15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/105


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/414

tal-14 ta' Marzu 2019

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2020 tal-varjabbli sekondarji fil-mira dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien (UE-SILC) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għejxien, sabiex ikun żgurat li fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jkun hemm disponibbli data trasversali u lonġitudinali, komparabbli u aġġornata, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, kull sena għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-oqsma u l-varjabbli sekondarji fil-mira li jridu jiġu inklużi dik is-sena fil-komponent trasversali tal-EU-SILC. Għaldaqstant jenħtieġ jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2020 dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tal-varjabbli sekondarji fil-mira u tal-identifikaturi għall-modulu tal-2020 dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol, li hija parti mill-komponent trasversali tal-UE-SILC, għandha tkun kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Il-varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi għall-modulu tal-2020 dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol — parti mill-komponent trasversali tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropew dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għejxien (UE-SILC) — għandhom ikunu kif ġej:

1.   L-unitajiet

L-informazzjoni magħżula dwar ix-xogħol għandha tingħata għall-membri kurrenti kollha tal-unità domestika jew, jekk applikabbli, għar-rispondenti magħżula kollha li għandhom 16-il sena jew iżjed.

L-informazzjoni dwar id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid tapplika fil-livell tal-unità domestika u tirreferi għall-unità domestika kollha kemm hi.

2.   Il-metodu tal-ġbir tad-data

Għall-varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-data hu intervista personali mal-membri kurrenti kollha tal-unità domestika jew, jekk applikabbli, mar-rispondenti magħżula kollha li għandhom 16-il sena jew iżjed.

Għall-varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-data hu intervista personali mar-rispondent tal-unità domestika.

Jistgħu jsiru intervisti permezz ta' rappreżentant (proxy) għajr ma' persuni li jkunu assenti jew inkapaċitati temporanjament.

Id-data tista' tinkiseb minn reġistri.

3.   Il-perjodu ta' referenza

Il-varjabbli fil-mira għandhom x'jaqsmu ma' tipi differenti ta' perjodi ta' referenza:

Il-perjodu ta' referenza kurrenti għall-varjabbli tad-djun eċċessivi għajr għal żewġ varjabbli dwar “Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni” u “Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija)”.

L-aħħar 12-il xahar għall-varjabbli dwar “Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni”.

L-aħħar xahar għall-varjabbli “Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija)”.

L-aħħar xahar għall-varjabbli tal-konsum.

Il-perjodu ta' referenza kurrenti għall-varjabbli tal-ġid.

Il-perjodu ta' referenza kurrenti għall-varjabbli “Settur tal-impjiegi pubbliċi/privati”.

Il-perjodu ta' referenza tal-introjtu għall-varjabbli tax-xogħol “Xhur bi kwalunkwe xogħol”.

Il-perjodu ta' qgħad waqt il-perjodu ta' referenza tal-introjtu għall-varjabbli tax-xogħol “Reġistrazzjoni tal-qgħad”.

4.   Trażmissjoni tad-data

Il-varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) fil-fajl tad-data dwar l-unità domestika (il-fajl H) u fil-fajl tad-data personali (il-fajl P) wara l- varjabbli primarji fil-mira.

 

Modulu tal-ittestjar tal-2020

Id-djun eċċessivi, il-konsum u l-ġid kif ukoll ix-xogħol

Isem il-varjabbli

Kodiċi

Varjabbli fil-mira

Dejn eċċessiv

HI020

 

Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni

1

Iva, darba

2

Iva, darbtejn jew aktar

3

Le

HI020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (l-ebda kont li mhux ta' akkomodazzjoni)

– 7

N/A (HB010≠2020)

HI090

 

Għadd ta' selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija)

Għadd (2 ċifri) 00-99

HI090_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 7

N/A (HB010≠2020)

HI100

1-magħżula, 2-mhux magħżula

Skop tas-selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija)

HI100_01

1, 2

Proprjetà (inkl. għamara tad-dar, tagħmir u d-dekorazzjoni interna)

HI100_02

1, 2

Karozza, mutur, karavan, vann, rota jew mezzi oħra ta' trasport

HI100_03

1, 2

Btajjel

HI100_04

1, 2

Kura tas-saħħa

HI100_05

1, 2

Edukazzjoni

HI100_06

1, 2

Għal spejjeż ta' kuljum

HI100_07

1, 2

Selfa personali li jiffinanzja negozju personali

HI100_08

1, 2

Għal rifinanzjament ta' selfa

HI100_09

1, 2

Raġuni oħra (mhux elenkata hawn fuq)

HI100_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (għadd ta' selfiet = 0)

– 7

N/A (HB010≠2020)

HI110

1-magħżula, 2-mhux magħżula

Sors tas-selfiet (għajr self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija)

HI110_01

1, 2

Bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra (eż. unjoni ta' kreditu, fornitur tal-mikrokreditu)

HI110_02

1, 2

Kumpanija tas-self payday jew pawnbroker/konvertitur tal-flus

HI110_03

1, 2

Sorsi privati (eż. familja, ħbieb)

HI110_04

1, 2

Oħrajn

HI110_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (għadd ta' selfiet = 0)

– 7

N/A (HB010≠2020)

HI120

 

Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq self (għajr is-self ipotekarju għal xiri ta' residenza ewlenija)

0-99999999 (ammont)

HI120_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (għadd ta' selfiet = 0)

– 7

N/A (HB010≠2020)

Konsum

HC010

 

Ikel id-dar

0-999999 (ammont)

HC010_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 7

N/A(HB010≠2020)

HC020

 

Ikel jew xorb barra mid-dar

0-999999 (ammont)

HC020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (l-ebda ikel barra mid-dar)

– 7

N/A(HB010≠2020)

HC030

 

Trasport pubbliku

0-999999 (ammont)

HC030_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (l-ebda trasport pubbliku użat)

– 7

N/A(HB010≠2020)

HC040

 

Trasport privat

1-999999 (ammont)

HC040_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (l-ebda trasport privat użat)

– 7

N/A(HB010≠2020)

HC050

 

Iffrankar (f'xahar tipiku)

1

Unità domestika li twarrab xi flus

2

Unità domestika li jeħtieġ tirrikorri għall-flus imfaddla

3

Unità domestika li jeħtieġ tissellef il-flus

4

Unità domestika li la twarrab xi flus u lanqas jeħtieġ tirrikorri għall-flus imfaddla jew għas-self

HC050_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 7

N/A(HB010≠2020)

Ġid

HV010

 

Valur ta' residenza ewlenija

1-99999999999 (ammont)

HV010_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (mhux sid)

– 7

N/A (HB010≠2020)

HV070

 

Total li fadal biex jitħallas self ipotekarju fuq residenza ewlenija (FAKULTATTIV)

1-99999999999 (ammont)

HV070_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (l-ebda self ipotekarju)

– 7

N/A (HB010≠2020)

HV020

 

Pussess ta' proprjetà immobbli li mhux ir-residenza ewlenija

1

Iva

2

Le

HV020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 7

N/A (HB010≠2020)

HV080

 

Ħila li jinżamm l-istess livell ta' għejxien permezz tal-flus imfaddla

1

< 3 xhur

2

3-6 xhur

3

6-12-il xahar

4

> 12-il xahar

HV080_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 7

N/A (HB010≠2020)

Xogħol

PL230

 

Settur tal-impjiegi pubbliċi/privati

1

Pubbliċi

2

Privati

3

Taħlita

PL230_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (PL031≠1,2)

– 3

Rispondent mhux magħżul

– 7

N/A (PB010≠2020)

PL250

 

Xhur bi kwalunkwe xogħol

0-12-il xahar

PL250_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Rispondent mhux magħżul

– 7

N/A (PB010≠2020)

PL280

 

Reġistrazzjoni tal-qgħad

1

Qiegħed u rreġistrat għall-perjodu kollu

2

Qiegħed u rreġistrat għal parti mill-perjodu

3

Qiegħed iżda mhux irreġistrat

PL280_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

N/A (PL211≠5)

– 3

Rispondent mhux magħżul

– 7

N/A (PB010≠2020)