15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/193


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/401 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 72 tal-14 ta' Marzu 2019 )

Fil-paġna 5, l-Artikolu 1,

minflok:

“Artikolu 1

Fl-Artikolu 41(4) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘4.   Mill-għada tal-jum li fih iż-żewġ strumenti tar-ratifika dwar il-Ftehim tal-Irtirar ikunu ġew depożitati, il-kwoti maħluqa għall-2019 u għall-2020 ma għandhomx jiġu identifikati b'kodiċi ta' pajjiż jekk il-konformità mad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissonijiet li jseħħu matul dawn is-snin tkun rikjesta bi ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-irtirar ta' tali Stat Membru mill-Unjoni Ewropea.’”,

aqra:

“Artikolu 1

Fl-Artikolu 41(4) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, jiżdied il-paragrafu li ġej:

‘Mill-għada tal-jum li fih iż-żewġ strumenti tar-ratifika dwar il-Ftehim tal-Irtirar ikunu ġew depożitati, il-kwoti maħluqa għall-2019 u għall-2020 ma għandhomx jiġu identifikati b'kodiċi ta' pajjiż jekk il-konformità mad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissonijiet li jseħħu matul dawn is-snin tkun rikjesta bi ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-irtirar ta' tali Stat Membru mill-Unjoni Ewropea.’”.