuberanzi eċċessivi,

żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra),

it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 cm2,

barxa fina taż-żahra f'għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Irid jkun raġjonevolment sod (iżda jista' jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma fiqux.

Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat b'mod serju,

xquq niexfa ta' mhux aktar minn 3 cm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli.

Barra minn hekk, it-tadam “ċatt (imfellel)” jista' jkollu:

protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma' jitilfu l-forma tagħhom,

żokra,

tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 cm2,

barxa fina taż-żahra f'għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għal:

“tadam miż-żgħir” (“cherry” u “cocktail”) b'dijametru anqas minn 40 mm;

tadam ċatt (imfellel) ta' forma irregolari; u

Klassi II

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:

(a)

Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm,

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm,

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm,

m'hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott ta' 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b)

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma' kif indikat fil-punt (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f'kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta' din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jissodisfa dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista' jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.

Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).

Is-sajran u l-kulur tat-tadam fil-Klassi “Extra” u l-Klassi I jridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.

Madankollu, taħlita ta' tadam ta' kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista' tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernati, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.

Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

It-tadam irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta' kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.

Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett (41) irid juri d-dettalji li ġejjin b'ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b'mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta' min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).

Dan it-tagħrif jista' jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta' pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta' kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b'rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta' kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;

fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta' bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b'rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta' spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta' dan il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali, jew tadam miż-żgħir (“cherry/cocktail”) jew “għenieqed ta' tadam miż-żgħir” jew denominazzjoni ekwivalenti għal varjetajiet żgħar oħra jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta' tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' taħlita ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u t-tipi kummerċjali u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   L-oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (42) u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta' taħlita ta' tadam ta' kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti li jkunu minn postijiet ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-kulur, il-varjetà u/jew it-tip kummerċjali kkonċernat.

D.   Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni

Klassi.

Daqs (jekk mogħti) espress bħala

dijametri minimi u massimi; jew

piż minimu u massimu; jew

kodiċi tad-daqs kif speċifikat f'Taqsima III; jew

l-għadd segwit mid-daqsijiet minimi u massimi.

E.   Marka ta' kontroll uffiċjali (fakultattiva)

Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b'mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.


(1)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(2)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(3)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-appendiċi għal dan l-istandard.

(4)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(5)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta' kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-appendiċi għal dan l-istandard.

(6)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(7)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(8)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(9)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(10)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(11)  Isem kummerċjali jista' jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(12)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(13)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(14)  Għall-varjetajiet Mandora u Minneola li proporzjon minimu taz-zokkor/l-aċidità huwa 6.0:1 sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta' Jannar 2023.

(15)  Daqsijiet taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementini.

(16)  L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

(17)  L-użu ta' aġenti tal-ippreservar jew ta' kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista' tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott huwa permess fejn dan ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

(18)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(19)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(20)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(21)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(22)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(23)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(24)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(25)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(26)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(27)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(28)  Lista mhux eżawrjenti ta' varjetajiet ta' lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(29)  Lista mhux eżawrjenti ta' varjetajiet ta' lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(30)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(31)  Isem kummerċjali jista' jkun marka kummerċjali li għaliha ntalbet jew inkisbet protezzjoni jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra.

(32)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(33)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(34)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(35)  Xi varjetajiet tal-bżar ħelu jista' jkollhom togħma taħraq.

(36)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(37)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(38)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/agriculture/fruit-vegetables/publications.

(39)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(40)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(41)  Dawn id-dispożizzjonijiet tal-immarkar ma japplikawx għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati f'pakketti. Madankollu, japplikaw għall-bejgħ ta' pakketti ppreżentati separatament.

(42)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.