|
13.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 42/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/250
tat-12 ta' Frar 2019
dwar il-mudelli għad-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati “KE” għall-kostitwenti u s-subsistemi ta' interoperabbiltà ferrovjarja, dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja u dwar il-proċeduri ta' verifika “KE” għas-subsistemi f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 15(9) u l-Artikolu 24(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, l-applikanti, il-korpi notifikati u l-korpi maħtura jenħtieġ li jużaw mudelli armonizzati għal dokumenti li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi jew awtorizzazzjoni tal-vetturi għall-introduzzjoni fis-suq sabiex tiġi ssimplifikata l-valutazzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dawk l-applikazzjonijiet u sabiex is-superviżjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni tiġi ffaċilitata mill-awtoritajiet nazzjonali għas-sikurezza. |
|
(2) |
Hemm bżonn li l-istabbiliment tad-dikjarazzjonijiet “KE” previsti fid-Direttiva (UE) 2016/797 jiġi ffaċilitat. B'mod partikolari, hemm bżonn li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment tad-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu ta' kostitwenti ta' interoperabbiltà, tad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi, tad-dikjarazzjoni intermedja ta' verifika tas-subsistemi, u tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura. |
|
(3) |
Hemm bżonn ukoll li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment tal-fajl tekniku li jrid jakkumpanja d-dikjarazzjonijiet “KE” billi jiġu stabbiliti mudelli għaċ-ċertifikat “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu ta' kostitwent ta' interoperabbiltà, ċertifikat “KE” ta' verifika ta' subsistema mogħti minn korp notifikat u ċertifikat mogħti minn korp nominat. |
|
(4) |
Dikjarazzjoni “KE” ta' konformità u dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu u d-dokumenti li jakkumpanjawhom jenħtieġ li jipprovdu evidenza li l-kostitwenti ta' interoperabbiltà kienu ġew soġġetti għall-proċeduri stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“TSI”) korrispondenti għall-valutazzjoni ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu, u jenħtieġ li jindikaw ir-referenzi ta' dawk it-TSIs u ta' atti rilevanti oħra tal-Unjoni. |
|
(5) |
Dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu ta' kostitwenti ta' interoperabbiltà li jinħarġu fuq il-bażi ta' esperjenza ta' waqt is-servizz jenħtieġ li titqies bħala dikjarazzjoni supplimentari għad-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità ta' kostitwent ta' interoperabbiltà. |
|
(6) |
In-natura tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta jenħtieġ li tippermetti li jintuża mudell wieħed biex jiġu akkomodati kemm id-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità tal-kostitwent ta' interoperabbiltà, kif ukoll id-dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu tal-kostitwent ta' interoperabbiltà. |
|
(7) |
Id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi u d-dokumenti ta' akkumpanjament tagħha jenħtieġ li jipprovdu evidenza dwar it-tlestija tal-proċeduri rilevanti għall-verifika skont id-dritt tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali rilevanti applikabbli, u jenħtieġ li jindikaw ir-referenzi tad-Direttivi u tat-TSIs, kif ukoll ta' atti rilevanti oħra tal-Unjoni u ta' regoli nazzjonali rilevanti. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li subsistema tkompli tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali, matul iż-żmien id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika jenħtieġ li tirrifletti kwalunkwe tibdil li jaffettwaha, u l-applikant jenħtieġ li jkollu fis-seħħ proċeduri biex id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tiġi aġġornata fuq bażi kontinwa. |
|
(9) |
Il-proċedura “KE” ta' verifika għal subsistema modifikata jenħtieġ li tkun konformi mal-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u mad-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistemi u l-vetturi eżistenti li huma stabbiliti fit-TSIs. Jista' jkun li s-subsistemi eżistenti jkunu tqiegħdu fis-servizz qabel ma l-proċedura “KE” ta' verifika kienet applikabbli għalihom, bir-riżultat li ma jkollhomx dikjarazzjoni “KE” ta' verifika. Il-proċedura “KE” ta' verifika dwar tibdiliet f'dawk is-subsistemi li jkunu tqiegħdu fis-servizz mingħajr dikjarazzjoni “KE” ta' verifika jenħtieġ li tkun limitata għal dawk il-partijiet tas-subsistema li jinbidlu, u għall-interfaċċi tagħhom għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema. Imbagħad, is-subsistema mibdula jenħtieġ li tiġi koperta b'dikjarazzjoni “KE” ta' verifika. |
|
(10) |
Jenħtieġ li jintuża mudell wieħed biex jiġu akkomodati d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika u l-bidliet potenzjali li jistgħu jaffettwaw l-elementi tagħha matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-subsistema. |
|
(11) |
Id-Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika tas-subsistema, l-anness tagħha u d-dokumentazzjoni li takkumpanjaha jenħtieġ li jipprovdu evidenza dwar it-tlestija ta' stadju tal-proċedura ta' verifika rilevanti ta' subsistema, jew ta' parti ta' subsistema, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali rilevanti applikabbli. Jenħtieġ li tindika wkoll ir-referenzi tad-Direttivi, tat-TSIs u ta' atti rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll ta' regoli nazzjonali rilevanti. |
|
(12) |
In-natura tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta tippermetti li jintuża mudell wieħed biex jiġu akkomodati ċertifikat “KE” ta' verifika mogħti minn korp notifikat għal subsistema, ċertifikat “KE” ta' konformità mogħti minn korp notifikat għal kostitwent ta' interoperabbiltà, ċertifikat “KE” ta' idoneità għall-użu mogħti minn korp notifikat għal kostitwent ta' interoperabbiltà, kif ukoll ċertifikat mogħti minn korp maħtur għal subsistema. |
|
(13) |
L-annessi tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura jenħtieġ li jipprovdu evidenza dwar it-tlestija tal-proċeduri rilevanti għall-verifika skont id-dritt tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali rilevanti applikabbli, u jenħtieġ li jindikaw ir-referenzi tad-Direttivi u tat-TSIs, kif ukoll ta' atti rilevanti oħra tal-Unjoni u ta' regoli nazzjonali rilevanti. |
|
(14) |
Fid-19 ta' Diċembru 2017, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi u tal-mudelli msemmija fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 15(9) u l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
|
(15) |
L-Annessi IV u V tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jirrigwardaw il-kontenut ta' dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu u ta' dikjarazzjoni ta' verifika “KE” huma mħassra bid-Direttiva (UE) 2016/797, u għalhekk id-dispożizzjonijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu sostitwiti. |
|
(16) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 (3) jenħtieġ li jitħassar. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
|
(a) |
il-mudell għad-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu ta' kostitwent ta' interoperabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(b) |
id-dettalji tal-proċeduri “KE” ta' verifika tas-subsistemi u l-mudell tad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika kif imsemmi fl-Artikolu 15(9) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(c) |
il-mudell għad-Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika tas-subsistemi kif imsemmi fl-Artikolu 15(9) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(d) |
il-mudell għaċ-ċertfikati ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu ta' kostitwent ta' interoperabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) u l-mudell għaċ-ċertifikati ta' verifika ta' subsistema kif imsemmi fl-Artikolu 15(9) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(e) |
il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“dikjarazzjoni “KE” ta' konformità” tfisser id-dikjarazzjoni stabbilita għal kostitwent ta' interoperabbiltà mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li fiha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jiddikjara, fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-kostitwent ta' interoperabbiltà kkonċernat, li kien ġie soġġett għall-proċeduri ta' verifika rilevanti, huwa konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni; |
|
(b) |
“dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu” tfisser id-dikjarazzjoni li tissupplimenta d-dikjarazzjoni “KE” ta' konformittà tal-kostitwent ta' interoperabbiltà stabbilita għal kostitwent ta' interoperabbiltà mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li fiha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jiddikjara, fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-kostitwent ta' interoperabbiltà kkonċernat, li kien ġie soġġett għall-proċeduri ta' verifika rilevanti, jissodisfa r-rekwiżiti għall-idoneità għall-użu speċifikati fit-TSI rilevanti; |
|
(c) |
“dikjarazzjoni “KE” ta' verifika” tfisser id-dikjarazzjoni stabbilita għal subsistema mill-applikant li fiha l-applikant jiddikjara, fuq responsabbiltà unika tiegħu, li s-subsistema kkonċernata, li kienet ġiet soġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti, tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt rilevanti tal-Unjoni u kull regola nazzjonali rilevanti; |
|
(d) |
“Subsistema mqiegħda fis-servizz mingħajr dikjarazzjoni “KE” ta' verifika” tfisser subsistema, fissa jew mobbli, li tkun tqiegħdet fis-servizz qabel kienet applikabbli għaliha l-proċedura ta' verifika “KE” skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (4), Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew 2008/57/KE, u li għalhekk tkun mingħajr dikjarazzjoni “KE” ta' verifika. |
|
(e) |
“Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika” tfisser id-dokument stabbilit jew mill-korp notifikat li jkun intgħażel mill-applikant, fil-każ ta' rekwiżiti tat-TSIs, jew inkella minn korp maħtur, fil-każ ta' rekwiżiti li jirriżultaw minn regoli nazzjonali, li jirreġistra r-riżultati ta' stadju tal-proċedura ta' verifika; |
|
(f) |
“ċertifikat “KE” ta' konformità” tfisser iċ-ċertifikat mogħti għal kostitwent ta' interoperabbiltà mill-korp notifikat tal-konformità ta' kostitwent ta' interoperabbiltà, meqjus waħdu, bi speċifikazzjonijiet tekniċi tal-Unjoni li jridu jiġu ssodisfati; |
|
(g) |
“ċertifikat “KE” ta' idoneità għall-użu” tfisser iċ-ċertifikat mogħti għal kostitwent ta' interoperabbiltà mill-korp notifikat tal-idoneità għall-użu ta' kostitwent ta' interoperabbiltà, meqjus fl-ambjent ferrovjarju tiegħu; |
|
(h) |
“ċertifikat ta' verifika” tfisser iċ-ċertifikat mogħti għal subsistema jew mill-korp notifikat jew inkella mill-korp maħtur fir-rigward tal-verifika ta' konformità rispettivament ma' TSIs rilevanti jew ma' regoli nazzjonali rilevanti mill-istadju tad-disinn sal-istadju tal-aċċetazzjoni qabel ma s-subsistema tiġi introdotta fis-suq jew titqiegħed fis-servizz, u li jkopri l-verifika tal-interfaċċi tas-subsistema kkonċernata mas-sistema li fiha tkun inkorporata; |
|
(i) |
“ċertifikat “KE” ta' verifika” tfisser iċ-ċertifikat mogħti għal subsistema mill-korp notifikat li jirrigwarda biss il-verifika tal-konformità ma' TSIs rilevanti; |
|
(j) |
“dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura” tfisser id-dikjarazzjoni stabbilita mill-applikant għal vettura li fiha l-applikant jiddikjara, fuq responsabbiltà unika tiegħu, li l-vettura kkonċernata, li kienet ġiet soġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti, hija konformi ma' tip awtorizzat ta' vettura u tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt rilevanti tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali rilevanti. |
|
(k) |
“ERADIS ID” tfisser il-kodiċi alfanumeriku li jintuża biex tiġi identifikata dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà jew dikjarazzjoni “KE” ta' verifika ta' subsistema, u li huwa stabbilit skont l-Anness VII. |
Artikolu 3
Dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jistabbilixxu dikjarazzjoni “KE” ta' konformità tal-kostitwent ta' interoperabbiltà jew dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu tal-kostitwent ta' interoperabbiltà skont il-mudell stabbilit fl-Anness I.
2. Dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu għandhom jinkitbu b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u għandhom ikunu bl-istess lingwa tad-dokumenti ta' akkumpanjament tagħhom.
Artikolu 4
Dokument ta' akkumpanjament għal dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew għal dikjarazzjoni “KE” ta' idoneità għall-użu
Dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu tal-kostitwenti ta' interoperabbiltà għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:
|
(a) |
ċertifikat “KE” ta' konformità u, fejn ikun xieraq, ċertifikat “KE” ta' idoneità għall-użu; |
|
(b) |
id-dokumentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE (6). |
Artikolu 5
Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika
1. Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tirriżulta mill-proċeduri ta' verifika għas-subsistemi stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-Anness IV tal-istess Direttiva. Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika waħda għandha tinkludi l-verifika f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u, fejn ikun xieraq, mar-regoli nazzjonali.
2. L-applikant għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni “KE” ta' verifika skont il-mudell stabbilit fl-Anness II, u skont il-mudell stabbilit fl-Anness III meta din tkun relatata ma' subsistema li inizjalment tkun tqiegħdet fis-servizz mingħajr dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.
3. Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika għandha tinkiteb b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u għandha tkun bl-istess lingwa tad-dokumenti ta' akkumpanjament.
Artikolu 6
Proċedura ta' verifika f'każ ta' tibdil f'subsistema
1. F'każ ta' tibdil f'subsistema, l-applikant għandu janalizza t-tibdil u jivvaluta l-impatt fuq id-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.
2. Meta l-validità ta' element tad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika rilevanti tiġi affettwata minn dak it-tibdil, l-applikant għandu jaġġorna d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika jew jistabbilixxi dikjarazzjoni “KE” ta' verifika ġdida. Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika ġdida għandha tiġi stabbilita kull meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 18(6) u 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
3. Meta bidla taffettwa parametru bażiku, l-applikant għandu jivvaluta l-ħtieġa għall-proċedura “KE” ta' verifika stipulata fl-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva għas-subsistema mibdula, u jwettaqha fejn meħtieġ.
Artikolu 7
Proċedura ta' verifika f'każ ta' tibdil f'subsistema mqiegħda fis-servizz mingħajr dikjarazzjoni “KE” ta' verifika
1. F'każ ta' tibdil f'subsistema mqiegħda fis-servizz mingħajr dikjarazzjoni “KE” ta' verifika, l-applikant għandu janalizza t-tibdil u jivvaluta l-impatt fuq id-dokumentazzjoni eżistenti relatata mad-disinn u mal-manutenzjoni.
2. Meta ssir bidla f'subsistema li taffettwa parametru bażiku, l-applikant għandu jivvaluta l-ħtieġa għall-proċedura “KE” ta' verifika, u jwettaqha skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797 fejn meħtieġ.
3. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jivvaluta biss il-partijiet tas-subsistema li jkunu nbidlu, u għandu jivvaluta l-interfaċċi għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema.
4. Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika għandha tiġi stabbilita mill-applikant għas-subsistema kollha billi jiddikjara, fuq responsabbiltà unika tiegħu, li:
|
(a) |
il-parti li tkun inbidlet u l-interfaċċi għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema kienu ġew soġġetti għall-proċeduri ta' verifika rilevanti, u huma konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali rilevanti. |
|
(b) |
il-parti mhux mibdula kienet iddaħħlet fl-użu fis-sistema ferrovjarja u nżammet fl-istat operattiv tad-disinn tagħha mid-data tad-dħul fl-użu fis-sistema ferrovjarja sad-data tal-istabbiliment tad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika. |
Artikolu 8
Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika
1. Dikjarazzjoni intermedja ta' Verifika għandha tkun ibbażata fuq l-istess moduli tal-valutazzjoni tal-konformità rilevanti bħal dawk użati għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' verifika għal subsistema.
2. Il-korp notifikat jew il-korp maħtur għandhom jistabbilixxu d-Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV.
3. Id-Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika għandha tinkiteb b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, u għandha tkun bl-istess lingwa tad-dokumenti ta' akkumpanjament tagħha.
Artikolu 9
Ċertifikat ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu u ta' verifika
Iċ-ċertifikat ta' verifika ta' subsistema, iċ-ċertifikat “KE” ta' verifika u ċ-ċertifikat “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà għandhom jiġu stabbiliti skont il-mudell stabbilit fl-Anness V.
Artikolu 10
Dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura
1. Applikant għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura skont l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness VI.
2. Dikjarazzjonijiet ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura għandhom jinkitbu b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u għandhom ikunu bl-istess lingwa tad-dokumenti ta' akkumpanjament tagħhom.
Artikolu 11
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 201/2011 jitħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2019.
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 201/2011 għandu jibqa' japplika għad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip kif imsemmi fl-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2008/57/KE sas-16 ta' Ġunju 2020 fl-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
L-Artikolu 11 għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni rigward intenzjoni li jiġi estiż il-perjodu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 skont l-Artikolu 57(2) tal-istess Direttiva.
Għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Ġunju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (ĠU L 57, 2.3.2011, p. 8).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).
(5) Id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).
ANNESS I
MUDELL GĦAD-DIKJARAZZJONI “KE” TA' KONFORMITÀ JEW TA' IDONEITÀ GĦALL-UŻU TA' KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ
Dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu tal-kostitwent tal-interoperabbiltà
Numru ta' identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni “KE” [ERADIS ID] (1)
Aħna, il-Manifattur jew ir-Rappreżentant awtorizzat
[L-isem tan-negozju]
[Indirizz postali sħiħ]
Niddikjaraw, fuq responsabbiltà unika tagħna, li l-kostitwent tal-interoperabbiltà li ġej (2):
[Isem/deskrizzjoni qasira tal-kostitwent tal-interoperabbiltà, identifikazzjoni unika tal-kostitwent tal-interoperabbiltà]
li għalih tirreferi din id-dikjarazzjoni, huwa konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni:
[Titlu/i tad-Direttiva/i; Titlu/i tat-TSI(s); Titlu/i tal-Ispeċifikazzjonijiet Ewropej]
ġie vvalutat mill-Korp Notifikat li ġej:
[L-isem tan-negozju]
[Numru tar-reġistrazzjoni]
[Indirizz sħiħ]
Skont l-approvazzjoni(jiet) u/jew iċ-ċertifikat(i) li ġejjin:
[Approvazzjoni(jiet), data tal-ħruġ] [Numru/i taċ-ċertifikat(i), data tal-ħruġ]
Japplikaw il-kundizzjonijiet għall-użu li ġejjin, kif ukoll restrizzjonijiet oħra (3):
[Lista jew referenza għal-lista tal-kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra]
Sabiex tiġi ddikjarata l-konformità ġew segwiti l-proċeduri li ġejjin:
[Il-moduli magħżula mill-manifattur għall-valutazzjoni tal-kostitwent tal-interoperabbiltà]
Lista ta' Annessi
[Titli tal-Annessi (Dokumentazzjoni teknika jew fajl tekniku li jakkumpanjaw id-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu)] (4)
Magħmul fi:
[Data JJ/XX/SSSS]
Firma tal-Manifattur/tar-Rappreżentant awtorizzat
[Isem, Kunjom]
(1) L-informazzjoni f'parentesi kwadri [] hija pprovduta bħala għajnuna biex l-utent ikun jista' jimla l-mudell b'mod korrett u eżawrjenti.
(2) Id-deskrizzjoni tal-kostitwent tal-interoperabbiltà għandha tippermetti l-identifikazzjoni unika u għandha tippermetti li jkun hemm traċċabbiltà.
(3) Meta ssir referenza għal lista ta' kundizzjonijiet għall-użu u ta' restrizzjonijiet oħra, dik il-lista għandha tkun aċċessibbli għall-entità tal-awtorizzazzjoni.
(4) Id-dokumentazzjoni teknika skont id-Deċiżjoni 2010/713/UE.
ANNESS II
MUDELL GĦAD-DIKJARAZZJONI “KE” TA' VERIFIKA TAS-SUBSISTEMI
Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi
Numru ta' identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni “KE” [ERADIS ID] (1)
Aħna, l-Applikant:
[L-isem tan-negozju]
[Indirizz postali sħiħ]
Niddikjaraw, fuq responsabbiltà unika tagħna, li s-subsistema li ġejja (2):
[Isem/deskrizzjoni qasira tas-subsistema, identifikazzjoni unika tas-subsistema]
li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni ġiet soġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti u hija konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali rilevanti:
[Referenza: għad-Direttiva/i; għat-TSI(s); għar-regoli nazzjonali rilevanti;]
ġiet ivvalutata mill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:
|
Korp Notifikat: L-isem tan-negozju Numru tar-reġistrazzjoni Indirizz sħiħ |
Korp Maħtur: L-isem tan-negozju Numru ta' identifikazzjoni Indirizz sħiħ |
Korp ta' valutazzjoni [Valutazzjoni tar-riskju]: L-isem tan-negozju Numru ta' identifikazzjoni Indirizz sħiħ |
Skont iċ-ċertifikat(i) u/jew ir-rapport(i) li ġejjin:
[Numru/i taċ-ċertifikat(i), numru/i tar-rapport(i), data/i tal-ħruġ]
Japplikaw il-kundizzjonijiet għall-użu li ġejjin, kif ukoll restrizzjonijiet oħra (3):
[Lista jew referenza għal-lista tal-kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra]
Sabiex tiġi ddikjarata l-konformità ġew segwiti l-proċeduri li ġejjin:
[Il-moduli magħżula mill-applikant għall-verifika tas-subsistema]
L-identifikazzjoni tal-fajl tekniku li jakkumpanja din id-dikjarazzjoni
[Referenza għall-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797]
Referenza għad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika ta' qabel (fejn ikun applikabbli)
[Iva/Le]
Magħmul fi:
[data JJ/XX/SSSS]
Firma tal-Applikant
Isem, Kunjom
(1) L-informazzjoni f'parentesi kwadri [] hija pprovduta bħala għajnuna biex l-utent ikun jista' jimla l-mudell b'mod korrett u eżawrjenti.
(2) Id-deskrizzjoni tas-subsistema għandha tippermetti l-identifikazzjoni unika u għandha tippermetti li jkun hemm traċċabbiltà.
(3) Meta ssir referenza għal lista ta' kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra, dik il-lista għandha tkun aċċessibbli għall-entità tal-awtorizzazzjoni.
ANNESS III
MUDELL GĦAL DIKJARAZZJONI “KE” TA' VERIFIKA GĦAL SUBSISTEMA LI INIZJALMENT TKUN TQIEGĦDET FIS-SERVIZZ MINGĦAJR DIKJARAZZJONI “KE”
Dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi
Numru ta' identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni “KE” [ERADIS ID] (1)
Aħna, l-Applikant:
[L-isem tan-negozju]
[Indirizz postali sħiħ]
Niddikjaraw, fuq responsabbiltà unika tagħna, li s-subsistema li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni (2):
[Isem/deskrizzjoni qasira tas-subsistema, identifikazzjoni unika tas-subsistema]
Il-parti li nbidlet tas-subsistema:
[Isem/deskrizzjoni qasira tal-partijiet tas-subsistema]
ġiet soġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti u hija konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali rilevanti:
[Referenza: għad-Direttiva/i; għat-TSI(s); għar-regoli nazzjonali rilevanti;]
ġiet ivvalutata mill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li ġejjin:
|
Korp Notifikat: L-isem tan-negozju Numru tar-reġistrazzjoni Indirizz sħiħ |
Korp Maħtur: L-isem tan-negozju Numru ta' identifikazzjoni Indirizz sħiħ |
Korp ta' valutazzjoni [Valutazzjoni tar-riskju]: L-isem tan-negozju Numru ta' identifikazzjoni Indirizz sħiħ |
Skont iċ-ċertifikat(i) u/jew ir-rapport(i) li ġejjin:
[Numru/i taċ-ċertifikat(i), numru/i tar-rapport(i), data/i tal-ħruġ]
Il-parti mhux mibdula tas-subsistema li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni ddaħħlet fl-użu fis-sistema ferrovjarja u nżammet fl-istat operattiv tad-disinn tagħha mid-data tad-dħul fl-użu fis-sistema ferrovjarja sad-data tal-istabbiliment tad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika.
Japplikaw il-kundizzjonijiet għall-użu li ġejjin, kif ukoll restrizzjonijiet oħra (3):
[Lista jew referenza għal-lista tal-kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra]
Sabiex tiġi ddikjarata l-konformità ġew segwiti l-proċeduri li ġejjin:
[Il-moduli magħżula mill-applikant għall-verifika tas-subsistema]
L-identifikazzjoni tal-fajl tekniku li jakkumpanja din id-dikjarazzjoni
[Referenza għall-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797]
Referenza għad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika ta' qabel (fejn ikun applikabbli)
[Iva/Le]
Magħmul fi:
[data JJ/XX/SSSS]
Firma tal-Applikant
Isem, Kunjom
(1) L-informazzjoni f'parentesi kwadri [] hija pprovduta bħala għajnuna biex l-utent ikun jista' jimla l-mudell b'mod korrett u eżawrjenti.
(2) Id-deskrizzjoni tas-subsistema għandha tippermetti l-identifikazzjoni unika u għandha tippermetti li jkun hemm traċċabbiltà.
(3) Meta ssir referenza għal lista ta' kundizzjonijiet għall-użu u ta' restrizzjonijiet oħra, dik il-lista għandha tkun aċċessibbli għall-entità tal-awtorizzazzjoni.
ANNESS IV
MUDELL GĦAD-DIKJARAZZJONI INTERMEDJA TA' VERIFIKA
Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika
Numru [numru uniku ta' identifikazzjoni tal-ISV li jiżgura t-traċċabbiltà tad-dokument] (1)
L-Oġġett li qed jiġi Vvalutat (2):
[Identifikazzjoni Unika tas-subsistema jew tal-parti tas-subsistema: l-identifikazzjoni tas-subsistema sħiħa jew tal-parti tas-subsistema, u l-istadji ta' verifika skont il-punt 2.2.3 tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797]
L-Applikant, u fejn ikun applikabbli l-Manifattur u l-Postijiet tal-manifattura wkoll:
[Isem/ismijiet, Indirizz(i)]
Rekwiżiti ta' Valutazzjoni:
[Referenza: għad-Direttiva/i, għat-TSI(s), għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI(s), għar-Regoli Nazzjonali rilevanti, għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, għal Mezzi Aċċettabbli oħra ta' Konformità]
Il-modulu/i applikat(i):
[Il-moduli kif magħżula mill-applikant għall-valutazzjoni tas-subsistema jew ta' parti tas-subsistema, u l-istadji ta' verifika]
Riżultat tal-Valutazzjoni/Awditjar:
[Inkluża r-referenza għar-rapport ta' valutazzjoni/awditjar]
Japplikaw il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu li ġejjin (3):
[Lista jew referenza għal-lista ta' kundizzjonijiet u ta' limiti tal-użu]
Anness tad-Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika (ISV) (4) (fejn ikun applikabbli)
[Iva/Le]
Id-dokumentazzjoni li takkumpanja din l-ISV:
[referenza għad-dokumenti ta' akkumpanjament; lista jew fajl tad-dokumenti użati għall-valutazzjoni]
Validità:
[Iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-validità tal-ISV]
Magħmul fi:
[data JJ/XX/SSSS]
|
Korp Notifikat Firma Isem, Kunjom |
[JEW] |
Korp Maħtur Firma Isem, Kunjom |
|
L-isem tan-negozju |
L-isem tan-negozju |
|
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
Numru ta' identifikazzjoni |
|
|
Indirizz postali sħiħ |
Indirizz postali sħiħ |
Paġna 1[/nn]
Anness tad-Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika [fejn ikun applikabbli]
Numru [numru uniku ta' identifikazzjoni tal-ISV]
L-Oġġett li qed jiġi Vvalutat:
[Identifikazzjoni Unika tas-subsistema jew tal-parti tas-subsistema: l-identifikazzjoni tas-subsistema sħiħa jew tal-parti tas-subsistema, u l-istadji ta' verifika skont il-punt 2.2.3 tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797]
Magħmul fi:
[data JJ/XX/SSSS]
|
Korp Notifikat Firma Isem, Kunjom |
[JEW] |
Korp Maħtur Firma Isem, Kunjom |
|
L-isem tan-negozju |
L-isem tan-negozju |
|
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
Numru ta' identifikazzjoni |
|
|
Indirizz postali sħiħ |
Indirizz postali sħiħ |
Paġna n/nn
(1) L-informazzjoni f'parentesi kwadri [] hija pprovduta bħala għajnuna lill-utent waqt li jkun qed jimla l-mudell.
(2) Id-deskrizzjoni tas-subsistema jew ta' parti mis-subsistema għandha tippermetti l-identifikazzjoni unika u għandha tippermetti li jkun hemm traċċabbiltà.
(3) Meta ssir referenza għal lista ta' kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra, dik il-lista għandha tkun aċċessibbli għall-entità tal-awtorizzazzjoni.
(4) Hija prassi tajba li l-ISV tinħareġ bħala dokument b'paġna waħda; jekk l-informazzjoni rilevanti għall-ISV ma toqgħodx kollha f'paġna waħda, l-Anness jipprovdi biżżejjed spazju għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li trid tiġi kkunsidrata.
ANNESS V
MUDELL GĦAL ĊERTIFIKAT
Ċertifikat [“KE”] (1) ta' [konformità/idoneità għall-użu/verifika]
Numru [numru uniku ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat] (2)
L-Oġġett li qed jiġi Vvalutat (3):
[Identifikazzjoni Unika tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew tas-Subsistema]
L-Applikant, u fejn ikun applikabbli l-Manifattur u l-Postijiet tal-manifattura wkoll:
[Isem/ismijiet, Indirizz(i)]
Rekwiżiti ta' Valutazzjoni:
[Referenza: għad-Direttiva/i, għat-TSI(s), għar-Regoli Nazzjonali rilevanti, għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, għal Mezzi Aċċettabbli oħra ta' Konformità]
Il-modulu/i applikat(i):
[Il-modulu/i magħżul(a) mill-applikant għall-valutazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew tas-Subsistema]
Riżultat tal-Valutazzjoni/Awditjar:
[Inkluża r-referenza għar-rapport ta' valutazzjoni/awditjar]
Japplikaw il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu li ġejjin (4):
[Lista jew referenza għal-lista ta' kundizzjonijiet u ta' limiti tal-użu]
Anness (5) (fejn ikun applikabbli):
[Iva/Le]
Id-dokumentazzjoni li takkumpanja dan iċ-Ċertifikat [“KE”] (1):
[referenza għad-dokumenti ta' akkumpanjament; lista jew fajl tad-dokumenti użati għall-valutazzjoni]
Validità:
[Iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikat]
Magħmul fi:
[data JJ/XX/SSSS]
|
Korp Notifikat Firma Isem, Kunjom |
[JEW] |
Korp Maħtur Firma Isem, Kunjom |
|
L-isem tan-negozju |
L-isem tan-negozju |
|
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
Numru ta' identifikazzjoni |
|
|
Indirizz postali sħiħ |
Indirizz postali sħiħ |
paġna 1[/nn]
Anness taċ-ċertifikat [“KE”] (1) [fejn ikun applikabbli (6) ]
Numru [numru uniku ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat]
L-Oġġett li qed jiġi Vvalutat:
[Identifikazzjoni Unika tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew tas-Subsistema]
Magħmul fi:
[data JJ/XX/SSSS]
|
Korp Notifikat Firma Isem, Kunjom |
[JEW] |
Korp Maħtur Firma Isem, Kunjom |
|
L-isem tan-negozju |
L-isem tan-negozju |
|
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
Numru ta' identifikazzjoni |
|
|
Indirizz postali sħiħ |
Indirizz postali sħiħ |
paġna n/nn
(1) “KE” tapplika biss għal ċertifikati maħruġa minn Korp Notifikat, inklużi ċertifikati li jkopru kemm kompiti ta' Korp Notifikat kif ukoll kompiti ta' Korp Maħtur meta tkun l-istess entità. “KE” ma tridx tiġi miżjuda fuq ċertifikati maħruġa minn Korp Maħtur.
(2) L-informazzjoni f'parentesi kwadri [] hija pprovduta biss bħala għajnuna biex l-utent ikun jista' jimla l-mudell b'mod korrett u eżawrjenti.
(3) Id-deskrizzjoni tal-kostitwent tal-interoperabbiltà jew tas-subsistema għandha tippermetti l-identifikazzjoni unika u għandha tippermetti li jkun hemm traċċabbiltà.
(4) Meta ssir referenza għal lista ta' kundizzjonijiet għall-użu u ta' restrizzjonijiet oħra, dik il-lista għandha tkun aċċessibbli għall-entità tal-awtorizzazzjoni.
(5) Hija prassi tajba li ċ-ċertifikati jinħarġu bħala dokument b'paġna waħda; jekk l-informazzjoni rilevanti għaċ-ċertifikat ma toqgħodx kollha f'paġna waħda, l-Anness jipprovdi biżżejjed spazju għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li trid tiġi kkunsidrata.
(6) Hija prassi tajba li ċ-ċertifikati jinħarġu bħala dokument b'paġna waħda; jekk l-informazzjoni rilevanti għaċ-ċertifikat ma toqgħodx kollha f'paġna waħda, l-Anness jipprovdi biżżejjed spazju għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li trid tiġi kkunsidrata.
ANNESS VI
MUDELL TAD-DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ MA' TIP AWTORIZZAT TA' VETTURA
Dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura
Aħna,
l-Applikant
[L-isem tan-negozju] (1)
[Indirizz sħiħ]
Niddikjaraw, fuq responsabbiltà unika tagħna, li l-vettura [Numru Ewropew tal-Vettura/Numru tal-Vettura riżervat minn qabel/mezz ta' identifikazzjoni maqbul] (2) li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni
|
— |
hija konformi mat-tip awtorizzat ta' vettura [identifikazzjoni ERATV tat-tip/il-verżjoni/il-varjant tal-vettura] |
|
— |
hija konformi mad-dritt rilevanti tal-Unjoni u mar-regoli nazzjonali rilevanti, kif indikat fl-annessi ta' din id-dikjarazzjoni, |
|
— |
għaddiet mill-proċeduri kollha ta' verifika meħtieġa biex tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni. |
Lista tal-annessi (3)
[Titli tal-annessi]
Iffirmat għal u f'isem [isem l-applikant]
Magħmul fi [post], [data JJ/XX/SSSS]
[isem, kariga] [firma]
(1) L-informazzjoni f'parentesi kwadri [] hija maħsuba bħala għajnuna biex l-utent ikun jista' jimla l-mudell b'mod korrett u eżawrjenti.
(2) Fil-każ ta' vettura eżistenti, għall-identifikazzjoni tal-vettura għandu jintuża n-Numru Ewropew tal-Vettura (EVN) eżistenti fil-ħin tal-istabbiliment ta' din id-dikjarazzjoni.
Fil-każ ta' vettura ġdida, jekk fil-ħin meta tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni, il-vettura ma jkunx għadu ngħatalha Numru tal-Vettura riżervat minn qabel f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53), il-vettura għandha tiġi identifikata permezz ta' sistema ta' identifikazzjoni oħra miftiehma bejn l-applikant u l-entità tal-awtorizzazzjoni.
F'konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 3.2.1 tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni, in-Numru tal-Vettura riżervat għandu jsir l-EVN fil-ħin tar-reġistrazzjoni.
(3) L-Annessi għandhom jinkludu kopji tad-dikjarazzjoni(jiet) “KE” ta' verifika tas-subsistema/i.
ANNESS VII
STRUTTURA U KONTENUT TAN-NUMRU TA' IDENTIFIKAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI “KE”
Kull dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew ta' idoneità għall-użu għall-użu tal-kostitwent tal-interoperabbiltà u kull dikjarazzjoni “KE” ta' verifika tas-subsistemi għandha tirċievi kodiċi alfanumeriku li jikkonsisti minn 2 ittri u 24 numru, bl-istruttura li ġejja:
|
KP |
RRRRRRRRRRRRRR |
SSSS |
NNNNNN |
|
Kodiċi tal-pajjiż (żewġ ittri) |
Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tal-applikant (numru b'erbatax-il ċifra) |
Sena (numru b'erba' ċifri) |
Kontatur (numru b'sitt ċifri) |
|
|
|
|
|
|
Kamp 1 |
Kamp 2 |
Kamp 3 |
Kamp 4 |
KAMP 1 — Kodiċi tal-pajjiż (żewġ ittri)
Il-kodiċi tal-pajjiż għandu jingħata abbażi tal-Istandard ISO 3166.
KAMP 2 — Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tal-applikant (numru b'erbatax-il ċifra)
In-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tal-applikant għandu jkun in-numru tar-reġistrazzjoni legali/ta' identifikazzjoni, mogħti jew mill-Eżattorija jew mir-Reġistru Kummerċjali, jew minn awtorità oħra li tirreġistra l-kumpaniji fl-Istat Membru.
Jekk numru jkollu inqas minn erbatax-il ċifra, l-ewwel ċifri għandhom jitħallew vojta bħala -00, bħal fil-każ ta' kontatur.
KAMP 3 — Sena (erba' ċifri)
Dan il-kamp għandu jindika s-sena li fiha nħareġ id-dokument.
KAMP 4 — Kontatur (sitt ċifri)
Il-kontatur għandu jkun numru progressiv li jiżdied b'unità waħda kull darba li tinħareġ dikjarazzjoni.
Kull sena l-kontatur jerġa' jibda minn żero.
Il-kontatur għandu jkun relatat mal-korp emittenti.