27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/330

tal-11 ta' Diċembru 2018

li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti sustanżi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta' Rotterdam”), iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem l-Unjoni, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

(2)

Il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) biex ma jiġux approvati jew ma jiġġeddux l-approvazzjonijiet tas-sustanzi amitrol, beta-ċipermetrina, DPX KE 459 (flurpirsulfuron-metil), iprodion, linuron, ortosulfamuron, pikossistrobin u triasulfuron. B'riżultat ta' dan, dawk is-sustanzi huma pprojbiti fl-Unjoni fil-kategorija tal-użu bħala “pestiċidi” u għaldaqstant jenħtieġ li jinżiedu mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(3)

Il-Kummissjoni adottat Regolament ta' Implimentazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex l-approvazzjoni tas-sustanza attiva isoproturon ma tiġġeddidx. B'riżultat ta' dan, minkejja li l-isoproturon ġiet identifikata u nnotifikata għall-evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għat-tipi ta' prodotti 7 u 10, u għaldaqstant tista' tibqa' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont dak ir-Regolament, jibqa' l-fatt li kważi kull użu tagħha bħala pestiċida huwa pprojbit. B'riżultat ta' dan, din is-sustanza kimika hija pprojbita fl-Unjoni fil-kategorija tal-użu bħala “pestiċidi” u għaldaqstant jenħtieġ li tinżied mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(4)

Is-sustanza attiva maneb kienet approvata qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara dan tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni, iżda ma tressaqx id-dossier supplimentari biex jappoġġa dan it-tiġdid. Għaldaqstant l-approvazzjoni skadiet. B'riżultat ta' dan, is-sustanza kimika maneb hija pprojbita fl-Unjoni fil-kategorija tal-użu tal-“pestiċidi” u għaldaqstant jenħtieġ li tinżied mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(5)

Is-sustanza attiva fipronil kienet approvata qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara dan tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni, iżda ma tressaqx id-dossier supplimentari biex jappoġġa dan it-tiġdid. Għaldaqstant l-approvazzjoni skadiet. Dan ifisser li għalkemm il-fipronil hija sustanza approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 bħala prodott tat-tip 18, jibqa' l-fatt li kważi kull użu tagħha bħala pestiċida huwa pprojbit. Għaldaqstant, is-sustanza kimika fipronil hija ristretta ħafna fl-Unjoni fil-kategorija tal-użu tal-“pestiċidi” u għalhekk jenħtieġ li tinżied mal-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(6)

Fit-tmien laqgħa tagħha, li saret bejn l-24 ta' April u l-5 ta' Mejju 2017, waqt il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam ġie deċiż li jiddaħħlu l-karbofuran, it-triklorfon u l-paraffini klorurati b'katina qasira fl-Anness III tal-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-bidliet ikunu riflessi fil-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1, 2 u 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 billi jinżiedu l-karbofuran, it-triklorfon u l-paraffini klorurati b'katina qasira mal-lista fil-Parti 3 u jitħassru l-karbofuran u t-triklorfon mil-lista fil-Parti 2 u billi jsiru l-bidliet konsegwenti għal dan fil-Parti 1.

(7)

Il-komposti tat-tributiltin iddaħħlu fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam fil-kategorija tal-użu “pestiċida” wara li ttieħdet deċiżjoni waqt ir-raba' Konferenza tal-Partijiet fl-2008. Fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet, li saret bejn l-24 ta' April sal-5 ta' Mejju 2017, ġie deċiż li fl-Anness III, fil-kategorija “industrijali” jiddaħħlu l-komposti tat-tributiltin. Dan kellu l-effett li l-komposti tat-tributiltin saru soġġetti għall-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel skont dik il-Konvenzjoni, ukoll fil-kategorija tal-użu “industrijali”. Jenħtieġ li dik il-bidla, flimkien ma' bidliet għall-istatus regolatorju tal-komposti tat-tributiltin skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li saru wara li l-komposti tat-tributiltin ġew elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012, ikunu riflessi fil-listi tas-sustanzi kimiċi fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(8)

Waqt it-tmien laqgħa li saret bejn l-24 ta' April u l-5 ta' Mejju 2017, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni ta' Stokkolma”), li ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6), ġie deċiż li jiddaħħlu l-paraffini klorurati b'katina qasira fl-Anness A tal-Konferenza ta' Stokkolma. Biex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Stokkolma, u meta jitqies li dawk is-sustanzi diġà qegħdin elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), dawn jenħtieġ li jinżiedu fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ibiddel ir-regoli dwar l-esportazzjoni ta' taħlitiet tal-merkurju metalliku ma' sustanzi oħra b'konċentrazzjoni ta' mhux inqas minn 95 % ta' merkurju, u ta' ċerti komposti tal-merkurju. Dawk il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fl-entrati eżistenti fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 dwar il-komposti tal-merkurju u taħlitiet ta' merkurju metalliku ma' sustanzi oħra b'konċentrazzjoni ta' inqas minn 95 % ta' merkurju.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Jixraq li jingħata żmien raġonevoli biex il-partijiet interessati jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentawh,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-Anness I hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b)

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn 1 ta' Mejju 2019

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-karbofuran hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

Sustanza Kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Sottokategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Karbofuran (#)

1563-66-2

216-353-0

ex 2932 99 00

p(1)

b”;

 

(b)

l-entrata għall-komposti tat-tributiltin hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

Sustanza Kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Sottokategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Il-komposti kollha tar-tributiltin, fosthom:

 

 

ex 2931 20 00

p(1)-p(2)

i(1)-i(2)

b-b

sr-sr”;

 

Ossidu tat-Tributiltin

56-35-9

200-268-0

ex 2931 20 00

Fluworur tat-tributiltin

1983-10-4

217-847-9

ex 2931 20 00

Metakrilat tat-tributiltin

2155-70-6

218-452-4

ex 2931 20 00

Benżoat tat-tributiltin

4342-36-3

224-399-8

ex 2931 20 00

Klorur tat-tributiltin

1461-22-9

215-958-7

ex 2931 20 00

Linoleat tat-tributiltin

24124-25-2

246-024-7

ex 2931 20 00

Naftenat tat-tributiltin (#)

85409-17-2

287-083-9

ex 2931 20 00

(c)

l-entrata għat-triklorfon hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

Sustanza Kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Sottokategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Triklorfon (#)

52-68-6

200-149-3

ex 2931 39 90

p(1)-p(2)

b-b”;

 

(d)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza Kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Sottokategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

“Amitrol (+)

61-82-5

200-521-5

ex 2933 99 80

p(1)

b

 

Betaċipermetrin (+)

65731-84-2

265-898-0

ex 2926 90 70

p(1)

b

 

DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil) (+)

150315-10-9

144740-54-5

ma japplikax

ex 2935 90 90

p(1)

b

 

Fipronil (+)

120068-37-3

ma japplikax

ex 2933 19 90

p(1)

b

 

Iprodion (+)

36734-19-7

253-178-9

ex 2933 21 00

p(1)

b

 

Isoproturon (+)

34123-59-6

251-835-4

ex 2924 21 00

p(1)

b

 

Linuron (+)

330-55-2

206-356-5

ex 2928 00 90

p(1)

b

 

Maneb (+)

12427-38-2

235-654-8

ex 3824 99 93

p(1)-p(2)

b-b

 

Ortosulfamuron (+)

213464-77-8

ma japplikax

ex 2933 59 95

p(1)

b

 

Pikossistrobin (+)

117428-22-5

ma japplikax

ex 2933 39 99

p(1)

b

 

Trijasulfuron (+)

82097-50-5

ma japplikax

ex 2935 90 90

p(1)

b”;

 

(2)

il-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-karbofuran titħassar;

(b)

l-entrata għat-triklorfon titħassar;

(c)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza Kimika

Nru tal-CAS

Nru tal-Einecs

Kodiċi tan-NM (***)

Kategorija (*)

Limitazzjoni tal-użu (**)

“Amitrol

61-82-5

200-521-5

ex 2933 99 80

p

b

Betaċipermetrin

65731-84-2

265-898-0

ex 2926 90 70

p

b

DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil)

150315-10-9

144740-54-5

ma japplikax

ex 2935 90 90

p

b

Fipronil

120068-37-3

ma japplikax

ex 2933 19 90

p

sr

Iprodion

36734-19-7

253-178-9

ex 2933 21 00

p

b

Isoproturon

34123-59-6

251-835-4

ex 2924 21 00

p

sr

Linuron

330-55-2

206-356-5

ex 2928 00 90

p

b

Maneb

12427-38-2

235-654-8

ex 3824 99 93

p

b

Ortosulfamuron

213464-77-8

ma japplikax

ex 2933 59 95

p

b

Pikossistrobin

117428-22-5

ma japplikax

ex 2933 39 99

p

b

Trijasulfuron

82097-50-5

ma japplikax

ex 2935 90 90

p

b”;

(3)

il-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 3 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-komposti tat-tributiltin hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

Sustanza Kimika

Nru tal-CAS

Kodiċi tas-SA

Sustanza pura (**)

Kodiċi tas-SA

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza (**)

Kategorija

“Il-komposti kollha tar-tributiltin, fosthom:

 

ex ex 2931.20

3808.59

Pestiċida

Industrijali”;

Ossidu tat-Tributiltin

56-35-9

ex ex 2931.20

Fluworur tat-tributiltin

1983-10-4

ex ex 2931.20

Metakrilat tat-tributiltin

2155-70-6

ex ex 2931.20

Benżoat tat-tributiltin

4342-36-3

ex ex 2931.20

Klorur tat-tributiltin

1461-22-9

ex ex 2931.20

Linoleat tat-tributiltin

24124-25-2

ex ex 2931.20

Naftenat tat-tributiltin (#)

85409-17-2

ex ex 2931.20

(b)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Sustanza Kimika

Numru/i CAS rilevanti

Kodiċi tas-SA

Sustanza pura (**)

Kodiċi tas-SA

Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza (**)

Kategorija

“Karbofuran

1563-66-2

ex ex 2932.99

3808.91

3808.59

Pestiċida

Triklorfon

52-68-6

ex ex 2931.39

3808.91

Pestiċida

Paraffini klorurati b'katina qasira

85535-84-8

ex ex 3824.99

 

Industrijali”.


ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-lista fil-Parti 1, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Deskrizzjoni tas-sustanzi kimiċi/tal-prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru tal-KE, Nru tal-CAS, eċċ.)

 

“Paraffini klorurati b'katina qasira

Nru tal-KE 287-476-5

Nru tal-CAS 85535-84-8

Kodiċi tan-NM 3824 99 92 ”;

(2)

Il-Parti 2 tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI 2

Sustanzi kimiċi oħrajn barra s-sustanzi niġġiesa organiċi persistenti kif elenkati fl-Annessi A u B tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes skont id-dispożizzjonijiet li fiha.

Nru

Deskrizzjoni tas-sustanzi kimiċi/tal-prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru tal-KE, Nru tal-CAS, eċċ.)

1

Sapun kożmetiku li fih il-merkurju

Kodiċijiet tan-NM 3401 11 00 , 3401 19 00 , 3401 20 10 , 3401 20 90 , 3401 30 00

2

Merkurju metalliku u taħlitiet ta' merkurju metalliku ma' sustanzi oħra, inklużi l-ligi tal-merkurju, b'konċentrazzjoni ta' merkurju ta' mill-inqas 95 % tal-piż

Nru tar-reġistru tal-CAS 7439-97-6

Nru tal-KE 231-106-7

Kodiċi tan-NM 2805 40

3

Il-komposti tal-merkurju li ġejjin minbarra meta jkunu esportati fi kwantitajiet għar-riċerka fil-laboratorji jew għall-analiżi fil-laboratorji:

Mineral taċ-ċinabru;

Klorur tal-merkurju (I) (Cl2Hg2);

Ossidu tal-merkurju (II) (HgO);

Sulfur tal-merkurju (HgS).

Nru tar-reġistru tal-CAS 10112-91-1, 21908-53-2, 1344-48-5

Nri tal-KE 233-307-5, 244-654-7, 215-696-3

Kodiċijiet tan-NM ex 2852 10 00 , ex 2852 90 00

4

It-taħlitiet kollha tal-merkurju metalliku ma' sustanzi oħrajn, fosthom il-ligi tal-merkurju, li mhumiex koperti fl-entrata 2, u l-komposti kollha tal-merkurju li mhumiex koperti fl-entrata 3, jekk l-esportazzjoni ta' dik it-taħlita jew ta' dak il-kompost issir biex jiġi estratt il-merkurju metalliku

Fosthom:

Is-sulfat tal-merkurju (I) (Hg2SO4, Nru tar-reġistru tal-CAS 7783-36-0), it-tijoċjanat tal-merkurju (II) (Hg(SCN)2, Nru tar-reġistru tal-CAS 592-85-8), il-jodur tal-merkurju (I) (Hg2I2, Nru tar-reġistru tal-CAS 15385-57-6)

Kodiċijiet tan-NM ex 2852 10 00 , ex 2852 90 00 ”.