|
(5)
|
It-Taqsima II hi emendata kif ġej:
|
(a)
|
il-paragrafu 2.008 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.008.
|
Il-ESA 2010 (1.101 sa 1.105) tirreġistra flussi (speċjalment tranżazzjonijiet fi prodotti u tranżazzjonijiet distributtivi) fuq bażi tad-dovuti, fi kliem ieħor, fil-mument meta l-valur ekonomiku, l-ammont dovut jew il-pretensjoni jinħolqu, jiġu trasformati, jiġu kkanċellati jew ma jibqgħux jeżistu, u mhux meta jsir effettivament il-pagament.”;
|
|
|
(b)
|
il-paragrafu 2.010 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.010.
|
Fil-ESA 2010, il-produzzjoni titqies bħala proċess kontinwu li matulu l-oġġetti u s-servizzi jinqalbu f'oġġetti u servizzi oħra. Dan il-proċess jista' jsir tul perjodi differenti, u dan jiddependi fuq il-prodotti, u l-perjodi jistgħu jaqbżu l-perjodu kontabbilistiku. Il-karatterizzazzjoni tal-produzzjoni, flimkien mal-prinċipju tad-dovuti, għalhekk iwasslu għar-reġistrazzjoni tal-output fil-għamla ta' xogħol fl-idejn. Għalhekk, skont il-ESA 2010 (3.54), l-output tal-prodotti agrikoli għandu jiġi rreġistrat daqslikieku ġie prodott kontinwament tul il-perjodu kollu tal-produzzjoni (u mhux sempliċiment meta jinħasdu l-għelejjel jew meta jinqatlu l-annimali). It-tkabbir tal-għelejjel, l-injam mhux maqtugħ u l-istokkijiet tal-ħut jew tal-annimali mrobbija għall-konsum mill-bniedem għandhom jitqiesu bħala xogħol fl-idejn tul il-proċess tal-produzzjoni, u jinbidlu f'inventarji ta' prodotti lesti malli jitlesta l-proċess. L-output jeskludi kwalunkwe bidliet fir-riżorsi bijoloġiċi mhux ikkultivati, pereżempju t-tkabbir tal-annimali, l-għasafar, il-ħut li jgħixu fis-selvaġġ jew it-tkabbir ta' foresti mhux ikkultivati, iżda jinkludi l-qabdiet tal-annimali, l-għasafar, il-ħut li jgħixu fis-selvaġġ.”;
|
|
|
(c)
|
il-paragrafu 2.011 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.011.
|
Ir-reġistrazzjoni tal-output bħala xogħol fl-idejn hu mixtieq u meħtieġ għall-analiżi ekonomika meta l-proċess tal-produzzjoni jseħħ tul perjodu li jaqbeż il-perjodu kontabbilistiku. B'hekk tkun tista' tinżamm il-konsistenza bejn ir-reġistrazzjoni tal-kostijiet u r-reġistrazzjoni tal-output biex tinkiseb data sinifikanti fuq il-valur miżjud. L-EAA huma bbażati fuq is-sena kalendarja, u għalhekk ir-reġistrazzjoni ta' xogħol fl-idejn jista' jkun preżunt li japplika biss għal prodotti li l-proċess tal-produzzjoni tagħhom ma tlestiex sal-aħħar tas-sena kalendarja (iżda anki meta l-livell tal-prezz ġenerali jsirlu tibdil malajr ħafna tul il-perjodu kontabbilistiku).”;
|
|
|
(d)
|
fil-paragrafu 2.014, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Matul il-proċess tal-produzzjoni, il-valur li jrid jiġi rreġistrat kull sena bħala output ta' xogħol fl-idejn jista' jinkiseb bid-distribuzzjoni tal-valur mistenni tal-prodott lest fi proporzjon għall-kostijiet imġarrba f'kull perjodu (2008 SNA, 6. 112).”;
|
|
(e)
|
fil-paragrafu 2.017, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Meta jkun possibli li ssir distinzjoni bejn l-annimali żgħar fl-età skont l-użu futur tagħhom, jenħtieġ li l-annimali maħsuba biex jintużaw bħala fattur tal-produzzjoni jiġu rreġistrati bħala GFCF minnufih fit-twelid (GFCF proprji, li jiġi rreġistrat meta jiġi prodott), jiġifieri dawn jitqiesu bħala xogħol fl-idejn u t-tkabbir tagħhom jiġi rreġistrat bħala output, cf. ESA 2010, 3.134).”;
|
|
(f)
|
fl-intestatura tal-parti B “(cf. ESA 95, 3.07 sa 3.58)” tiġi sostitwita bi
“(cf ESA 2010, 3.07 sa 3.54)”;
|
|
(g)
|
il-paragrafu 2.032 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.032.
|
L-output hu t-total tal-prodotti maħluqa tul il-perjodu kontabbilistiku (ESA 2010, 3.14). Hu importanti li tinżamm id-distinzjoni bejn it-terminu “output” u t-terminu “produzzjoni”; filwaqt li l-output jirrappreżenta l-oġġetti u s-servizzi riżultanti, il-produzzjoni tirrappreżenta l-proċess.”;
|
|
|
(h)
|
fil-paragrafu 2.033, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Għalhekk dawn ma jiġux irreġistrati bħala parti mill-output jew bħala konsum intermedju ta' dik il-KAU lokali.”;
|
|
(i)
|
fil-paragrafu 2.036, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Għalkemm mhix proposta tal-ESA 2010, ir-regola adottata fl-EAA prevista mill-SNA minħabba n-natura speċjali tal-agrikoltura, u mill-manwal metodoloġiku tal-FAO (1).”;
|
|
(j)
|
il-paragrafu 2.041 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.041.
|
Skont il-ESA 2010, hemm tliet tipi ta' telf li jistgħu jġarrbu l-produtturi: telf rikurrenti fl-inventarji (ESA 2010, 3.147), telf eċċezzjonali fl-inventarji (ESA 2010, 6.13.e) u telf katastrofiku (ESA 2010, 6.08 u 6.09).”;
|
|
|
(k)
|
il-paragrafu 2.059 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.059.
|
Taħt l-intestatura tal-ipproċessar mill-produtturi jiġu rreġistrati l-kwantitajiet prodotti għal aktar ipproċessar mill-produtturi agrikoli (eż. il-ħalib ipproċessat biex isir il-butir jew il-ġobon, it-tuffieħ ipproċessat biex isir il-most tat-tuffieħ jew is-sidru) iżda biss fil-qafas tal-attivitajiet tal-ipproċessar li huma separabbli mill-attività agrikola ewlenija (abbażi tad-dokumenti kontabbilistiċi, cf. 1.26). Jenħtieġ li jiġu rreġistrati biss il-prodotti mhux ipproċessati (eż. il-ħalib u t-tuffieħ mhux ipproċessati), u mhux il-prodotti ipproċessati minnhom (eż. il-butir, il-most tat-tuffieħ jew is-sidru). Fi kliem ieħor, ix-xogħol inkorporat fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli ma jiġix ikkunsidrat taħt din l-intestatura.”;
|
|
|
(l)
|
fil-paragrafu 2.065, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Jenħtieġ ikun innutat li l-bejgħ tal-annimali klassifikati bħala assi fissi, li jittieħdu mill-merħla produttiva (esportazzjonijiet jew qatliet) ma jiġix irreġistrat bħala bejgħ.”;
|
|
(m)
|
il-paragrafu 2.077 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.077.
|
Il-kunċett ta' “output totali” biex jitkejjel l-output tal-attività agrikola jinkludi l-kummerċ f'oġġetti u servizzi agrikoli bejn l-unitajiet agrikoli kif ukoll bħala konsum intern bejn l-unitajiet ta' prodotti tal-għalf tal-bhejjem (li jistgħu jiġu kummerċjalizzati jew le).”;
|
|
|
(n)
|
jiddaħħal il-paragrafu ġdid 2.080.1:
|
“2.080.1.
|
Skont il-ESA 2010, 3.82 Riċerka u żvilupp (R&D) huma xogħol kreattiv imwettaq fuq bażi sistematika biex tiżdied id-damma tal-għarfien, u l-użu ta' din id-damma tal-għarfien sabiex jiġu skoperti jew żviluppati prodotti ġodda, inkluż verżjonijiet imtejba jew l-iżvilupp ta' prodotti ġodda, inkluż verżjonijiet jew kwalitajiet imtejba ta' prodotti eżistenti, jew jiġu skoperti jew żviluppati proċessi ġodda jew aktar effiċjenti tal-produzzjoni. L-R&D ta' daqs sinifikanti relattivi għall-attività ewlenija jiġu rreġistrati bħala attività sekondarja ta' KAU lokali. Meta possibbli għandha tiġi distinta KAU lokali separata għall-R&D, li ma tkunx allokata għall-industrija agrikola. Għall-unitajiet li għandhom attivitajiet tal-R&D, jekk ma jkunux jistgħu jiġu allokati lil KAU lokali separata u jekk ma tkunx tista' tiġi stmata n-nefqa tal-R&D fuq l-attivitajiet agrikoli, dawn l-istimi jenħtieġ jiġu rreġistrati bħala output agrikolu bħala “attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli oħrajn” (produzzjoni tagħhom stess) u bħala GFCF.”;
|
|
|
(o)
|
il-paragrafu 2.081 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.081.
|
Skont id-definizzjoni tal-output tal-industrija agrikola (cf. 1.16), l-output tal-industrija agrikola jikkonsisti mis-somma tal-output tal-prodotti agrikoli (cf. 2.076 sa 2.077) u tal-oġġetti u s-servizzi prodotti f'attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli (cf. 2.078 sa 2.080.1).”;
|
|
|
(p)
|
il-paragrafu 2.082 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.082.
|
L-output għandu jiġi vvalwat skont il-prezz bażiku. Il-prezz bażiku hu l-prezz riċevibbli mill-produtturi mingħand ix-xerrej għal unità ta' oġġett jew servizz prodotti bħala output minus kwalunkwe taxxa (jiġifieri taxxi fuq prodotti) pagabbli fuq dik l-unità minħabba l-produzzjoni jew il-bejgħ tagħha plus kwalunkwe sussidju (jiġifieri sussidji fuq prodotti) riċevibbli fuq dik l-unità minħabba l-produzzjoni jew il-bejgħ tagħha. Il-prezz bażiku jeskludi kwalunkwe tariffi għat-trasport iffatturati separatament mill-produttur. Dan jeskludi wkoll il-qligħ u t-telf nominali fuq assi finanzjarji u mhux finanzjarji (cf. ESA 2010, 3.44).”;
|
|
|
(q)
|
fil-paragrafu 2.085, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Il-prezz miksub mill-produttur jikkorrispondi għall-prezz tal-produttur (mingħajr ma jinkludi l-VAT iffatturata) kif definit fl-SNA 2008, 6.51 sa 6.54 (jiġifieri l-prezz ex-farm).”;
|
|
(r)
|
fl-intestatura tal-parti C “(cf. ESA 95, 3.69 sa 3.73)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“(cf. ESA 2010, 3.88 sa 3.92)”;
|
|
(s)
|
il-paragrafu 2.089 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.089.
|
Il-konsum intermedju jirrappreżenta l-valur tal-oġġetti u s-servizzi kollha użati bħala inputs fil-proċess tal-produzzjoni, għajr l-assi fissi li l-konsum tagħhom jiġi rreġistrat bħala konsum tal-kapital fiss. L-oġġetti u s-servizzi kkonċernati jiġu trasformati jew inkella jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni (cf. ESA 2010, 3.88). Fi klassifikazzjoni dettaljata skont kategoriji differenti ta' oġġetti, il-konsum intermedju juri l-irbit tal-agrikoltura ma' fergħat oħra tal-ekonomija li jiġri kawża tal-inputs. Il-konsum intermedju jintuża wkoll fil-kalkolu tal-intensitajiet tal-fatturi (jiġifieri l-proporzjon ta' żewġ fatturi tal-produzzjoni, pereżempju tal-konsum intermedju u tal-input lavorattiv).”;
|
|
|
(t)
|
il-paragrafu 2.090 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.090.
|
Il-konsum intermedju jeskludi l-assi fissi akkwistati ġodda jew eżistenti li ġew prodotti fl-ekonomija jew li ġew importati: dawn jiġu rreġistrati bħala GFCF (cf. 2.109(c) sa (f)). Dan jikkonċerna entrati li huma assi fissi mhux agrikoli, bħall-binjiet jew strutturi oħra, magni u tagħmir, kif ukoll assi fissi agrikoli bħal pjantaġġuni u l-annimali produttivi. Anki l-akkwiżizzjoni ta' assi mhux prodotti, bħall-art, hija eskluża bl-istess mod mill-konsum intermedju. L-għodod li mhumiex għaljin u li jintużaw għal operazzjonijiet komuni, bħal srieraq, imrietel, tornaviti, spaners, renċi u għodod oħra tal-idejn, apparati żgħar bħal kalkulaturi tal-but jiġu rreġistrati bħala konsum intermedju.”;
|
|
|
(u)
|
il-paragrafu 2.094 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.094.
|
Il-kummerċ tal-bhejjem, li hu simili għall-istokk ta' xogħol fl-idejn (bħal qżieqeż u bajd għat-tfaqqis) u li jsir bejn unitajiet agrikoli, u l-importazzjonijiet tal-bhejjem, ma jiġux irreġistrati bħala konsum intermedju (jew bħala kwalunkwe tip ta' output) (cf. 2.066 sa 2.070).”;
|
|
|
(v)
|
il-paragrafu 2.107.1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.107.1.
|
Skont il-konvenzjoni tal-ESA 2010, jenħtieġ li l-valur tas-servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja miżurata indirettament (FISIM) użati mill-industrija tal-agrikoltura jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju tal-industrija tal-agrikoltura (cf. ESA 2010, il-Kapitolu 14).”;
|
|
|
(w)
|
il-paragrafu 2.108 jiġi emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
renti mħallsa, direttament jew inkella bħala komponent ta' ftehim ta' kiri, għall-użu ta' binjiet mhux residenzjali u assi kapitali oħra (kemm tanġibbli jew intanġibbli) bħall-kiri ta' magni u tagħmir mingħajr il-persunal operatorju (cf. 1.23) jew softwer tal-kompjuter. Madankollu, jekk ma tkun tista' ssir l-ebda distinzjoni bejn il-kiri ta' binjiet mhux residenzali minn KAU lokali agrikola u l-kiri tal-art, għandu jiġi rreġistrat kollox bħala kiri ta' art fil-kont tal-introjtu tal-impriża (cf. 3.082);”;
|
|
|
(ii)
|
il-punt (d) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(d)
|
xiri ta' servizi ta' riċerka tas-suq u reklamar, nefqa fuq taħriġ tal-persunal u servizzi simili;”;
|
|
|
(iii)
|
il-punt (o) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(o)
|
pagamenti lil korpi pubbliċi sabiex jinkisbu liċenzi jew permessi biex isiru attivitajiet kummerċjali jew professjonali, jekk il-permessi jkunu soġġetti għal skrutinju dettaljat għal finijiet regolatorji (sakemm l-imposti ma jkunux sproporzjonati għall-benefiċċji tas-servizzi kkonċernati, cf. 3.048(e), u ESA 2010, 4.80(d));”;
|
|
|
(iv)
|
il-punt (p) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(p)
|
xiri ta' għodod żgħar li ma jiswewx ħafna, ilbies għax-xogħol, spare parts u tagħmir durabbli użat biex iwettaq operazzjonijiet relattivament sempliċi (ESA 2010 3.89(f)(1) u SNA 2008, 6.225);”;
|
|
|
(v)
|
il-punt (q) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(q)
|
miżati għal kuntratti, lokazzjonijiet u liċenzji ta' terminu qasir irreġistrati bħala assi mhux prodotti; dan jeskludi x-xiri dirett ta' dawn l-assi mhux prodotti.”;
|
|
|
|
(x)
|
il-paragrafu 2.109 jiġi emendat kif ġej:
|
(i)
|
fil-punt (b), l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Minkejja dan, l-impjegaturi huma kkunsidrati li jeħtieġu dan it-tip ta' servizz biex jattiraw u jżommu l-impjegati tagħhom (li normalment xorta jkollhom iħallsu għalihom) u mhux minħabba l-ħtiġijiet tal-proċess tal-produzzjoni nnifsu (cf. SNA 2008, 7.51);”;
|
|
(ii)
|
fil-punt (f), l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
“(f)
|
xiri ta' servizzi relatati mal-akkwiżizzjoni ta' sjieda ta' art, binjiet u oġġetti oħra eżistenti tal-kapital fiss, bħal miżati għall-intermedjarji, avukati, esperti tal-perizja, inġiniera, eċċ. kif ukoll miżati għal entrati fir-reġistru tal-artijiet (cf. ESA 2010, 3.133).”;
|
|
|
|
(y)
|
fil-paragrafu 2.111, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Il-prezz tax-xerrej jinkludi wkoll kwalunkwe tariffi tat-trasport imħallsa separatament mix-xerrej għal twassil fil-ħin u fil-post meħtieġa; wara li jitnaqqsu kwalunkwe skontijiet għal xiri bl-ingrossa jew off-peak mill-prezzijiet standard jew mit-tariffi; għajr l-imgħax jew tariffi ta' servizz magħduda taħt arranġamenti ta' kreditu; għajr kwalunkwe tariffi oħra mġarrba minħabba nuqqas ta' ħlas matul il-perjodu stipulat meta jkun sar ix-xiri (ESA 2010, 3.06).”;
|
|
(aa)
|
fl-intestatura tat-Taqsima D “(cf. ESA 95 3.100 sa 3.116)” tiġi sostitwita bi
“(cf. ESA 2010 3.122 sa 3.157)”;
|
|
(bb)
|
il-paragrafu 2.115 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.115.
|
Il-formazzjoni tal-kapital gross tikkonsisti minn:
|
—
|
bidliet fl-inventorji (P.52),
|
|
—
|
akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' oġġetti ta' valur (P.53).”;
|
|
|
|
(cc)
|
il-paragrafu 2.117 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.117.
|
Il-formazzjoni tal-kapital gross jitkejjel bil-konsum tal-kapital fiss inkluż (P.51c).
Il-formazzjoni tal-kapital nett (P.51n) tinkiseb bi tnaqqis tal-konsum tal-kapital fiss mill-formazzjoni tal-kapital gross. Il-konsum tal-kapital fiss hi l-valur tad-deprezzament tal-oġġetti ta' kapital fiss minħabba l-użu u d-deterjorament normali tul il-proċess tal-produzzjoni (cf. 3.099).”;
|
|
|
(dd)
|
fit-Taqsima D, is-subintestatura “1. GFCF” tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“1.
Formazzjoni tal-kapital fiss gross (GFCF)”;
|
|
(ee)
|
il-paragrafu 2.118 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.118.
|
Il-GFCF tikkonsisti minn akkwiżizzjonijiet tal-produtturi residenti, minus ċessjonijiet, ta' assi fissi matul il-perjodu partikolari, u plus ċertu żidiet fil-valur tal-assi mhux prodotti li joħorġu mill-attività produttiva tal-produttur jew tal-unitajiet istituzzjonali (ESA 2010 3.125 sa 3.129). L-assi fissi huma assi prodotti li jintużaw fil-produzzjoni għal aktar minn sena (cf. ESA 2010, 3.124 u l-Anness 7.1).”;
|
|
|
(ff)
|
il-paragrafu 2.122 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.122.
|
Id-determinazzjoni tal-GFCF ta' setturi jew fergħat tal-ekonomija hi bbażata fuq il-kriterju tas-sjieda (akkwiżizzjoni, ċessjoni) u mhux fuq dak tal-użu tal-oġġetti. Jenħtieġ ikun innotat li l-assi fissi miksuba minn lokazzjoni finanzjarja (iżda mhux dak li sempliċiment qed jinkrew) jitqiesu bħala assi tal-lokatarju, jekk il-lokatarju jkun il-produttur) u mhux ta' lokatur, li jżomm assi finanzjarja ekwivalenti għal pretensjoni nozzjonali (cf. 2.109(d) u l-Kapitolu 15 tal-ESA 2010 dwar id-distinzjoni bejn il-forom differenti ta' kiri ta' oġġetti durabbli) (1).”;
|
|
|
(gg)
|
fil-paragrafu 2.123, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“L-applikazzjoni tal-kriterju tas-sjieda tiddependi fuq is-sistema statistika li skontha tiġi kkalkulata l-GFCF.”;
|
|
(hh)
|
il-paragrafu 2.124 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.124.
|
L-akkwiżizzjoni ta' assi fissi tikkonsisti minn assi fissi ġodda jew eżistenti li nkisbu (mixtrija, akkwistati bi tpartit, irċevuta bħala trasferiment kapitali in natura, jew akkwistati bħala lokazzjoni finanzjarja), assi fissi prodotti u miżmuma għall-użu tal-produttur stess, titjib maġġuri f'assi fissi u f'assi tanġibbli mhux prodotti, tkabbir naturali f'assi agrikoli (bhejjem u pjantaġġuni) u kostijiet assoċjati mat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti (cf. ESA 2010, 3.125(a)).”;
|
|
|
(ii)
|
jitħassar il-paragrafu 2.125.
|
|
(jj)
|
fil-paragrafu 2.126, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Ix-xiri jew il-produzzjoni għall-użu proprju ta' sett ta' oġġetti durabbli meħtieġa għal installazzjoni inizjali jikkostitwixxu formazzjoni tal-kapital fiss.”;
|
|
(kk)
|
il-paragrafu 2.129 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.129.
|
L-SNA 2008 tispeċifika li t-titjib fl-assi fissi jenħtieġ jiġi stabbilit skont id-daqs tal-bidliet fil-karatteristiċi tal-assi fissi — jiġifieri skont il-bidliet maġġuri fil-qies, l-għamla, il-prestazzjoni, il-kapacità jew it-tul antiċipat tas-servizz – jew skont il-fatt li t-titjib mhuwiex tat-tipi tal-bidliet osservati li jseħħu b'rutina f'assi fissi oħra tal-istess tip, bħala parti minn programmi ordinarji tal-manutenzjoni u tat-tiswija (cf. SNA 2008, 10.43 u 10.46).”;
|
|
|
(ll)
|
il-paragrafu 2.130 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.130.
|
Iċ-ċessjonijiet ta' assi fissi jikkonsistu mill-bejgħ, it-twaqqigħ, l-iskreppjar jew il-qerda ta' assi fissi minn sidhom, jew iċ-ċediment tagħhom f'idejn ħaddieħor bi tpartit jew bħala trasferiment kapitali in natura (cf. ESA 2010, 3.125(b) u 3.126). Jenħtieġ li dawn iċ-ċessjonijiet normalment iwasslu għal bidla fis-sjieda u jkollhom skop ekonomiku dirett (għalhekk l-assi fissi li jitwaqqgħu, jiġu skreppjati jew jinqerdu minn sidhom biex ma jintużawx aktar ekonomikament, ma jiġux inklużi f'dawn iċ-ċessjonijiet) (cf. SNA 2008, 10.38). Madankollu, ċertu ċessjonijiet jistgħu jinżammu fl-istess unità istituzzjonali, bħal fil-każ tal-annimali maqtula minn bidwi u għall-komsum proprju.”;
|
|
|
(mm)
|
fil-paragrafu 2.134, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Kif definit fil-karti bilanċjali (cf. ESA 2010, 7.12 u 7.13), il-bidla fil-valur ta' assi bejn l-aħħar u l-bidu ta' perjodu kontabbilistiku tista' tiġi deskritta kif ġej:”;
|
|
(nn)
|
fil-paragrafu 2.136, l-aħħar inċiż jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“—
|
il-bidliet fil-klassifikazzjoni jew fl-istruttura tal-assi fissi: eż. bidliet fil-għan ekonomiku tal-art agrikola, bhejjem tal-ħlib maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam (cf. 2.149. in-nota 2 ta' qiegħ il-paġna) jew binjiet agrikoli mibdula għal użu privat jew użu ekonomiku ieħor.”;
|
|
|
(oo)
|
il-paragrafu 2.138 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.138.
|
Il-ESA 2010 tiddistingwi bejn diversi elementi li jenħtieġ jiġu rreġistrati bħala GFCF (cf. ESA 2010, 3.127):
|
—
|
binjiet u strutturi oħra, inkluż titjib maġġuri tal-art,
|
|
—
|
makkinarju u tagħmir, bħal vapuri, karozzi u kompjuters,
|
|
—
|
riżorsi bijoloġiċi kkultivati, eż. siġar u bhejjem,
|
|
—
|
il-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti, bħal art, kuntratti, lokazzjonijiet u liċenzji,
|
|
—
|
R&D, inkluż il-produzzjoni ta' R&D disponibbli liberament,
|
|
—
|
l-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni tal-minerali,
|
|
—
|
softwer tal-kompjuter u bażijiet tad-data,
|
|
—
|
divertiment u oriġinali letterarji jew artistiċi,
|
|
—
|
drittijiet oħra tal-proprjetà intellettwali.”;
|
|
|
|
(pp)
|
il-paragrafu 2.139 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.139.
|
Għall-EAA, issir distinzjoni bejn dawn il-ħames tipi ta' elementi tal-GFCF:
|
—
|
pjantaġġuni li jrendu prodotti ripetutament,
|
|
—
|
bhejjem bħala assi fissi,
|
|
—
|
assi fissi li mhumiex assi agrikoli:
|
—
|
magni u oġġetti kapitali oħra,
|
|
—
|
binjiet tal-farms (mhux residenzjali),
|
|
—
|
strutturi oħra għajr titjib tal-art (binjiet u strutturi oħra, eċċ.),
|
|
—
|
oħrajn (softwer tal-kompjuter, eċċ.),
|
|
|
—
|
kostijiet assoċjati mat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti, bħal art u drittijiet tal-produzzjoni,
|
|
—
|
R&D, li jkopru r-riċerka u l-iżvilupp minn unitajiet speċjalizzati u r-riċerka u l-iżvilupp għal produzzjoni proprja.”;
|
|
|
|
(qq)
|
il-punt (j) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(j)
|
Pjantaġġuni li jrendu prodotti ripetutament”;
|
|
|
(rr)
|
il-paragrafu 2.141 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.141.
|
Skont il-ESA 2010 (3.125) il-GFCF fi pjantaġġuni tikkorrispondi għall-valur tal-akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' assi naturali li jrendu prodotti ripetuti (bħas-siġar tal-frott) li laħqu l-maturità, plus it-tkabbir naturali ta' dawn l-assi naturali sakemm jilħqu l-maturità (jiġifieri jiġġeneraw prodott), matul il-perjodu kontabbilistiku kkonċernat.”;
|
|
|
(ss)
|
il-paragrafu 2.144 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.144.
|
Iċ-ċessjonijiet ta' pjantaġġuni (irreġistrati bħala GFCF negattiva) jistgħu jieħdu żewġ forom: jistgħu jkunu bejgħ ta' pjantaġġuni mhux maħsuda lil unitajiet (agrikoli) oħra, f'liema każ il-kostijiet assoċjati mat-trasferiment tas-sjieda biss jiddaħħlu fil-EAA. Il-possibbiltà l-oħra hi għal pjantaġġuni maħsuda. Iżda f'dan il-każ, skont id-definizzjoni ġenerali ta' ċessjonijiet, il-pjantaġġuni maħsuda għandu jkollhom użu ekonomiku dirett; fi kliem ieħor, triq tiddaħħal kontroentrata fil-forma ta' użu ta' oġġetti u servizzi (bħal bejgħ lil impriża li tispeċjalizza fil-bejgħ tal-injam (1)). F'dan it-tieni każ, jenħtieġ li ċ-ċessjonijiet ta' pjantaġġuni li jridu jiġu rreġistrati bħala GFCF ikunu jirrappreżentaw ammont modest.”;
|
|
|
(tt)
|
il-paragrafu 2.148 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.148.
|
Ix-xogħol fuq assi ta' għelejjel ikkultivati, jiġifieri pjantaġġuni, tiġi rreġistrata bħala bejgħ, minn impriżi li jispeċjalizzaw f'dan it-tip ta' xogħol kuntrattwali agrikolu (bil-preparazzjoni tal-ħamrija, il-forniment ta' magni, pjanti, ħaddiema, eċċ.), jew bħala output ta' oġġetti tal-kapital fiss prodotti għall-użu proprju (cf. 1.75).”;
|
|
|
(uu)
|
il-paragrafu 2.151 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.151.
|
Il-kejl tal-GFCF tal-bhejjem jikkostitwixxi biss minn element wieħed tal-bidliet fil-valur tal-assi. Fil-fatt, il-GFCF tal-bhejjem tista' titkejjel biss mill-bidliet fl-għadd ta' bhejjem ivvalutat bil-prezz medju għas-sena kalendarja għal kull kategorija ta' bhejjem (il-metodu kwantitattiv), jekk jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
—
|
ebda qligħ jew telf nominali tal-azjendi (jiġifieri tendenza regolari fil-prezzijiet u fl-għadd tal-popolazzjoni tal-bhejjem),
|
|
—
|
l-ebda bidliet oħra fil-volum (jiġifieri l-ebda telf minħabba diżastri naturali u l-ebda bidla fil-klassifikazzjoni, eċċ.),
|
Metodu ieħor għall-kalkolu (il-metodu dirett) jikkonsisti fil-kejl tal-flussi tal-entrati u l-prelevamenti minn kull kategorija tal-bhejjem, bil-prezzijiet korrispondenti: minbarra l-akkwiżizzjonijiet u ċ-ċessjonijiet, dan il-metodu jrid iqis l-entrati ġodda (partikolarment it-twelidijiet) u l-prelevamenti mill-azjendi.”;
|
|
|
(vv)
|
fil-paragrafu 2.152, tiżdied din is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu:
“Din hi devjazzjoni mill-ESA 2010.”;
|
|
(ww)
|
il-paragrafu 2.153 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.153.
|
Fil-SNA, teoretikament, il-konsum tal-kapital fiss jenħtieġ jiġi kkalkulat għall-bhejjem (*4). Fil-fatt, il-konsum tal-kapital fiss għall-bhejjem jikkorrispondi għall-kejl tat-tnaqqis antiċipat fil-produttivita tal-bhejjem meta jintuża għal skopijiet ta' produzzjoni, tnaqqis li mbagħad jiġi rifless fil-valur aġġornat tal-introjtu futur minn dawn l-istess bhejjem. Madankollu, minħabba d-diffukultajiet prattiċi fl-evalwazzjoni tal-konsum tal-kapital fiss (id-definizzjoni tal-parametri tal-kalkolu huma kumplessi ħafna, cf. 3.105 u 3.106), jenħtieġ li l-ebda konsum tal-kapital fiss ma jiġi kkalkulat għall-bhejjem produttivi.”
|
(*4) Skont l-SNA 2008 (10.94), b'differenza mill-ESA 2010 (3.140), il-konsum tal-kapital fiss jenħtieġ jiġi kkalkulat għall-bhejjem.”;"
|
|
(xx)
|
il-punt (l) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(l)
|
Assi fissi li mhumiex assi agrikoli”;
|
|
|
(yy)
|
il-paragrafu 2.162 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.162.
|
L-assi fissi li mhumiex assi agrikoli (pjantaġġuni u bhejjem) jikkonsistu minn dawn l-elementi li ġejjin:
|
—
|
magni u oġġetti kapitali oħra,
|
|
—
|
binjiet tal-farms (mhux residenzali),
|
|
—
|
oħrajn (binjiiet u strutturi oħra, softwer tal-kompjuter, eċċ.),”;
|
|
|
|
(zz)
|
il-punt (m) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(m)
|
Titjib maġġuri fl-art”;
|
|
|
(aaa)
|
il-paragrafu 2.166 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.166.
|
It-titjib maġġuri fl-assi tanġibbli mhux prodotti jikkorrispondi l-aktar għal titjib fl-art (kwalità aħjar tal-art u rendiment aħjar b'irrigazzjoni, drenaġġ u miżuri għall-prevenzjoni tal-għargħar, eċċ.) u jenħtieġ jiġi trattat bħal kwalunkwe GFCF oħra (ESA 2010, 3.128).”;
|
|
|
(bbb)
|
fil-paragrafu 2.167, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Dan jikkonċerna b'mod partikolari n-nefqagħax-xogħlijiet infrastrutturali bħat-tindif, il-livellar, id-drenaġġ, l-irrigazzjoni u l-konsolidazzjoni (cf. ESA 2010, 3.128 u SNA 2008, 10.79 sa 10.81).”;
|
|
(ccc)
|
jiddaħħal il-paragrafu 2.168.1 li ġej:
“(o) Riċerka u żvilupp
|
2.168.1
|
Ir-riċerka u l-iżvilupp jikkonsistu mill-valur tan-nefqa għal xogħol kreattiv li jsir fuq bażi sistematika biex tiżdied id-damma tal-għarfien, u l-użu ta' din id-damma tal-għarfien biex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda. Sakemm il-valur ma jkunx jista' jiġi stmat b'mod raġonevoli, konvenzjonalment dan jiġi valwat bħala s-somma tal-kostijiet, inkluż dawk għar-riċerka u l-iżvilupp mingħajr suċċess (cf. ESA 2010, l-Anness 7.1).”;
|
|
|
(ddd)
|
il-paragrafu 2.169 jiġi emendat kif ġej:
|
(i)
|
il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(a)
|
għodod zgħar, ilbies tax-xogħol, spare parts u tagħmir, anke jekk dawn l-oġġetti għandhom ħajja normali tal-użu ta' aktar minn sena; għax jiġġeddu regolarment, u għal konformità mal-prattiki kontabbilistiċi kummerċjali, dan ix-xiri tal-oġġetti jitqies bħala konsum intermedju (cf. 2.105 u 2.106);”;
|
|
|
(ii)
|
il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“(c)
|
servizzi ta' reklamar, riċerka tas-suq, eċċ. Ix-xiri ta' dawn is-servizzi jiġi inkluż fil-konsum intermedju (cf. 2.108(d));”;
|
|
|
|
(eee)
|
fil-paragrafu 2.176, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Inkella, il-valur tal-entrati ta' xogħol fl-idejn jista' jiġi stmat bil-valur tal-kost tal-produzzjoni b'markup għas-surplus operatorju mistenni jew għall-introjtu imħallat (stmat) (cf. ESA 2010, 3.47 u 3.48).”;
|
|
(fff)
|
fil-paragrafu 2.178, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“Din il-problema li hija speċifika għall-agrikoltura hi rikonoxxuta mill-ESA 2010 (cf. 3.153(c)).”;
|
|
(ggg)
|
il-paragrafu 2.186 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.186.
|
Metodu ieħor għall-evalwazzjoni tal-istokk tal-prodotti staġunali hu dak li jeżamina x-xejra fil-prezzijiet tal-oġġetti stokkjati. Il-prezz ta' oġġett jista' jinbidel waqt il-ħażna għal mill-anqas tliet raġunijiet (SNA 2008, 6.143):
|
—
|
il-proċess tal-produzzjoni hu twil biżżejjed tant li l-fatturi tal-iskontar jenħtieġ jiġu applikati għall-ħidma mwettqa ferm qabel il-konsenja,
|
|
—
|
il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jaf jitjiebu jew jeħżienu maż-żmien,
|
|
—
|
jista' jkun hemm fatturi staġunali li jinfluwenzaw il-provvista u d-domanda tiegħu, u għalhekk iwasslu għal bidliet regolari u prevedibbli fil-prezz tiegħu tul is-sena, anki jekk il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jaf ma jinbidlux,”;
|
|
|
|
(hhh)
|
il-paragrafu 2.187 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.187.
|
Id-differenza bejn il-prezz li bih il-prodotti jitqiegħdu fl-istokk u l-prezz li bih jiġu rtirati mill-istokk, jenħtieġ tirrifletti l-valur tal-output addizzjonali prodott waqt il-ħażna (SNA 2008, 6.143), għax il-prodotti rtirati mill-ħażna għal diversi xhur wara l-ħsad huma differenti, mil-lat ekonomiku, minn dawk li jkunu nħażnu. Jenħtieġ li din it-tip ta' żieda fil-valur tal-prodotti ma tingħaddx bħala qligħ nominali tal-azjenda agrikola.”.
|
|
|