|
14.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/402
tat-13 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 19
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Frar 2018, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika Emendar, Tnaqqis jew Saldu tal-Pjan (Emendi għal IAS 19), fil-qafas tal-proċess tat-titjib regolari tiegħu, li għandu l-għan li jissimplifika u jiċċara l-istandards. L-objettiv tal-emendi huwa li jiġi ċċarat li, fejn wara li jseħħ emendar, tnaqqis jew saldu ta' pjan ta' benefiċċji definiti, entità għandha tapplika s-suppożizzjonijiet aġġornati mill-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni (assi) netta tal-benefiċċju definit għall-bqija tal-perjodu ta' rappurtar. |
|
(3) |
Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonferma li l-emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 19 Benefiċċji tal-Impjegati jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 19 Benefiċċji tal-Impjegati hu emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard mid-data li fiha tibda l-ewwel sena finanzjarja tagħha, fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Emenda, Tnaqqis jew Saldu tal-Pjan
(Emendi għall-IAS 19)
Emendi għall-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati
Jiżdiedu l-paragrafi 101 A, 122 A, 123 A u 179 u l-paragrafi 57, 99, 120, 123, 125, 126 u 156 huma emendati. Tiżdied intestatura qabel il-paragrafu 122 A.
BENEFIĊĊJI TA' WARA L-IMPJIEG: PJANIJIET TA' BENEFIĊĊJU DEFINIT
…
Rikonoxximent u kejl
…
|
57. |
Il-kontabbiltà minn entità għal pjanijiet ta' benefiċċju definit tinvolvi l-passi li ġejjin:
…
… |
Kost tas-servizz passat u qligħ u telf mas-saldu
|
99. |
Meta jiġi determinat il-kost tas-servizz passat, jew qligħ jew telf mas-saldu, entità għandha tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit (assi) billi tuża l-valur ġust kurrenti tal-assi tal-pjan u suppożizzjonijiet attwarjali kurrenti (fosthom ir-rati tal-imgħax kurrenti tas-suq u prezzijiet kurrenti oħra tas-suq) li jirrifletti:
… |
|
101 A |
Meta sseħħ emenda fil-pjan, tnaqqis jew saldu finali, entità għandha tirrikonoxxi u tkejjel kwalunkwe kost tas-servizz passat, jew qligħ jew telf mas-saldu, f'konformità mal-paragrafi 99–101 u l-paragrafi 102–112. Meta tagħmel dan, entità għandha tikkunsidra l-effett tal-livell massimu tal-assi. Entità għandha mbagħad tiddetermina l-effett tal-livell massimu tal-assi wara emenda fil-pjan, tnaqqis jew saldu finali u għandha tirrikonoxxi kwalunkwe bidla f'dak is-sens skont il-paragrafu 57(d).
… |
Komponenti tal-kost ta' benefiċċju definit
|
120. |
Entità għandha tirrikonoxxi l-komponenti ta' kost ta' benefiċċju definit, ħlief sal-punt li IFRS ieħor jitlob jew jippermetti l-inklużjoni tagħhom fil-kost ta' assi, kif ġej:
… |
Kost tas-servizz kurrenti
|
122 A |
Entità għandha tiddetermina l-kost tas-servizz kurrenti bl-użu ta' suppożizzjonijiet attwarjali determinati fil-bidu tal-perjodu ta' rappurtaġġ annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċju definit (assi) f'konformità mal-paragrafu 99, hija għandha tiddetermina l-kost tas-servizz kurrenti għall-bqija tal-perjodu annwali tar-rappurtaġġ wara emenda fil-pjan, tnaqqis jew saldu bl-użu fis-suppożizzjonijiet attwarjali użati biex tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi) f'konformità mal-paragrafu 99(b). |
Imgħax nett fuq obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi)
|
123. |
Entità għandha tiddetermina l-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċju definit (assi) bil-multiplikazzjoni tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi) permezz tar-rata ta' skont speċifikata fil-paragrafu 83. |
|
123 A |
Biex tiddetermina l-imgħax nett f'konformità mal-paragrafu 123, entità għandha tuża l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi) u r-rata ta' skont determinata fil-bidu tal-perjodu ta' rappurtaġġ annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċju definit (assi) f'konformità mal-paragrafu 99, l-entità tistabbilixxi l-imgħax nett għall-bqija tal-perjodu annwali tar-rappurtaġġ wara emenda fil-pjan, tnaqqis jew saldu bl-użu ta':
Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 123 A, l-entità għandha tqis ukoll kwalunkwe tibdil fl-obbligazzjoni netta tal-benefiċċju definit (assi) matul il-perjodu li jirriżulta minn kontribuzzjonijiet jew pagamenti tal-benefiċċji. … |
|
125. |
Dħul mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan huwa komponent tar-redditu mill-assi tal-pjan, u jiġi determinat bil-multiplikazzjoni tal-valur ġust tal-assi tal-pjan permezz tar-rata ta' skont speċifikata fil-paragrafu 123 A. Entità għandha tiddetermina l-valur ġust tal-assi tal-pjan fil-bidu tal-perjodu ta' rappurtaġġ annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċju definit (assi) f'konformità mal-paragrafu 99, l-entità għandha tiddetermina d-dħul mill-imgħax għall-bqija tal-perjodu annwali tar-rappurtaġġ wara emenda fil-pjan, tnaqqis jew saldu bl-użu fis-suppożizzjonijiet attwarjali użati biex tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi) f'konformità mal-paragrafu 99(b). Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 125, l-entità għandha tqis ukoll kwalunkwe tibdil fl-assi tal-pjan matul il-perjodu li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet jew pagamenti tal-benefiċċji. Id-differenza bejn l-introjtu mill-imgħax fuq l-assi tal-pjan u r-redditu fuq l-assi tal-pjan tiġi inkluża fil-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi). |
|
126. |
Imgħax fuq l-effett tal-livell massimu tal-assi huwa parti mill-bidla totali fl-effett tal-livell massimu tal-assi, u jiġi determinat billi l-effett tal-livell massimu tal-assi jiġi mmultiplikat bir-rata tal-iskont speċifikata fil-paragrafu 123 A. Entità għandha tiddetermina l-effett tal-limitu tal-assi fil-bidu tal-perjodu ta' rappurtaġġ annwali. Madankollu, jekk entità tkejjel mill-ġdid l-obbligazzjoni netta tal-benefiċċju definit (assi) f'konformità mal-paragrafu 99, l-entità għandha tiddetermina l-imgħax fuq l-effett tal-limitu tal-assi għall-bqija tal-perjodu annwali tar-rappurtaġġ wara l-emenda fil-pjan, it-tnaqqis jew is-saldu billi jiġi kkunsidrat kwalunkwe bidla fl-effett tal-limitu tal-assi f'konformità mal-paragrafu 101 A. Id-differenza bejn l-imgħax fuq l-effett tal-limitu massimu tal-assi u l-bidla totali fl-effett tal-limitu tal-assi hija inkluża fil-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit nett (assi).
… |
BENEFIĊĊJI OĦRAJN GĦAT-TUL TAL-IMPJEGATI
…
Rikonoxximent u kejl
…
|
156. |
Fir-rigward ta' benefiċċji fuq perjodu twil taż-żmien tal-impjegati, entità għandha tirrikonoxxi t-total nett tal-ammonti li ġejjin fi profitt jew telf, ħlief sal-punt li IFRS ieħor jitlob jew jippermetti l-inklużjoni tagħhom fil-kost ta' assi:
… |
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
…
|
179. |
Emenda, Tnaqqis jew Saldu tal-Pjan (Emendi għall-IAS 19), maħruġ fi Frar 2018, żied il-paragrafi 101 A, 122 A u 123 A, u emenda l-paragrafi 57, 99, 120, 123, 125, 126 u 156. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal emendi fil-pjan, tnaqqis jew saldi li jseħħu fil-bidu jew wara l-ewwel perjodu ta' rappurtaġġ annwali li jibda fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |