21.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/296

tal-20 ta' Frar 2019

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6d(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Greċja, tal-Olanda u tal-Portugall tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 (2) fihom żball fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) fir-rigward tal-kalkolu tal-volum ta' servizzi ta' roaming tad-dejta bl-imnut li l-klijent tar-roaming se jkun jista' jikkonsma waqt li jivvjaġġa perjodikament fl-Unjoni, fil-każ li tiġi applikata politika tal-użu ġust mill-fornitur tar-roaming.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Greċja, tal-Olanda u tal-Portugall tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għalhekk jenħtieġ li jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46).