21.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/298

tal-20 ta' Frar 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Ġappun fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li dawk il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

L-entrata għall-Belarussja fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2258 (4) tirreferi biss għall-awtorizzazzjoni ta' tranżitu mil-Litwanja ta' bajd u prodotti tal-bajd, u tħalli barra l-laħam tat-tjur. Fl-istess ħin, l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 u l-garanziji addizzjonali fl-entrata għall-Belarussja fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament jawtorizzaw it-tranżitu mil-Litwanja ta' bajd, prodotti tal-bajd u laħam tat-tjur. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrata għall-Belarussja fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi emendata biex tirreferi għat-tranżitu ta' bajd, prodotti tal-bajd u laħam tat-tjur.

(3)

Il-Bożnija-Ħerzegovina talbet li tiġi awtorizzata għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha tal-laħam tat-tjur, u ressqet l-informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni wettqet awditu fil-Bosnja-Ħerzegovina biex tevalwa l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal-laħam tat-tjur maħsub għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Minħabba r-riżultat favorevoli ta' dak l-awditu, huwa xieraq li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(4)

Il-Ġappun talab awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' bajd u prodotti tal-bajd u ppreżenta l-informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni wettqet verifika fil-Ġappun biex tevalwa l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għall-bajd u l-prodotti tal-bajd maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Minħabba r-riżultat favorevoli ta' dak l-awditu, huwa xieraq li dak il-pajjiż terz jiġi inkluż fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(5)

Il-Ġappun ssottometta l-programmi ta' kontroll tiegħu tas-Salmonella f'qatgħat tat-tgħammir tal-Gallus gallus lill-Kummissjoni. Instab li dawk il-programmi ta' kontroll jipprovdu garanziji ekwivalenti għall-garanziji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ġew approvati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Ġappun jiġi awtorizzat għall-importazzjoni tal-bajd tal-klassi A fl-Unjoni u l-entrata għall-Ġappun fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li ma tinkludi ebda projbizzjoni fir-rigward ta' dik il-komodità.

(6)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għaldaqstant jenħtieġ li jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2258 tal-4 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 dwar l-importazzjonijiet u t-tranżitu ta' kunsinni waħdiena ta' inqas minn 20 unità ta' tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis jew il-flieles ta' ġurnata tagħhom (ĠU L 321, 5.12.2015, p. 23)

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).


ANNESS

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata li ġejja għall-Bożnija-Ħerzegovina tiddaħħal bejn l-entrata għall-Awstralja u l-entrata għall-Brażil:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“BA – Il-Bożnja-Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

POU”

 

 

 

 

 

 

 

(2)

l-entrata għall-Belarussja hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“BY — Il-Belarussja

BY-0

Il-pajjiż kollu

EP, E, POU

(it-tlieta li huma għat-tranżitu mil-Litwanja biss)

IX”

 

 

 

 

 

 

(3)

l-entrata li ġejja għall-Ġappun tiddaħħal bejn l-entrata għall-Iżlanda u l-entrata għar-Repubblika tal-Korea:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kondizzjonijiet speċifiċi

Kondizzjonijiet speċifiċi

Status ta' sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-Salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“JP — il-Ġappun

JP-0

Il-pajjiż kollu

EP, E”