31.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/106 |
REGOLAMENT (UE) 2019/129 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Jannar 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istudju komprensiv tal-effetti tal-istadju ambjentali Euro 5 għall-vetturi tal-kategorija L (“l-istudju tal-effetti”) imwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet li nstabu mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-partijiet ikkonċernati fl-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet u kjarifiki fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tiegħu. |
(2) |
Fir-rigward tar-rekwiżit li tiġi installata sistema dijanjostika abbord (OBD) tal-istadju II, li jiżgura monitoraġġ u rappurtar dwar fallimenti u degradazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq il-bażi tal-istudju tal-effetti li hemm limitazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-monitoraġġ tal-katalizzatur għal ċerti vetturi u li jkun meħtieġ żvilupp ulterjuri biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tiegħu. Il-monitoraġġ tal-katalizzattur mhux mistenni jkun lest għall-ewwel round tal-istadju tal-emissjonijiet Euro 5, iżda huwa previst għall-2025. L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għalhekk jenħtieġ li jistiplua l-perjodu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżit tas-sistema OBD tal-istadju II. |
(3) |
Minħabba li l-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e huma diġà esklużi mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I, il-vetturi tal-kategorija L6e, li huma ddisinjati u mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-mopeds u li huma prodotti f'volumi pjuttost żgħar, ukoll jenħtieġ li jkunu eżentati minn dak ir-rekwiżit. |
(4) |
Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-eżenzjoni għall-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II u li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għall-kwadriċikli ħfief (kategorija L6e) u l-muturi tas-subkategoriji enduro (L3e-AxE) u trials (L3e-AxT). |
(5) |
Il-muturi tas-subkategoriji enduro u trials ikollhom ħajja qasira u huma simili ħafna fin-natura u fl-użu għall-kwadriċikli tqal għal kull tip ta' terren (L7e-B) li huma eżentati mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II. Dik l-eżenzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi estiża għall-muturi tas-subkategoriji enduro u trials. |
(6) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fl-istudju tal-effetti li l-proċedura matematika tad-durabilità stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, li tipprevedi li l-vetturi jiġu ttestjati wara 100 km ta' użu, ma tirriflettix id-degradazzjoni reali tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet ta' vettura matul ħajjitha. Jenħtieġ li dak il-metodu ma jibqax jintuża u jenħtieġ li jitneħħa gradwalment sal-2025 biex ikun hemm żmien biżżejjed ħalli l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jadattaw. Għall-perjodu sal-2025, id-distanza akkumulata meħtieġa li vettura għandha tivvjaġġa qabel ma tiġi ttestjata jenħtieġ li tiżdied biex jiġi żgurat li r-riżultati tat-test ikunu affidabbli. |
(7) |
It-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli. Madanakollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-istudju tal-effetti, li hemm bżonn li d-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-B, L2e-U, L3e-AxT u L3e-AxE) tiġi posposta mill-2020 għall-2024 biex jiżdied il-proporzjon ta' kostijiet-benefiċċji meta mqabblin mal-valuri ta' referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta' dawk il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni, tkun tista' tinkiseb b'mod kosteffikaċi. |
(8) |
L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jirrikjedi li ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun fih, bħala dokument mehmuż, ir-riżultati tat-testijiet. Jenħtieġ li, fl-interess taċ-ċarezza, dik id-dispożizzjoni tiġi emendata sabiex jiġi ċċarat li r-riferiment huwa għall-iskeda tar-riżultati tat-testijiet. |
(9) |
Ċerti inkonsistenzi fid-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-livell tal-istorbju Euro 5 fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġi żgurat li l-limiti eżistenti (Euro 4) jibqgħu applikabbli sakemm jiġu stabbiliti limiti ġodda għall- Euro 5. |
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ta lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta' ħames snin, li skada fil-21 ta' Marzu 2018. Peress li teżisti ħtieġa kontinwa li jiġu aġġornati elementi tal-leġislazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għall-progress tekniku jew li jiġu introdotti emendi oħra b'mod allinjat mal-għoti tas-setgħat, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprovdi għall-estensjoni tad-delega għal perjodu ieħor ta' ħames snin bil-possibbiltà ta' estensjoni awtomatika. |
(11) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, is-setgħa mogħtija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 biex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta atti delegati rigward ir-rekwiżiti tekniċi relatati mad-dijanjostika abbord jenħtieġ li tkun aktar ċara u aktar preċiża. |
(12) |
Minħabba li dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013, mingħajr ma jespandi l-kontenut regolatorju u minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 21 Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi dijanjostiċi abbord 1. Il-vetturi tal-kategorija L, bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e, għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD li tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali u mal-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 8 u mid-dati ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness IV. 2. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.1 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tirrapporta dawk il-fallimenti li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1). 3. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.2 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiskatta rapport meta jinqabżu l-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta' kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti. 4. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.3 tal-Anness IV, il-kategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiskatta rapport meta jinqabżu l-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B2). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta' kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti. 5. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.4 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom minn barra hekk ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II li timmonitorja u tirraporta fallimenti u degradazzjoni tas-sistema OBD tal-kontroll tal-emissjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katallizatur, li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1). 6. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.5 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom barra minn hekk ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II li timmonitorja u tirraporta fallimenti u degradazzjoni tas-sistema OBD tal-kontroll tal-emissjonijiet, li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B2). 7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal muturi enduro fis-subkategorija L3e-AxE u muturi tat-trials fis-subkategorija L3e-AxT. 8. Sabiex tarmonizza s-sistema OBD ta' rappurtar tal-fallimenti tas-sikurezza funzjonali jew tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tiffaċilita t-tiswija effikaċi u effiċjenti ta' vettura, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 75 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mas-sistema dijanjostika abbord, fir-rigward tal-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi msemmija fl-Anness II, C1 - Rekwiżiti tal-bini tal-vetturi u rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tat-tip, fir-ringiela relatata man-Nru. 11, inklużi r-rekwiżiti OBD funzjonali u l-proċeduri tat-test għal dawk is-suġġetti elenkati fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mat-test ta' tip VIII imsemmija fl-Anness V.”; |
(2) |
Fl-Artikolu 23(3), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fiż-żmien tal-produzzjoni tagħhom, iżda li la kienu rreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.”; |
(5) |
L-Artikolu 75(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(8), l-Artikolu 22(5) u (6), l-Artikolu 23(6) u (12), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 32(6), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 57(12), l-Artikolu 65 u l-Artikolu 74 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-22 ta' Marzu 2013. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard mit-22 ta' Ġunju 2022 u disa' xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' ħames snin sussegwenti.”; |
(6) |
L-Annessi II, IV, V u VI huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' Jannar 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 32.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2018.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
ANNESS
L-Annessi II, IV, V u VI għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, it-taqsima C1, fir-ringiela relatata man-Nru.11, is-sinjal “X” jitħassar għas-subkategoriji L6e-A u L6e-B; |
(2) |
Fl-Anness IV, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness V, it-taqsima B, il-kontenut taċ-ċellola fl-ewwel kolonna, it-tieni ringiela, huwa sostitwit b'dan li ġej: “Test tat-Tip I (19) Massa tal-partikoli (Euro 5 biss)”; |
(4) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|