|
31.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/123
tal-24 ta’ Jannar 2019
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 6(4) u 6(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li l-funzjonijiet tan-netwerk ikunu servizz ta’ interess ġenerali li jiġi eżerċitat għan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN, minn hawn ’il quddiem “in-netwerk”) u fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru billi jiżguraw il-livell mitlub ta’ prestazzjoni, ta’ interoperabbiltà, ta’ kompatibbiltà u ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet, inkluż dawk bil-għan li jiżguraw l-aqwa użu ta’ riżorsi skarsi. |
|
(2) |
Id-disinn tan-netwerk Ewropew tar-rotot, il-ġestjoni tal-kapaċità tan-netwerk u tal-flussi tat-traffiku tal-ajru, u l-koordinazzjoni ta’ riżorsi skarsi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 551/2004, jenħtieġ li jkun mingħajr ħsara għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom kif ukoll għar-responsabbiltajiet tagħhom rigward l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u kwistjonijiet ta’ difiża, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
Jenħtieġ li n-netwerk jinkludi l-komponenti fiżiċi u operazzjonali kollha li jiddeterminaw il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, b’mod partikulari l-puntwalità u l-effiċjenza tat-titjir tagħhom, li jiġu operati fl-ispazju tal-ajru fir-reġjun EUR tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-forniment ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru. |
|
(4) |
In-netwerk Ewropew tar-rotot jenħtieġ li jkun iddisinjat sabiex itejjeb l-effiċjenza tal-għażliet tar-rotot minn perspettiva gate-to-gate fil-fażijiet kollha tat-titjir, billi jitqiesu b’mod partikulari l-effiċjenza tat-titjir u aspetti ambjentali. |
|
(5) |
Huma meħtieġa azzjonijiet operazzjonali biex jiżviluppaw strutturi effiċjenti tal-ispazju tal-ajru u biex jiġġestixxu l-kapaċità disponibbli sabiex jiżguraw it-titjib kontinwu tal-operazzjonijiet tan-netwerk fl-Ajru Uniku Ewropew, kif ukoll biex jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni mal-Ewropa kollha. Jenħtieġ li dawk l-azzjonijiet operazzjonali jagħtu lok għall-użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru, u jiżguraw li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jkunu jistgħu joperaw trajettorji preferuti. |
|
(6) |
Il-funzjoni tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (AFTM) hija parti integrali mill-funzjonijiet tan-netwerk, bil-għan li ttejjeb kemm jista’ jkun il-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru. Għaldaqstant, jenħtieġ li din il-funzjoni tiġi spjegata iktar fid-dettall, filwaqt li jitqies ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 (3). |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 jipprevedi l-adozzjoni ta’ regoli implimentattivi dettaljati għall-koordinazzjoni u għall-armonizzazzjoni tal-proċessi u tal-proċeduri biex isaħħu l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-frekwenza ajrunawtika. Ir-regoli implimentattivi dettaljati jkun jeħtieġ ukoll li jipprevedu funzjoni ċentrali biex tikkoordina l-identifikazzjoni u s-soluzzjoni bikrija tal-bżonnijiet ta’ frekwenza b’appoġġ għad-disinn u għall-operat tan-netwerk. |
|
(8) |
Il-ħidma tal-ICAO fid-disinn tar-rotot, fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, fil-ġestjoni tal-frekwenzi u tal-kodiċijiet tar-radar transponder jenħtieġ li tintuża bħala bażi għall-ottimizzar tal-iżvilupp u tal-operat tan-netwerk. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fil-konfront tal-ICAO fejn jidħlu d-disinn tar-rotot, il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, il-ġestjoni tal-frekwenzi u tal-kodiċijiet tar-radar transponder, u jenħtieġ li jimplimentawhom b’mod aktar effettiv għan-netwerk. Il-Maniġer tan-Netwerk jenħtieġ li jipprovdi koordinazzjoni u appoġġ f’dak il-qasam. |
|
(10) |
L-implimentazzjoni tal-funzjoni tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) jenħtieġ li tkun mingħajr ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (4). L-ajruporti li huma punti ta’ dħul u ta’ ħruġ għan-netwerk huma kontributuri ewlenin għall-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li dik il-funzjoni tikkomunika ma’ operaturi tal-ajruporti li jaġixxu ta’ koordinaturi fuq l-art, sabiex jottimizzaw il-kapaċità fuq l-art. Dan mistenni jtejjeb il-kapaċità ġenerali tan-netwerk. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri li jżidu l-konsistenza bejn is-slots tal-ajruport u l-pjanijiet tat-titjir, sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità disponibbli tan-netwerk, inkluż l-ajruporti. |
|
(11) |
L-allokazzjoni tal-ispettru tar-radju ssir fil-kuntest tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT). L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jikkomunikaw ir-rekwiżiti tal-avjazzjoni ċivili tagħhom lill-UIT, u li wara jużaw il-medda ta’ frekwenzi allokata lit-traffiku tal-ajru ġenerali bl-aħjar mod. Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi politika u qafas legali għal dak il-qasam. |
|
(12) |
L-ICAO żviluppat materjal ta’ gwida rilevanti għall-kodiċijiet tar-radar transponder, inkluż il-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S, kif ukoll il-funzjonijiet tal-frekwenzi tar-radju. L-ICAO tħaddem ukoll sistema ta’ reġistrazzjoni tal-assenjazzjonijiet tal-frekwenzi għall-għanijiet tat-traffiku tal-ajru ġenerali fir-reġjun Ewropew tal-ICAO. Din bħalissa hija ffaċilitata mill-Eurocontrol, li taġixxi bħala l-Maniġer tan-Netwerk. |
|
(13) |
Il-ġrajjiet marbutin mat-twaqqigħ tat-titjira MH17 fl-ispazju tal-ajru tal-Ukrajna fis-17 ta’ Lulju 2014 u mal-attakk terroristiku fl-ajruport ta’ Brussell fit-22 ta’ Marzu 2016 urew il-ħtieġa li jkun hemm entità ċentrali li tista’ tikkontribwixxi għall-koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ taffija fil-livelli lokali, reġjonali u tan-netwerk, sabiex tiġi żgurata risposta f’waqtha għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-futur li jolqtu l-avjazzjoni. |
|
(14) |
Jenħtieġ li Maniġer tan-Netwerk jaġixxi bħala korp imparzjali u kompetenti biex iwettaq il-kompiti meħtieġa biex jaqdi l-funzjonijiet tan-netwerk previsti fir-Regolament (KE) Nru 551/2004 b’mod effettiv u bir-riżorsi xierqa. Jenħtieġ li l-applikant għal Maniġer tan-Netwerk jagħti evidenza tal-mezzi u tar-riżorsi li jippjana li jiżgura sabiex jissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq dak il-korp. Il-Maniġer tan-Netwerk jenħtieġ li jkun irrappreżentat minn maniġer mill-korp maħtur biex jaġixxi bħala Maniġer tan-Netwerk. |
|
(15) |
Huwa ta’ fejda li jkun hemm korp waħdieni biex jikkoordina l-funzjonijiet tan-netwerk varji, b’appoġġ għall-azzjoni meħuda fil-livelli lokali u subreġjonali, bil-għan li jiġu żviluppati u ffaċilitati għanijiet operazzjonali u strateġiċi tan-netwerk, fil-medda l-qasira u fit-tul, li jkunu konsistenti u li jaqblu mal-għanijiet ta’ prestazzjoni. Madankollu, il-funzjonijiet tan-netwerk jenħtieġ li jitwettqu mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u mill-Maniġer tan-Netwerk, kif ukoll fil-livell tal-Istat Membru u tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, skont ir-responsabbiltajiet stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Fl-2017, il-Kummissjoni wettqet rieżami tal-governanza, tal-arranġamenti finanzjarji, tal-bażi tal-kost u tal-kosteffiċjenza tal-funzjonijiet tan-netwerk. Wieħed mill-eżiti ta’ dan ir-rieżami kien li l-Maniġer tan-Netwerk għandu jibbenefika minn governanza msaħħa u minn aktar awtonomija fil-ġestjoni. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-funzjonijiet tan-netwerk ikunu pprovduti b’mod kosteffiċjenti, b’mod partikulari billi tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jkunu stabbiliti biċ-ċar id-dmirijiet u l-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk u l-prestazzjoni tan-netwerk. Dan jenħtieġ li jinkludi kwalunkwe servizz jew attività li hemm bżonn li jitwettqu b’mod ċentrali għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, skont l-arranġamenti ta’ ħidma u l-proċessi għall-operazzjonijiet maqbula ma’ dawk il-partijiet ikkonċernati. |
|
(19) |
Il-kompiti fdati lill-Maniġer tan-Netwerk marbutin mal-monitoraġġ tal-infrastruttura u mas-servizzi komuni ta’ appoġġ għan-netwerk jenħtieġ li jitwettqu filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-fehmiet tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali. |
|
(20) |
Il-Maniġer tan-Netwerk jenħtieġ li jkun involut fit-tfassil ta’ pjanijiet u ta’ azzjonijiet operazzjonali marbutin mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk fil-livell nazzjonali u subreġjonali, fejn dawk il-pjanijiet u l-azzjonijiet ikollhom impatt fuq il-prestazzjoni tan-netwerk. |
|
(21) |
Biex tiġi żgurata prestazzjoni xierqa tan-netwerk, il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk jenħtieġ li jinkludi azzjonijiet operazzjonali u valuri referenzjarji lokali li jqisu l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet tan-netwerk u li jimmiraw lejn l-issodisfar tal-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni kollha. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Maniġer tan-Netwerk jidentifika limiti operazzjonali u konġestjoni, u jissuġġerixxi azzjoni xierqa. |
|
(22) |
L-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ ġestjoni tajba hija essenzjali għat-titjib kontinwu tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru fl-Unjoni, billi tiġi antiċipata ż-żieda fit-traffiku tal-ajru, u billi jsir l-aqwa użu tal-kapaċità disponibbli filwaqt li jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-flussi tat-traffiku tal-ajru. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ titjib fil-prestazzjoni tan-netwerk. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jitfasslu pjan strateġiku u pjan ta’ operazzjonijiet fil-livell tan-netwerk. |
|
(23) |
Il-Maniġer tan-Netwerk u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali jenħtieġ li jaħdmu bi sħab sabiex itejbu l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u sabiex jieħdu miżuri ta’ rimedju fejn xieraq. B’mod partikulari, jenħtieġ li l-Maniġer tan-Netwerk ikun kapaċi jintroduċi miżuri tal-ATFM biex isir l-aqwa użu mill-kapaċità disponibbli, u biex jippromwovi l-aqwa forniment ta’ dik il-kapaċità mis-setturi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-funzjonijiet tan-netwerk ikunu bla ħsara għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, li għandu l-għan li jissalvagwardja l-interessi essenzjali tal-politika tas-sigurtà jew tad-difiża. Il-funzjonijiet tan-netwerk ukoll jenħtieġ li jkunu bla ħsara għall-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004. |
|
(25) |
Jenħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-funzjonijiet tan-netwerk u l-operazzjonijiet organizzati fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. |
|
(26) |
L-effettività tal-operazzjonijiet militari, u l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar, huma ta’ importanza kbira biex jintlaħqu l-għanijiet meħtieġa. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkoprix deċiżjonijiet dwar il-kontenut, l-ambitu u l-prestazzjoni tal-operazzjonijiet u tat-taħriġ militari skont ir-reġim operazzjonali tat-traffiku tal-ajru. Madankollu, huwa importanti li jiġu koperti l-interfaċċi bejn dawn l-operazzjonijiet u dawk koperti b’dan ir-Regolament, fl-interess tas-sikurezza u tal-effiċjenza reċiproka. |
|
(27) |
Hemm bżonn li jiġi żgurat it-twettiq effettiv u f’waqtu tal-funzjonijiet tan-netwerk, kif ukoll li jingħata appoġġ lill-Maniġer tan-Netwerk huwa u jwettaq il-kompiti tiegħu, billi jiġi stabbilit qafas effiċjenti għall-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, kif ukoll għal arranġamenti ta’ ħidma u għal proċessi dettaljati għall-operazzjonijiet. |
|
(28) |
Jenħtieġ li jsiru konsultazzjonijiet effettivi mal-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali, f’dak tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, u f’dak tan-netwerk. |
|
(29) |
Biex tiġi żgurata l-governanza xierqa marbuta mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, jenħtieġ li jitwaqqaf Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk. |
|
(30) |
Biex jiġi żgurat teħid tad-deċiżjonijiet effettiv, il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk jenħtieġ li jkollu għadd limitat ta’ membri b’responsabbiltajiet operazzjonali u maniġerjali, u b’għarfien estensiv u espert fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Jenħtieġ li dawk il-membri jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha. Il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ta’ pajjiżi assoċjati li jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fil-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk. |
|
(31) |
Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk ikun appoġġat, fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu, minn grupp ta’ ħidma dwar l-operazzjonijiet, magħmul minn maniġers operazzjonali, sabiex jagħtuh l-għarfien u l-pariri operazzjonali xierqa. |
|
(32) |
Biex tiġi żgurata l-effettività tal-ġestjoni ta’ kriżijiet fil-livell tan-netwerk, u biex iċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni tkun appoġġata fil-kompiti tagħha, jenħtieġ li jinħoloq netwerk ta’ punti fokali Statali. Il-punti fokali jenħtieġ li jiffaċilitaw l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali u jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib mal-istrutturi korrispondenti fil-livell tal-Istati Membri f’każ ta’ kriżijiet. |
|
(33) |
Fid-dawl tas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u r-rekwiżiti tagħhom fir-rigward tal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u kwistjonijiet ta’ difiża, u fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-funzjonijiet tan-netwerk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu infurmati u kkonsultati dwar il-miżuri kollha li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni tan-netwerk. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-aqwa użu mil-laqgħat eżistenti tal-Kumitat sabiex tqis il-fehmiet tagħhom. |
|
(34) |
Il-baġit tal-Maniġer tan-Netwerk jenħtieġ li jippermetti lill-Maniġer tan-Netwerk jilħaq il-miri speċifiċi identifikati fl-iskema tal-prestazzjoni u jimplimenta l-programm ta’ ħidma tiegħu. Jenħtieġ li l-baġit jkun identifikabbli b’mod separat mill-bqija tal-baġit tal-korp maħtur biex jaġixxi bħala l-Maniġer tan-Netwerk, fejn dak il-korp iwettaq xi attività oħra. Jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk jikkonferma l-konsistenza tal-baġit tal-Maniġer tan-Netwerk mal-programm ta’ ħidma annwali tal-Maniġer tan-Netwerk. |
|
(35) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura superviżjoni xierqa tal-Maniġer tan-Netwerk. Jenħtieġ li dik is-superviżjoni tqis ir-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bħala l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-Maniġer tan-Netwerk. |
|
(36) |
Il-pajjiżi terzi li għandhom ftehim mal-Unjoni jenħtieġ li jkunu involuti fl-istabbiliment u fl-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni pan-Ewropea tal-Ajru Uniku Ewropew. |
|
(37) |
Dan ir-Regolament iqis kif xieraq l-esperjenza miksuba mit-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk mill-2011 ’il hawn, u jistabbilixxi regoli komuni reveduti għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (6) jitħassar. |
|
(38) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ funzjonijiet tan-netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (funzjonijiet tan-netwerk) skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004. Jistabbilixxi wkoll regoli għall-ġestjoni tal-kriżijiet tan-netwerk.
2. Il-funzjonijiet tan-netwerk soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
id-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot (ERND); |
|
(b) |
il-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (AFTM) kif imsemmija fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 u fir-Regolament (UE) Nru 255/2010; |
|
(c) |
fir-rigward tal-koordinazzjoni ta’ riżorsi skarsi:
|
3. Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk, dan ir-Regolament japplika għall-Istati Membri, għall-Maniġer tan-Netwerk, għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-Aġenzija), għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għall-operaturi tal-ajruporti, u għall-koordinaturi tas-slots fl-ajruporti, fil-livell lokali, nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali.
4. Dan ir-Regolament japplika għall-ispazju tal-ajru fir-reġjun EUR tal-ICAO fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-forniment ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru skont it-tifsira tal-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Dan ir-Regolament jista’ japplika wkoll għall-ispazju tal-ajru fir-reġjuni EUR, NAT, AFI u MID tal-ICAO, fejn il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 24(1) huma responsabbli għall-forniment ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010, u fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 (7).
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“riżorsi skarsi” tfisser il-forniment ta’ mezzi użati għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru sabiex din topera b’mod effettiv, u li huma ta’ disponibbiltà limitata, u kkoordinati b’mod ċentrali mill-Maniġer tan-Netwerk sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni tan-Netwerk Ewropew tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (in-netwerk); |
|
(2) |
“medda ta’ frekwenzi tal-avjazzjoni” tfisser annotazzjoni fit-Tabella tal-Allokazzjonijiet tal-Frekwenzi tar-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, ta’ medda speċifika ta’ frekwenzi li fiha jsiru allokazzjonijiet tal-frekwenzi għat-traffiku tal-ajru ġenerali; |
|
(3) |
“operatur tal-ajruport” tfisser il-korp ta’ ġestjoni li, flimkien ma’ attivitajiet oħra jew mod ieħor, ikollu l-kompitu skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali li jamministra u jmexxi l-faċilitajiet tal-ajruport, u li jikkoordina u jikkontrolla l-attivitajiet tal-operaturi varji preżenti fl-ajruport jew fis-sistema tal-ajruport ikkonċernata; |
|
(4) |
“koordinatur tas-slots tal-ajruport” tfisser persuna fiżika jew ġuridika kkwalifikata, maħtura skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93; |
|
(5) |
“partijiet ikkonċernati operazzjonali” tfisser l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru, il-fornituri ta’ servizz ċivili u militari tan-navigazzjoni bl-ajru, u l-operaturi tal-ajruporti li joperaw fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(4); |
|
(6) |
“Maniġer tan-Netwerk” tfisser il-korp fdat bil-kompiti meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004; |
|
(7) |
“pajjiżi assoċjati” tfisser pajjiżi terzi li huma membri tal-Eurocontrol għajr dawk li jieħdu sehem fil-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk skont l-Artikolu 24(1); |
|
(8) |
“skema ta’ prestazzjoni” tfisser il-qafas regolatorju għat-titjib tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-netwerk fl-Ajru Uniku Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004; |
|
(9) |
“teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv” tfisser proċess fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu abbażi ta’ interazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali u ma’ atturi oħra kif xieraq, skont l-Artikoli 15 sa 17; |
|
(10) |
“Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni” tfisser il-grupp indipendenti ta’ esperti dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-netwerk fl-Ajru Uniku Ewropew, imwaqqaf bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2296 (8); |
|
(11) |
“Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk” tfisser il-bord imwaqqaf b’dan ir-Regolament, li jimmonitorja u li jmexxi t-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, inkluż it-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk skont l-Artikolu 18; |
|
(12) |
“azzjoni operazzjonali” tfisser l-azzjoni, fil-livell lokali, f’dak nazzjonali, f’dak tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew fil-livell tan-netwerk, kif iddeterminat fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv bejn il-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(13) |
“kriżi tan-netwerk” tfisser qagħda fejn ma jkunx jista’ jiġi pprovdut servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fil-livell meħtieġ, li twassal għal telf kbir fil-kapaċità tan-netwerk, jew għal żbilanċ kbir bejn il-kapaċità tan-netwerk u d-domanda għalih, jew għal nuqqas kbir fil-fluss tal-informazzjoni f’parti waħda jew f’diversi partijiet tan-netwerk wara sitwazzjoni mhux tas-soltu u mhux prevista; |
|
(14) |
“kooperazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar” tfisser l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet ċivili u militari u l-komponenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(1), li huma meħtieġa sabiex ikun żgurat użu sikur, effiċjenti u armonjuż tal-ispazju tal-ajru; |
|
(15) |
“rotta kundizzjonali (CDR)” tfisser rotta tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li hija disponibbli biss għall-ippjanar tat-titjiriet u li tintuża biss f’kundizzjonijiet speċifikati; |
|
(16) |
“korpi rappreżentativi Ewropej” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew entità li tirrappreżenta l-interessi ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ partijiet ikkonċernati operazzjonali fil-livell Ewropew; |
|
(17) |
“punt fokali Statali” tfisser, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-kriżijiet, il-persuni fl-Istati Membri li jikkomunikaw mal-istrutturi u mal-organizzazzjonijiet nazzjonali rilevanti tal-ġestjoni tal-kriżijiet, kif ukoll maċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni; |
|
(18) |
“impatt fuq in-netwerk” tfisser, fil-kuntest tal-funzjoni tal-frekwenzi tar-radju stabbilita fl-Anness III, sitwazzjoni fejn assenjazzjoni ta’ frekwenza tar-radju se tiddegrada, tfixkel jew tinterrompi l-funzjonament ta’ assenjazzjoni waħda jew aktar ta’ frekwenzi tar-radju tan-netwerk, jew se taħdem kontra l-aħjar użu tal-meded ta’ frekwenzi tal-avjazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
|
(19) |
“disinn tal-ispazju tal-ajru” tfisser proċess li jiżgura l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kapaċitajiet u ta’ tekniki avvanzati ta’ navigazzjoni, ta’ netwerks ta’ rotot imtejba u t-tqassim assoċjat tagħhom skont is-settur, ta’ strutturi ottimizzati tal-ispazju tal-ajru, u ta’ proċeduri tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li jsaħħu l-kapaċità; |
|
(20) |
“użu tal-ispazju tal-ajru” tfisser il-mod kif dak l-ispazju tal-ajru jintuża mil-lat operazzjonali; |
|
(21) |
“spazju tal-ajru b’rotot liberi” tfisser spazju tal-ajru speċifiku li fih l-utenti tal-ispazju tal-ajru jistgħu jippjanaw bil-libertà kollha r-rotot tagħhom bejn punt ta’ dħul u punt ta’ ħruġ mingħajr ma jirreferu għan-netwerk tar-rotot tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru; |
|
(22) |
“settur tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru” (“settur tal-ATC”) tfisser volum definit ta’ spazju tal-ajru li għalih tim ta’ kontrolluri jkollu responsabbiltà għall-ATC fi kwalunkwe ħin partikulari; |
|
(23) |
“rotta mitluba mill-utent” tfisser ir-rotta mitluba li tiġi ddikjarata mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-istadju tad-disinn tal-ispazju tal-ajru sabiex jiġu ssodisfati ħtiġijiethom; |
|
(24) |
“konfigurazzjoni tas-settur” tfisser skema li tikkombina setturi tal-ispazju tal-ajru bil-għan li tiżgura li r-rekwiżiti operazzjonali jintlaħqu bl-aħjar mod, u li tiġi ottimizzata d-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru; |
|
(25) |
“rotta tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (rotta tal-ATS)” tfisser parti speċifika mill-istruttura tal-ispazju tal-ajru maħsuba sabiex il-fluss tat-traffiku jkun dirett kif meħtieġ għall-forniment ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru; |
|
(26) |
“assenjazzjoni ta’ frekwenza” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru sabiex tintuża frekwenza tar-radju jew sabiex jintuża kanal ta’ frekwenza tar-radju f’kundizzjonijiet speċifikati. |
Artikolu 3
Il-komponenti tan-netwerk
1. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, in-netwerk għandu jinkludi l-ajruporti, l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru u l-interfaċċi li jqabbduhom ma’ xulxin, kif ukoll l-infrastruttura u l-kapaċitajiet operazzjonali tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru li flimkien jaqdu lill-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru.
2. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali u l-Maniġer tan-Netwerk, fil-limiti tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom jippjanaw, jiddisinjaw, joperaw u jimmonitorjaw il-komponenti tan-netwerk imsemmija fil-paragrafu 1 skont il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u l-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, kif speċifikat fl-Artikoli 8 u 9 rispettivament, bil-għan li jittejbu l-effiċjenza, l-interoperabbiltà u l-konnettività tan-netwerk, kif ukoll biex jinkisbu l-miri ta’ prestazzjoni lokali u tal-Unjoni kollha kif stabbiliti fl-iskema ta’ prestazzjoni.
KAPITOLU II
ORGANIZZAZZJONI U ĠESTJONI TAL-FUNZJONIJIET TAN-NETWERK
Artikolu 4
Il-ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk u d-dmirijiet tal-Maniġer tan-Netwerk wara l-ħatra tiegħu
1. Il-ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk għandha ssir fil-forma ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Dik id-Deċiżjoni għandha tinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħatra, inkluż il-finanzjament tal-Maniġer tan-Netwerk.
2. Il-perjodu tal-ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk għandu jdum mill-inqas żewġ perjodi referenzjarji tal-iskema ta’ prestazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (9).
3. Korp għandu jinħatar bħala Maniġer tan-Netwerk biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun wera l-kompetenza u l-kapaċità tiegħu biex iwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 7; |
|
(b) |
ikun iddeskriva l-għanijiet ewlenin li beħsiebu jikseb matul il-perjodu tal-ħatra, u kif ikun se jiżgura kwalità tajba tas-servizzi tiegħu lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali; |
|
(c) |
ikun iddeskriva l-approċċ u l-mezzi li beħsiebu juża, u jkun iddeskriva kif beħsiebu jwettaq il-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(d) |
jekk iwettaq ukoll attivitajiet minbarra dawk rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, ikun wera li dawk l-attivitajiet l-oħra se jitwettqu b’mod indipendenti mill-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk stipulati fl-Artikolu 7. |
4. Ladarba jkun inħatar, il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
|
(a) |
ikun iċċertifikat mill-Aġenzija skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (10); |
|
(b) |
jippreżerva l-għarfien espert operazzjonali u tekniku meħtieġ biex iwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 7 b’mod indipendenti, imparzjali u kosteffettiv; |
|
(c) |
jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet dwar il-governanza u l-konsultazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli III u V; |
|
(d) |
jevita kunflitti ta’ interess; |
|
(e) |
ikun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni huwa u jwettaq il-kompiti tiegħu; |
|
(f) |
jiġġestixxi d-data sensittiva b’mod sigur; |
|
(g) |
ikun irrappreżentat minn maniġer li għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk u għall-ġestjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji tiegħu, kif ukoll jagħti rendikont ta’ għemilu f’każ ta’ bżonn. |
5. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja regolarment il-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk, u għandha tivvaluta l-konformità tal-Maniġer tan-Netwerk mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll mal-kompiti stipulati fl-Artikolu 7.
Artikolu 5
Valutazzjoni
Sa mhux iktar tard minn tmiem kull perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-funzjonijiet tan-netwerk ikunux twettqu b’mod effettiv, u jekk il-Maniġer tan-Netwerk ikunx wettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, skont l-Artikolu 4(4).
Artikolu 6
Kundizzjonijiet ta’ rtirar
1. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġġustifikaw l-irtirar tal-ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk mill-Kummissjoni:
|
(a) |
nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4 u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li taħtar il-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(b) |
nuqqas serju u persistenti milli jilħaq il-miri ta’ prestazzjoni tiegħu. |
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi u jimplimenta miżuri xierqa biex jiżgura l-kontinwità tas-servizz fit-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk f’każ ta’ rtirar tal-ħatra, sakemm jinħatar korp ieħor biex jaġixxi bħala Maniġer tan-Netwerk.
Artikolu 7
Il-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa t-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, u għal dan il-għan, għandu:
|
(a) |
jistabbilixxi u jżomm aġġornat il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk speċifikat fl-Artikolu 8, skont l-iskema ta’ prestazzjoni u l-Pjan Regolatorju tal-ATM, filwaqt li jqis il-pjan Ewropew rilevanti tan-navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO u dokumenti relatati; |
|
(b) |
jistabbilixxi l-Pjan ta’ Operazzjonjiet tan-Netwerk speċifikat fl-Artikolu 9 biex jimplimenta l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk, u fih ikopri s-snin kalendarji tal-perjodu referenzjarju u l-perjodi annwali, staġonali, ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum; |
|
(c) |
jiżviluppa, jorganizza u jipprovdi funzjoni integrata tad-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, kif stabbilit fl-Anness I; |
|
(d) |
jikkoordina l-ġestjoni tal-fluss u tal-kapaċità tat-traffiku tal-ajru, u permezz tal-unità ċentrali għall-ATFM, jikkoordina u jwettaq miżuri tal-ATFM kif stabbilit fl-Anness II; |
|
(e) |
jipprovdi l-funzjoni ċentrali għall-koordinazzjoni tal-frekwenzi tar-radju kif meħtieġ mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 u kif stabbilit fl-Anness III, inkluż reġistru ċentrali biex jirreġistra d-data kollha tal-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju; |
|
(f) |
jikkoordina l-proċessi ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tar-radar transponder, kif stabbilit fl-Anness IV; |
|
(g) |
jorganizza l-ġestjoni u t-tħaddim tal-funzjonijiet tan-netwerk; |
|
(h) |
jikkoordina u jappoġġa l-ġestjoni tal-kriżijiet tan-netwerk skont l-Artikoli 19 u 21; u jsejjaħ lill-EACCC, wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni; |
|
(i) |
jiżgura l-koordinazzjoni, fir-rigward tal-funzjonijiet tan-netwerk, ma’ reġjuni tal-ICAO minbarra r-reġjun EUR tal-ICAO, u ma’ pajjiżi li ma jipparteċipawx fil-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(j) |
jistabbilixxi, jaġġorna u jwettaq il-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Maniġer tan-Netwerk u l-baġit assoċjat miegħu; |
|
(k) |
jiżviluppa u jimplimenta sistema ta’ twissija jew ta’ allarm biex tipprovdi lill-Kummissjoni b’data abbażi tal-analiżi tal-pjanijiet tat-titjir, sabiex tkun tista’ timmonitorja l-konformità mal-projbizzjonijiet fuq l-operat imposti fuq kumpaniji tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jew il-konformità ma’ miżuri oħra tas-sikurezza u tas-sigurtà, jew mat-tnejn li huma; |
|
(l) |
jipprovdi l-appoġġ mitlub mill-ICAO għal kompiti marbutin mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk fir-reġjun EUR tal-ICAO, soġġett għall-konklużjoni ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-ICAO. |
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkontribwixxi wkoll għat-titjib kontinwu tal-operazzjonijiet tan-netwerk fl-Ajru Uniku Ewropew u għall-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni. B’mod partikulari, il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
|
(a) |
jiżgura li l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u l-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni kollha, kif ukoll il-miri lokali assoċjati ta’ prestazzjoni, u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjanijiet; |
|
(b) |
ifassal Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk skont l-iskema ta’ prestazzjoni, u jimplimentah wara li l-Kummissjoni tkun approvatu; |
|
(c) |
jibda, jappoġġa u jikkoordina l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati operazzjonali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet operazzjonali, sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-ispazju tal-ajru u tal-kapaċità disponibbli, u sabiex jitnaqqas id-dewmien fin-netwerk; |
|
(d) |
jidentifika fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk l-inizjattivi kollha li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ koordinazzjoni transfruntiera u l-forniment ta’ servizz transfruntiera tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tan-navigazzjoni bl-ajru, b’enfasi fuq l-inizjattivi li fuqhom jiddependi partikularment it-twassil tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk; |
|
(e) |
jidentifika l-perikli tas-sikurezza operazzjonali fil-livell tan-netwerk, b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, u jivvaluta r-riskju tas-sikurezza assoċjat tan-netwerk, u jirrapportahom lill-Aġenzija; |
|
(f) |
jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali, lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar it-tbassir tat-traffiku, kif ukoll b’analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni; |
|
(g) |
jappoġġa lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ tranżizzjoni għad-dħul fis-servizz ta’ titjib importanti fis-sistemi tal-ispazju tal-ajru jew fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; |
|
(h) |
jiżviluppa proċeduri għall-allokazzjoni tad-dewmien tal-AFTM permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, u jorganizza proċess ta’ aġġustament wara l-operazzjonjiet li jinvolvi lill-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, lill-ajruporti u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali, sabiex jindirizzaw kwistjonijiet marbutin mal-kejl, mal-klassifikazzjoni u mal-allokazzjoni tad-dewmien tal-AFTM; |
|
(i) |
jappoġġa lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali fl-implimentazzjoni ta’ użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2005. |
3. Sabiex jaqdi l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
|
(a) |
jiżgura li jkun hemm għodod, proċessi u data konsistenti disponibbli għall-appoġġ tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv fil-livell tan-netwerk, li jiżgura li dik id-data tkun kondiviża. Tali data għandha tinkludi, b’mod partikulari, l-ipproċessar tal-pjanijiet tat-titjir, is-sistemi Ewropej ta’ ġestjoni tad-data, u l-informazzjoni ajrunawtika marbuta mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, kif ukoll portal elettroniku ta’ informazzjoni integrata b’aċċess għall-partijiet ikkonċernati interessati, soġġett għall-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 551/2004; |
|
(b) |
jipprovdi approċċ ikkonsolidat u kkoordinat għall-attivitajiet kollha ta’ ppjanar u operazzjonali tan-netwerk, inkluż il-monitoraġġ u t-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk sabiex jittejbu l-effiċjenza, l-interoperabbiltà u l-konnettività tan-netwerk; |
|
(c) |
jikkontribwixxi għal emendi għad-dokumenti tal-ICAO marbutin mal-funzjonijiet tan-netwerk, skont proċessi tal-Unjoni; |
|
(d) |
jappoġġa lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali fil-qadi tal-obbligi li jingħatawlhom, fl-implimentazzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS) skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM, b’mod partikulari l-proġetti komuni maħluqa skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 (12); |
|
(e) |
jgħin lill-Kummissjoni u lill-maniġment tal-mobilizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013, fit-tfassil, fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tal-proġetti komuni skont l-Artikolu 5 tal-istess Regolament; |
|
(f) |
jiftiehem mal-maniġment tal-mobilizzazzjoni fuq arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(7) u l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013; |
|
(g) |
jimmonitorja l-prestazzjoni tal-infrastruttura rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, jiġifieri:
|
|
(h) |
jiżviluppa, jorganizza u jipprovdi servizzi komuni ta’ appoġġ għan-netwerk marbutin mal-funzjonijiet tan-netwerk li jkunu meħtieġa mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali, u li jitwettqu b’mod ċentrali għall-benefiċċju tal-prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk u għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza, jiġifieri:
|
|
(i) |
jappoġġa lill-entitajiet fdati bl-istħarriġ tal-aċċidenti u tal-inċidenti tal-avjazzjoni ċivili, jew bl-analiżi tal-okkorrenzi, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), meta jitolbu għal tali għajnuna; |
|
(j) |
jiskambja data operazzjonali mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004; |
|
(k) |
jiġbor, jikkonsolida u janalizza d-data kollha identifikata fl-Annessi I sa VI, u jipprovdi din id-data lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni, kif mitlub. |
4. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jwieġeb għal talbiet ad hoc mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri jew mill-Aġenzija għal informazzjoni, pariri, analiżi jew kompiti anċillari oħra simili marbutin mal-funzjonijiet varji.
Artikolu 8
Pjan Strateġiku tan-Netwerk
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi u jaġġorna l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk, b’mod konsistenti mal-Pjan Regolatorju tal-ATM u permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv. Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għandu jiggwida l-iżvilupp fit-tul tan-netwerk, u għandu jkun allinjat mal-perjodi referenzjarji tal-iskema ta’ prestazzjoni, u għandu jkopri l-perjodu tal-ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk.
2. Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għandu jiġi stabbilit abbażi tal-mudell stipulat fl-Anness V. Għandu jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk, kif ukoll mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri.
3. Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għandu jkollu l-għan li jilħaq il-miri ta’ prestazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk previsti fl-iskema ta’ prestazzjoni.
4. Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għandu jiġi aġġornat minn tal-inqas 12-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perjodu referenzjarju.
Artikolu 9
Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi Pjan iddettaljat ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, sabiex jimplimenta l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk fil-livell operazzjonali fil-medda l-qasira u medja, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
2. Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jkopri s-snin kalendarji tal-perjodu referenzjarju u tal-perjodi annwali, inkluż l-azzjonijiet operazzjonali inklużi fih.
3. Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI. Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jiġi approvat mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk.
4. Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jinkludi, b’mod partikulari:
|
(a) |
rekwiżiti ta’ prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk, u valuri referenzjarji tad-dewmien tal-ATFM, bil-għan li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni kollha; |
|
(b) |
azzjonijiet operazzjonali li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni kollha, kif ukoll miri lokali ta’ prestazzjoni fl-iskema ta’ prestazzjoni, li jkopru s-snin kalendarji tal-perjodu referenzjarju u l-perjodi annwali, staġonali, ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum, filwaqt li jitqiesu l-aħħar tbassir tat-traffiku u l-evoluzzjoni tiegħu. |
5. Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jiġbor fih azzjonijiet operazzjonali marbutin mal-funzjonijiet tan-netwerk u mar-rekwiżiti militari kollha, jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu previsti mill-Istati Membri. Dawk l-azzjonijiet operazzjonali għandhom jiġu ddeterminati permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, u l-Maniġer tan-Netwerk għandu jivvaluta l-konsistenza reċiproka tagħhom.
6. Jekk il-Maniġer tan-Netwerk jidentifika limiti operazzjonali u konġestjoni li jxekklu l-ilħiq tal-miri ta’ prestazzjoni lokali u tal-Unjoni kollha, għandu jissuġġerixxi azzjonijiet operazzjonali addizzjonali. Tali azzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
7. Il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tagħhom ikunu allinjati mal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk u għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet operazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4.
8. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jaġġorna l-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk kif meħtieġ, u mill-inqas darba kull sitt xhur.
Artikolu 10
Miżuri ta’ rimedju
1. Jekk ma jintlaħqux il-livelli ta’ prestazzjoni maqbula permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, jew jekk ma jiġux implimentati l-azzjonijiet operazzjonali msemmija fil-paragrafu 4(b) tal-Artikolu 9, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipproponi, bħala parti mit-twettiq tal-kompiti tiegħu u mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, miżuri ta’ rimedju li jridu jittieħdu mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali. Huwa u jagħmel dan, il-Maniġer tan-Netwerk l-ewwel għandu jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati operazzjonali milquta minn dawk il-miżuri; it-tieni, għandu jressaq il-proposta għal miżuri ta’ rimedju lill-grupp ta’ ħidma dwar l-operazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 18(2) għad-diskussjoni; u t-tielet, għandu jikseb l-approvazzjoni tal-proposta għal miżuri ta’ rimedju mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali milquta minn dawk il-miżuri għandhom jimplimentawhom, jew jinfurmaw lill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk bir-raġunijiet għalfejn ma implimentawhomx.
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinforma lill-Istati Membri u lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tal-parti kkonċernata operazzjonali affettwata mill-miżuri ta’ rimedju dwar il-kontenut tal-miżura u dwar kwalunkwe aspett marbut ma’ bidliet fil-prestazzjoni operazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni u lill-Maniġer tan-Netwerk meta r-responsabbiltajiet tagħhom ixekklu l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju, jew meta l-implimentazzjoni tagħhom twassal għal inkonsistenzi mal-pjanijiet ta’ prestazzjoni.
4. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi u jaġġorna reġistru tal-azzjonijiet operazzjonali u tal-miżuri ta’ rimedju li l-partijiet ikkonċernati operazzjonali ma jkunux implimentaw, inkluż ir-raġunijiet li jxekklu l-implimentazzjoni tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
Artikolu 11
Relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali
1. Sabiex jimmonitorja u jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma xierqa mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali skont l-Artikolu 17.
2. Il-Maniġer tan-Netwerk u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom jikkoordinaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-għodod u tas-sistemi meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2).
3. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet operazzjonali implimentati fil-livell lokali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jkunu kompatibbli ma’ dawk iddeterminati permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
4. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data rilevanti elenkata fl-Annessi I sa VI, b’konformità mal-perjodi ta’ żmien u mar-rekwiżiti ddeterminati permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
Artikolu 12
Relazzjonijiet mal-Istati Membri
1. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jqis kif xieraq ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sovranità tagħhom fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom, kif ukoll fejn jidħlu l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u kwistjonijiet ta’ difiża.
2. L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-iżvilupp iddettaljat, għall-approvazzjoni u għall-istabbiliment tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għall-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
3. Fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu involuti fi kwistjonijiet operazzjonali marbutin mal-funzjonijiet tan-netwerk, b’mod partikulari l-koordinazzjoni ta’ riżorsi skarsi kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2), il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkonsulta magħhom fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-riżultati ddeterminati f’dan il-proċess fil-livell nazzjonali.
Artikolu 13
Relazzjonijiet mal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkoopera mill-qrib mal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, b’mod partikulari fir-rigward tal-ippjanar strateġiku, il-ġestjoni tattika tal-fluss ta’ kuljum u l-ġestjoni tal-kapaċità.
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, proċessi, proċeduri u interfaċċi armonizzati biex jiffaċilitaw il-konnettività operazzjonali bejn il-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali.
3. L-Istati Membri li jikkooperaw fi blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali għandhom jagħmlu ħilitihom biex jifformulaw fehmiet ikkonsolidati dwar il-kwistjonijiet strateġiċi tal-funzjonijiet tan-netwerk kif imsemmi fl-Artikolu 21(2).
4. Il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru li jikkooperaw fi blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali għandhom jagħmlu ħilithom biex jifformulaw fehmiet ikkonsolidati għall-appoġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
Artikolu 14
Kooperazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm involviment xieraq mill-awtoritajiet militari nazzjonali fl-attivitajiet kollha marbutin mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm rappreżentanza xierqa tal-fornituri militari ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-utenti militari tal-ispazju tal-ajru fil-proċess ta’ konsultazzjoni u fl-arranġamenti ta’ ħidma stabbiliti mill-Maniġer tan-Netwerk.
3. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li jkun hemm arranġamenti xierqa fis-seħħ biex jippermettu u jappoġġaw il-koordinazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet militari nazzjonali u ma’ korpi militari rilevanti oħra, fosthom l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA). L-ambitu ta’ dik il-koordinazzjoni għandu jkopri l-aspetti kollha marbutin mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk li jkollhom impatt fuq l-attivitajiet militari.
4. Il-funzjonijiet tal-ERND u tal-AFTM għandhom jitwettqu mingħajr ħsara għall-prenotazzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet ta’ volumi tal-ispazju tal-ajru għall-użu esklużiv jew speċifiku tal-Istati Membri. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jħeġġeġ u jikkoordina d-disponibbiltà tar-rotot kundizzjonali li jgħaddu minn dawk il-volumi, u għandu jiffaċilita l-arranġamenti għal rekwiżiti militari u għal risposti ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.
KAPITOLU III
GOVERNANZA TAL-FUNZJONIJIET TAN-NETWERK
Artikolu 15
Teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv
1. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom iwettqu l-funzjonijiet tan-netwerk bl-appoġġ tal-Maniġer tan-Netwerk permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv li jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
il-proċess ta’ konsultazzjoni previst fl-Artikolu 16; |
|
(b) |
l-arranġamenti ta’ ħidma dettaljati u l-proċessi għal operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 17. |
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jgħin lill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk fl-adozzjoni ta’ miżuri marbutin mal-governanza tal-funzjonijiet tan-netwerk kif previst fl-Artikolu 18.
3. Fejn l-azzjonijiet tal-Maniġer tan-Netwerk jiġu kkontestati minn parti kkonċernata operazzjonali waħda jew iktar, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk sabiex tiġi solvuta.
Artikolu 16
Il-proċess ta’ konsultazzjoni
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi proċess għall-konsultazzjoni xierqa u regolari tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 1(3).
2. Il-konsultazzjoni għandha tkopri l-arranġamenti ta’ ħidma dettaljati u l-proċessi għal operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 17, il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk, il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, u l-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk, kif ukoll il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet, tar-rapporti lill-Kummissjoni u ta’ kwistjonijiet operazzjonali.
3. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jadatta l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-bżonnijiet tal-funzjonijiet individwali tan-netwerk. Sabiex ikun żgurat li l-kwistjonijiet regolatorji jkunu jistgħu jiġu indirizzati, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu involuti meta jkun meħtieġ.
4. Fejn il-partijiet ikkonċernati operazzjonali jistqarru li l-fehmiet tagħhom dwar kwistjoni speċifika ma tqisux, il-kwistjoni għandha l-ewwel tiġi rreferuta lill-Maniġer tan-Netwerk għal konsiderazzjoni ulterjuri. Fejn ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni b’dak il-mod, għandha tiġi rreferuta lill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk sabiex tiġi solvuta.
Artikolu 17
Arranġamenti ta’ ħidma u proċessi għal operazzjonijiet
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, mal-Istati Membri, ma’ pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 24(1), u ma’ pajjiżi assoċjati kif xieraq, u għandu jistabbilixxi wkoll proċessi għal operazzjonijiet biex jindirizzaw aspetti ta’ ppjanar u operazzjonali marbutin mat-twettiq ta’ funzjonijiet tan-netwerk, filwaqt li jitqiesu b’mod partikulari l-karatteristiki u r-rekwiżiti speċifiċi tal-funzjonijiet individwali tan-netwerk, kif speċifikat fl-Annessi I sa IV.
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li l-arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati u l-proċessi għal operazzjonijiet ikunu jinkludu regoli għan-notifika tal-miżuri ta’ rimedju li jirriżultaw mit-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, indirizzati lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 1(3).
3. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati u l-proċessi għal operazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-separazzjoni tal-forniment tas-servizz minn kwistjonijiet regolatorji kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
Artikolu 18
Il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk
1. Il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk għandu jkun responsabbli:
|
(a) |
għall-approvazzjoni tal-abbozz tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk; |
|
(b) |
għall-approvazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk; |
|
(c) |
għall-approvazzjoni tal-proposti għal miżuri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 10; |
|
(d) |
għall-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-proċessi ta’ konsultazzjoni kif ukoll tal-arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati u l-proċessi għal operazzjonijiet għall-funzjonijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikoli 15 u 17, u l-proċess ta’ aġġustament wara l-operazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 7(2)(h); |
|
(e) |
għall-approvazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni previsti fl-Artikolu 19(5), kif ukoll tal-programm ta’ ħidma tagħha; |
|
(f) |
għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk, il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk u l-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b), u għall-indirizzar ta’ kwalunkwe devjazzjoni potenzjali mill-pjanijiet inizjali; |
|
(g) |
għall-monitoraġġ tal-proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali; |
|
(h) |
għall-monitoraġġ tal-attivitajiet marbutin mal-ġestjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk u tat-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk, inkluż il-kwalità tas-servizzi li jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali; |
|
(i) |
għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Maniġer tan-Netwerk marbutin mal-kriżijiet tan-netwerk; |
|
(j) |
għall-approvazzjoni tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22(3); |
|
(k) |
għall-indirizzar tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3) u 16(4) li ma jiġux solvuti fil-livell tal-funzjoni tan-netwerk individwali; |
|
(l) |
għall-approvazzjoni tal-baġit annwali tal-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(m) |
għall-approvazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord; |
|
(n) |
għall-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma msemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 7(1) u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(o) |
għall-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2); |
|
(p) |
għall-għoti ta’ opinjoni dwar funzjonijiet addizzjonali possibbli li jistgħu jiġu attribwiti lill-Maniġer tan-Netwerk b’applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) jew tal-Artikolu 6(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004; |
|
(q) |
għall-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet għall-monitraġġ tal-prestazzjoni tal-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 7(3)(g), inkluż id-diversi analiżijiet korrispondenti tal-kostijiet u tal-benefiċċji; |
|
(r) |
għall-għoti ta’ opinjonijiet dwar l-iżvilupp u l-forniment ta’ servizzi komuni ta’ appoġġ għan-netwerk kif imsemmi fl-Artikolu 7(3)(h), inkluż id-diversi analiżijiet korrispondenti tal-kostijiet u tal-benefiċċji; |
|
(s) |
għall-approvazzjoni tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(l), fl-Artikolu 7(3)(f) u fl-Artikolu 24; |
|
(t) |
għall-għoti ta’ opinjoni dwar il-ħatra tal-maniġer tal-Maniġer tan-Netwerk, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(g). |
2. Il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk għandu jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jappoġġawh fil-ħidma tiegħu, b’mod partikulari grupp ta’ ħidma dwar l-operazzjonijiet, magħmul mid-diretturi operattivi tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali.
3. Il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk għandu jkollu l-membri bid-dritt tal-vot li ġejjin:
|
(a) |
rappreżentant wieħed tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għal kull blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali li jkun stabbilit jew li qed jiġi stabbilit, b’għadd totali ta’ erba’ voti għall-fornituri kollha ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru; |
|
(b) |
erba’ rappreżentanti tal-utenti ċivili kummerċjali u mhux kummerċjali tal-ispazju tal-ajru; |
|
(c) |
żewġ rappreżentanti tal-operaturi tal-ajruporti; |
|
(d) |
żewġ rappreżentanti tal-fornituri militari ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-utenti militari tal-ispazju tal-ajru. |
4. Il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk għandu jkollu l-membri mingħajr dritt tal-vot li ġejjin:
|
(a) |
il-president tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk; |
|
(b) |
rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni; |
|
(c) |
il-maniġer tal-Maniġer tan-Netwerk, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(g); |
|
(d) |
il-president tal-grupp ta’ ħidma dwar l-operazzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 2; |
|
(e) |
żewġ rappreżentanti tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru minn pajjiżi assoċjati, li jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(f) |
rappreżentant wieħed tal-Eurocontrol. |
5. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk għandu jkollu sostitut.
6. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-president tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk abbażi tal-kompetenza teknika u l-għarfien espert tagħha jew tiegħu, u fuq proposta mill-membri bid-dritt tal-vot tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk. Il-Kummissjoni għandha taħtar ukoll żewġ viċi presidenti minn fost il-membri bid-dritt tal-vot.
7. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri bid-dritt tal-vot u s-sostituti tagħhom kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3, fuq proposti mingħand l-organizzazzjonijiet tagħhom. Għandha taħtar il-membri bid-dritt tal-vot u s-sostituti tagħhom kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3, fuq proposti mingħand il-korpi rappreżentattivi Ewropej rispettivi. Għandha taħtar il-membru bid-dritt tal-vot u s-sostitut tiegħu kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 3, fuq proposti mingħand l-EDA. Għandha taħtar il-membri mingħajr dritt tal-vot kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 4, fuq proposta mingħand il-Eurocontrol, abbażi kemm ta’ rotazzjoni, li tippermetti li kull pajjiż assoċjat jinħatar meta jkun imissu, u kemm tal-bżonnijiet operazzjonali fiż-żmien tal-ħatra.
8. Il-Kummissjoni tista’ taħtar osservaturi u esperti indipendenti bħala konsulenti, li jservu fil-kapaċità personali tagħhom u jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ dixxiplini li jinkludu l-funzjonijiet tan-netwerk.
9. Il-membri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 għandu jkollhom id-dritt li jiċħdu proposti li jkollhom impatt fuq:
|
(a) |
il-kompatibbiltà tal-attivitajiet tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk mal-miri u mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; |
|
(b) |
l-imparzjalità u l-ekwità fit-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk. |
10. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e), (j), (l) sa (o) u (s) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.
11. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk għandhom jissejħu mill-president tiegħu. Il-Bord għandu jorganizza minn tal-anqas tliet laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq talba tal-president jew tal-Kummissjoni. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u għall-president.
12. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipprovdi r-riżorsi meħtieġa għall-istabbiliment u għall-operat tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu.
KAPITOLU IV
ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET TAN-NETWERK
Artikolu 19
Iċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni
1. Il-ġestjoni tal-kriżijiet tan-netwerk għandha tkun appoġġata mill-istabbiliment ta’ Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni (l-EACCC). L-EACCC għandha tikkontribwixxi, bil-ħidma tagħha, għall-koordinazzjoni tar-risposti għall-kriżijiet tan-netwerk.
2. L-EACCC għandu jkollha bħala membri permanenti rappreżentant wieħed minn kull wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
Stat Membru b’mandat għal dan il-għan mill-Istati Membri kollha; |
|
(b) |
il-Kummissjoni; |
|
(c) |
l-Aġenzija; |
|
(d) |
il-Eurocontrol; |
|
(e) |
il-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(f) |
il-militar; |
|
(g) |
il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru; |
|
(h) |
l-operaturi tal-ajruporti; |
|
(i) |
l-utenti tal-ispazju tal-ajru. |
Il-Kummissjoni għandha taħtar dawk il-membri u s-sostituti tagħhom. Il-ħatra għandha ssir wara proposta mingħand:
|
(1) |
l-Istati Membri, fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu; |
|
(2) |
l-Aġenzija, il-Eurocontrol u l-Maniġer tan-Netwerk, fil-każ imsemmi fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, skont il-każ; |
|
(3) |
l-EDA, fil-każ imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu; |
|
(4) |
il-korpi rappreżentattivi Ewropej rispettivi, fil-każ imsemmi fil-punti (g), (h) u (i) tal-ewwel subparagrafu. |
3. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt fokali (punt fokali Statali) u sostitut għall-EACCC, u għandu jiffaċilita l-aċċess tagħhom għal informazzjoni rilevanti minn strutturi nazzjonali ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, mhux biss fil-qasam tal-avjazzjoni. Il-punti fokali Statali għandhom iwettqu dmirijiethom skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-EACCC.
4. Każ b’każ, l-EACCC tista’ tinvolvi esperti, skont in-natura tal-kriżi speċifika, biex jgħinuha tfassal risposti ta’ ġestjoni tal-kriżi.
5. L-EACCC għandha tħejji r-Regoli ta’ Proċedura tagħha, u emendi għalihom, għall-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk, skont l-Artikolu 18(1)(e).
6. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipprovdi r-riżorsi meħtieġa għall-istabbiliment u għall-operat tal-EACCC.
Artikolu 20
Responsabbiltajiet tal-Maniġer tan-Netwerk
Il-Maniġer tan-Netwerk, meta jkun meħtieġ bl-appoġġ tal-EACCC, għandu:
|
(a) |
jikkoordina r-risposti għall-kriżijiet tan-netwerk, inkluż b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ strutturi korrispondenti fl-Istati Membri; |
|
(b) |
jappoġġa l-attivazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza fil-livell tal-Istati Membri, b’mod partikulari permezz tan-netwerk ta’ punti fokali Statali; |
|
(c) |
iħejji miżuri ta’ taffija fil-livell tan-netwerk sabiex ikun żgurat li jkun hemm risposta f’waqtha għal kriżi tan-netwerk sabiex jitħares u jiġi żgurat l-operat kontinwu u sikur tan-netwerk. Għal dan il-għan, il-Maniġer tan-Netwerk, b’mod indipendenti, għandu:
|
|
(d) |
jindika, fejn xieraq, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija jew lill-Istati Membri, kwalunkwe opportunità għal appoġġ addizzjonali għat-taffija ta’ kriżi tan-netwerk, inkluż billi jikkomunika ma’ operaturi ta’ modalitajiet oħrajn tat-trasport li jistgħu jidentifikaw u jimplimentaw soluzzjonijiet intermodali; |
|
(e) |
jimmonitorja l-irkupru u r-reżiljenza tan-netwerk u jirrapporta lill-EACCC dwarhom; |
|
(f) |
jorganizza, jiffaċilita u jwettaq programm miftiehem ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni ta’ kriżi tan-netwerk, bl-involviment tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, sabiex jantiċipaw kriżijiet tan-netwerk f’ħin reali; |
|
(g) |
jiżviluppa, jimplimenta u jimmonitorja programm ta’ ħidma u reġistru tar-riskji. |
KAPITOLU V
KONSULTAZZJONI MAL-ISTATI MEMBRI, MONITORAĠĠ, RAPPURTAR U SUPERVIŻJONI
Artikolu 21
Informazzjoni u konsultazzjoni mal-Istati Membri
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jaġġorna regolarment lill-Kummissjoni bil-progress fit-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk u l-miżuri li jkunu ttieħdu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dak il-progress u b’dawk il-miżuri.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet strateġiċi tal-funzjonijiet tan-netwerk, u għandha tqis l-opinjoni tagħhom.
Dawk il-kwistjonijiet għandhom jinkludu:
|
(a) |
il-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju mill-Maniġer tan-Netwerk, kif imsemmi fl-Artikolu 10; |
|
(c) |
il-ħatra tal-president u tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk; |
|
(d) |
l-abbozz tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk, u b’mod partikulari l-għanijiet tal-pjan fi stadju bikri; |
|
(e) |
l-abbozz tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk; |
|
(f) |
l-abbozz tal-baġit annwali tal-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(g) |
ir-Rapport Annwali tal-Maniġer tan-Netwerk; |
|
(h) |
l-abbozz tar-Regoli ta’ Proċedura tal-EACCC; |
|
(i) |
l-ispeċifikazzjonijiet għall-proċessi ta’ konsultazzjoni u l-arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati u l-proċessi għal operazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 16 u 17; |
|
(j) |
il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3) li ma jiġux solvuti fil-livell tal-funzjoni individwali tan-netwerk; |
|
(k) |
il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3); |
|
(l) |
il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5; |
|
(m) |
l-iżvilupp u l-qadi ta’ kompiti ta’ monitoraġġ marbutin mal-infrastruttura tal-ATM/tas-CNS, u ta’ servizzi komuni ta’ appoġġ għan-netwerk marbutin mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk, inkluż id-diversi analiżijiet korrispondenti tal-kostijiet u tal-benefiċċji, u l-baġit; |
Il-konsultazzjoni fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu għandha ssir b’mod regolari.
Artikolu 22
Il-monitoraġġ u r-rappurtar
1. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi proċess ta’ monitoraġġ kontinwu għal dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk; |
|
(b) |
il-miżuri meħuda u l-eżitu tal-prestazzjoni milħuq mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali u mill-Istati Membri; |
|
(c) |
l-effettività u l-effiċjenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv fit-twettiq ta’ kull waħda mill-funzjonijiet; |
|
(d) |
il-kwalità tas-servizzi tiegħu għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali permezz ta’ indikaturi speċifiċi. |
2. Il-monitoraġġ kontinwu għandu jimmira li jidentifika kwalunkwe devjazzjoni potenzjali mill-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u mill-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom jappoġġaw lill-Maniġer tan-Netwerk f’dan il-proċess billi jipprovdu d-data.
3. Kull sena, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u lill-Aġenzija, dwar il-miżuri li jkun ħa sabiex wettaq il-kompiti tiegħu, u r-rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tan-netwerk. Ir-rapport għandu jindirizza funzjonijiet individwali tan-netwerk, kif ukoll il-qagħda ġenerali tan-netwerk, u l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk, tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk u tal-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk, u l-ilħiq tal-għanijiet tal-Maniġer tan-Netwerk għall-iżgurar tal-kwalità tas-servizzi tiegħu lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-Istati Membri.
Artikolu 23
Is-superviżjoni tal-Maniġer tan-Netwerk
Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-superviżjoni tal-Maniġer tan-Netwerk, fir-rigward tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti inklużi f’dan ir-Regolament u f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikulari r-Regolament (KE) Nru 2150/2005, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 (14), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 409/2013, u proġetti komuni stabbiliti skont dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-eżitu tas-superviżjoni.
KAPITOLU VI
RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI
Artikolu 24
Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk
1. Il-pajjiżi terzi jipparteċipaw fil-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk skont id-dritt tal-Unjoni, skont u soġġett għal ftehimiet mal-Unjoni.
2. Il-pajjiżi assoċjati, u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali tagħhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk.
3. Il-Maniġer tan-Netwerk jista’ jidħol f’arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru stabbiliti f’pajjiżi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, fir-reġjuni EUR, NAT, AFI u MID tal-ICAO, fejn dawn il-pajjiżi jkunu qegħdin jipparteċipaw fi blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew fejn is-sehem tagħhom għandu impatt dirett fuq il-prestazzjoni tan-netwerk, u dan biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-konnettività reġjonali xierqa.
4. Sabiex jittejbu t-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk u l-prestazzjoni tan-netwerk, il-Maniġer tan-Netwerk jista’ jidħol ukoll f’arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru stabbiliti f’pajjiżi f’reġjuni tal-ICAO minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, bil-għan li jsir skambju ta’ data dwar il-funzjonijiet tan-netwerk.
KAPITOLU VII
FINANZJAMENT U BAĠIT
Artikolu 25
Il-finanzjament u l-baġit tal-Maniġer tan-Netwerk
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiffinanzjaw il-kompiti fdati f’idejn il-Maniġer tan-Netwerk abbażi tat-tariffi tan-navigazzjoni bl-ajru.
2. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi l-kostijiet tiegħu b’mod ċar u trasparenti.
3. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi baġit li jkun:
|
(a) |
kapaċi jilħaq il-miri ta’ prestazzjoni tiegħu skont il-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b); |
|
(b) |
kapaċi jimplimenta l-programm ta’ ħidma tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(j); |
|
(c) |
imqassam f’kontijiet separati f’sitwazzjonijiet fejn il-korp maħtur biex jaġixxi bħala Maniġer tan-Netwerk iwettaq ukoll kompiti lil hinn minn dawk imsemmija fl-Artikolu 7. |
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 677/2011 jitħassar.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2296 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li twaqqaf il-grupp indipendenti ta’ esperti maħtura bħala l-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 92).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31).
ANNESS I
IL-FUNZJONI TAD-DISINN TAN-NETWERK EWROPEW TAR-ROTOT
PARTI A
Għan u ambitu
|
1. |
L-għan tal-funzjoni tad-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot (ERND) huwa:
|
|
2. |
Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot huwa pjan rikorrenti stabbilit mill-Maniġer tan-Netwerk f’koordinazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali. Il-pjan jinkludi r-riżultat tal-attivitajiet operazzjonali tiegħu, fil-medda l-qasira u dik medja, fuq id-disinn tan-netwerk tar-rotot, skont il-prinċipji ta’ gwida tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk. Għandu jirrifletti l-elementi kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ispazju tal-ajru Ewropew ikun iddisinjat bħala entità waħdanija, u għandu jilħaq il-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni kollha stabbiliti għall-Maniġer tan-Netwerk fl-iskema ta’ prestazzjoni. |
|
3. |
Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għandu jkun il-parti tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk speċifika għall-ERND, u għandu jinkludi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-parti tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk speċifika għall-ERND. |
|
4. |
Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għandu jinkludi:
|
PARTI B
Proċedura għall-iżvilupp tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot
|
1. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, sew jekk jaġixxu bħala parti minn blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sew jekk jaġixxu individwalment, għandhom jiżviluppaw il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot permezz ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 15. Għandhom japplikaw il-prinċipji ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru stabbiliti fil-Parti C ta’ dan l-Anness. |
|
2. |
It-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv għandu jimxi ma’ arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati u ma’ proċessi għal operazzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-esperti mill-Maniġer tan-Netwerk, inkluża d-dimensjoni ċivili u militari. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jiġu żviluppati wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha. L-arranġamenti ta’ ħidma għandhom isiru f’intervalli regolari sabiex jirriflettu l-bżonnijiet tal-funzjoni tad-Disinn tal-Netwerk Ewropew tar-Rotot. |
|
3. |
Sabiex tiġi żgurata l-konnettività xierqa tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, il-Maniġer tan-Netwerk u l-Istati Membri għandhom jinkludu lill-pajjiżi terzi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, skont l-Artikolu 24. Għandha tkun żgurata kooperazzjoni xierqa bejn, fuq naħa, il-Maniġer tan-Netwerk u l-arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati fil-livell tal-esperti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, u fuq in-naħa l-oħra, l-arranġamenti ta’ ħidma fil-livell tal-esperti tal-ICAO rilevanti li jkopru t-titjib fin-netwerk tar-rotot fl-interfaċċa. |
|
4. |
Il-proġetti ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu kompatibbli u konsistenti mal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot. Minn tal-anqas il-bidliet li ġejjin għall-proġetti ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru jirrikjedu verifika tal-kompatibbiltà, u jeħtieġ li jkunu nnotifikati lill-Maniġer tan-Netwerk:
|
|
5. |
Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għandu jiġi rieżaminat kontinwament matul l-operat tiegħu sabiex jitqiesu d-domandi ġodda jew li qed jinbidlu tal-ispazju tal-ajru. F’dak il-proċess ta’ rieżami, għandha tiġi żgurata koordinazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet militari. |
PARTI C
Prinċipji tad-disinn tal-ispazju tal-ajru
|
1. |
Meta jkunu qegħdin ifasslu l-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, sew jekk jaġixxu bħala parti minn blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sew jekk jaġixxu individwalment, għandhom iżommu, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, mal-prinċipji ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru li ġejjin:
|
|
2. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri, il-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (b’dawn tal-aħħar jaġixxu sew bħala parti minn blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sew individwalment) għandhom jiżguraw, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, li l-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-użu tal-ispazju tal-ajru u għall-ġestjoni tal-kapaċità:
|
PARTI D
Monitoraġġ kontinwu tal-kisbiet tal-prestazzjoni fil-livell tan-netwerk
|
1. |
Sabiex jiġi żgurat it-titjib regolari tal-prestazzjoni, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jwettaq rieżami regolari wara l-operazzjonijiet tal-effettività tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru implimentati, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv. |
|
2. |
Dan ir-rieżami għandu jinkludi, b’mod partikulari:
|
ANNESS II
IL-FUNZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-FLUSS TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
PARTI A
Għan u ambitu
|
1. |
L-għan tal-funzjoni tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) huwa:
|
|
2. |
Il-proċeduri tal-ATFM u ta’ kontinġenza msemmija fil-punt 15 tal-Parti B ta’ dan l-Anness għandhom jiżguraw prevedibbiltà aħjar tat-traffiku, u jottimizzaw il-kapaċità disponibbli tal-EATMN (inkluż fl-ajruporti), filwaqt li jimmiraw lejn iż-żieda tal-konsistenza bejn is-slots tal-ajruporti u l-pjanijiet tat-titjir. |
|
3. |
Il-funzjoni tal-ATFM għandha timxi ma’ arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ATFM. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha involuti għandhom jirrispettaw ir-regoli u l-proċeduri li jiżguraw li l-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tintuża b’mod sikur u sal-massimu possibbli; |
|
4. |
Il-funzjoni tal-ATFM għandha tkopri l-fażijiet kollha tal-AFTM (il-fażijiet strateġiċi, pretattiċi, tattiċi u ta’ wara l-operazzjonijiet) kif identifikati fid-dispożizzjonijiet tal-ICAO msemmija fl-Appendiċi. Għandha tkun konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-ICAO. |
|
5. |
Il-funzjoni tal-AFTM għandha tapplika għall-partijiet li ġejjin, jew għall-aġenti li jaġixxu f’isimhom, involuti fil-proċessi tal-ATFM:
|
|
6. |
“Unità lokali tal-ATFM” tfisser entità ta’ ġestjoni tal-fluss li topera f’isem entità ta’ ġestjoni tal-fluss waħda jew iktar, bħala l-interfaċċa bejn l-unità ċentrali għall-ATFM u unità tal-ATS jew grupp ta’ unitajiet tal-ATS. Tista’ topera fil-livell tal-unità tal-ATS, fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew fi kwalunkwe livell ieħor subreġjonali; |
|
7. |
L-unitajiet lokali tal-ATFM u l-Maniġer tan-Netwerk, permezz tal-unità ċentrali għall-ATFM tiegħu, għandhom jappoġġaw it-twettiq tal-funzjoni tal-AFTM. |
PARTI B
Prinċipji operazzjonali u ta’ ppjanar
|
1. |
Il-Maniġer tan-Netwerk u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom jippjanaw u jwettqu l-kompiti b’appoġġ għall-funzjoni tal-AFTM:
|
|
2. |
Għandhom jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni xierqa bejn l-arranġamenti ta’ ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk li jappoġġaw il-funzjoni tal-ATFM, u l-arranġamenti ta’ ħidma rilevanti tal-ICAO li jkopru aspetti tal-ATFM fl-interfaċċi. |
|
3. |
L-inġenji tal-ajru militari li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri tal-ATFM meta joperaw jew ikunu beħsiebhom joperaw fi spazju tal-ajru jew f’ajruporti fejn japplikaw miżuri tal-ATFM. |
|
4. |
Il-funzjoni tal-ATFM għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:
|
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw:
|
|
6. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
|
|
7. |
L-unitajiet tal-ATS għandhom:
|
|
8. |
Id-data msemmija fil-paragrafu 7(d) għandha tkun disponibbli għall-Maniġer tan-Netwerk u għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali u mingħandhom. |
|
9. |
Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tan-netwerk, l-unità tal-ATS fl-ajruport tat-tluq għandha tiżgura li t-titjiriet li ma jżommux mal-ħin stmat tat-tluq tagħhom ma jingħatawx approvazzjoni għat-tlugħ, fid-dawl tat-tolleranza tal-ħin stabbilita jew fid-dawl tal-pjan tat-titjir li jkun ġie miċħud jew sospiż. |
|
10. |
L-unitajiet lokali tal-ATFM għandhom:
|
|
11. |
Fejn ikun hemm uffiċċju tar-rappurtar tal-ATS stabbilit, dan għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-bdoti jew l-operaturi u l-unità lokali tal-ATFM jew il-Maniġer tan-Netwerk li jipprovdi l-ATFM ċentrali. |
|
12. |
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom:
|
|
13. |
L-operaturi tal-ajruporti:
|
|
14. |
Fir-rigward tal-konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjir u s-slots tal-ajruporti:
|
|
15. |
Meta jiġu biex jimplimentaw l-informazzjoni dwar l-ippjanar tal-wasliet u tat-tluq (DPI), il-partijiet ikkonċernati operazzjonali lokali tal-ajruporti għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni sħiħa mal-Maniġer tan-Netwerk fl-istabbiliment u fl-operat ta’ dik il-funzjonalità, kif ukoll l-iskambju tad-data assoċjat. |
|
16. |
Fir-rigward ta’ avvenimenti kritiċi:
|
PARTI C
Monitoraġġ tal-Funzjoni tal-ATFM
|
1. |
Sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u magħha l-prestazzjoni tal-EATMN, l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ippjanati u l-miżuri tal-ATFM, u r-rispett tagħhom, huma ferm importanti. Għaldaqstant, għandu jiġi implimentat monitoraġġ speċifiku tal-funzjoni tal-ATFM. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-konformità mas-slots tat-tluq tal-ATFM f’ajruport tat-tluq tkun 80 % jew inqas f’perjodu ta’ sena, kif identifikata mill-Maniġer tan-Netwerk, l-unità tal-ATS f’dak l-ajruport għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata l-konformità mas-slots tat-tluq tal-ATFM. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li l-Istat Membru kkonċernat irid jibgħat lill-Kummissjoni. |
|
3. |
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ċaħdiet jew sospensjonijiet ta’ pjanijiet tat-titjir, l-unità tal-ATS fl-ajruport ikkonċernat għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-Maniġer tan-Netwerk dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet meħuda biex jiżguraw il-konformità. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li l-Maniġer tan-Netwerk irid jibgħat lill-Kummissjoni. |
|
4. |
F’każ li l-eżenzjonijiet mogħtija jkunu aktar minn 0,6 % tat-tluq annwali fi Stat Membru, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinnotifika lil dak l-Istat Membru. Meta Stat Membru jirċievi tali notifika, għandu jfassal rapport li jipprovdi dettalji dwar l-eżenzjonijiet mogħtija, u jibgħat dan ir-rapport lill-Kummissjoni. |
|
5. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi nnotifikat dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri tal-ATFM li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti marbutin mal-pjanijiet tat-titjir neqsin u multipli. Meta operatur tal-inġenji tal-ajru jirċievi tali notifika, għandu jfassal rapport li jipprovdi dettalji dwar iċ-ċirkustanzi u l-azzjonijiet meħudin biex tali nuqqas ta’ konformità jiġi rrettifikat. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jfassal rapport annwali biex jintbagħat lill-Kummissjoni, li jipprovdi dettalji dwar il-pjanijiet tat-titjir neqsin, jew dwar il-pjanijiet tat-titjir multipli li jiġu rreġistrati. |
|
6. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jwettaq rieżami annwali tal-konformità mal-miżuri tal-ATFM, sabiex jiżgura li l-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha jtejbu l-livell ta’ konformità ma’ dawk il-miżuri. |
|
7. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jfassal rapporti annwali u jibgħathom lill-Kummissjoni. Ir-rapporti għandhom jindikaw il-kwalità tal-funzjoni tal-ATFM, u għandhom jinkludu dettalji dwar:
|
|
8. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li jinħoloq u jinżamm arkivju tad-data tal-ATFM elenkata f’dan l-Anness, tal-pjanijiet tat-titjir, tar-reġistri operazzjonali u tad-data kuntestwali rilevanti. Dik id-data għandha tinżamm għal sentejn mit-tressiq tagħha, u għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri, għall-unitajiet tal-ATS u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, kif ikun xieraq. Dik id-data għandha tkun disponibbli wkoll għall-koordinaturi tas-slots fl-ajruporti u għall-operaturi tal-ajruporti, sabiex tgħinhom fil-valutazzjoni regolari tagħhom tal-kapaċità ddikjarata. |
Appendiċi
Lista tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO għall-fini tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
|
1. |
Il-paragrafu 3.7.5 tal-Kapitolu 3 (Il-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago – Is-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (l-14-il edizzjoni – Lulju 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 50 A) |
|
2. |
Il-Kapitolu 3 (Il-Kapaċità u l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tal-ATS) tad-Dok. 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru – Il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (is-16-il edizzjoni – 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 7 A) |
|
3. |
Il-Kapitoli 2 u 8 (Il-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tad-Dok. 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplementari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5es edizzjoni – 2007). |
ANNESS III
IL-FUNZJONI TAL-FREKWENZI TAR-RADJU
PARTI A
Għan u ambitu
|
1. |
L-għanijiet ta’ din il-funzjoni huma:
|
|
2. |
Il-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jaqblu fuq il-prijoritajiet ġenerali biex il-funzjoni ttejjeb id-disinn u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. Dawk il-prijoritajiet għandhom jiġu ddokumentati f’forma ta’ taqsima dwar il-frekwenzi fil-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, li l-partijiet ikkonċernati jridu jiġu kkonsultati dwarha. B’mod partikulari, il-prijoritizzazzjoni tista’ tqis meded, żoni u servizzi speċifiċi. |
PARTI B
Rekwiżiti għat-twettiq tal-funzjoni
|
1. |
L-Istati Membri għandhom jaħtru persuna, awtorità jew organizzazzjoni kompetenti bħala maniġer tal-frekwenzi nazzjonali, bir-responsabbiltà li jiżgura li l-assenjamenti tal-frekwenzi jsiru, jiġu mmodifikati u jintemmu skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Maniġer tan-Netwerk bl-ismijiet u bl-indirizzi tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandhom jinnotifikaw kull bidla fil-ħatriet fi żmien xieraq. |
|
2. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jħejji u jikkoordina aspetti tal-ispettru strateġiċi marbutin man-netwerk, li jridu jiġu ddokumentati kif xieraq fil-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ pożizzjonijiet komuni dwar l-avjazzjoni għal kontribuzzjonijiet ikkoordinati tal-Istati Membri għal fora internazzjonali, u b’mod partikulari għall-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT) u tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT). |
|
3. |
Fuq talba tal-Istati Membri, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinforma lill-Kummissjoni u jwettaq azzjonijiet flimkien mal-Kummissjoni u mal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT) biex jindirizzaw kull tħassib ma’ setturi oħra tal-industrija. |
|
4. |
Il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jirrappurtaw lill-Maniġer tan-Netwerk il-każijiet ta’ interferenza tar-radju li jkollhom impatt fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jirreġistra l-okkorrenza ta’ każijiet ta’ interferenza tar-radju, u għandu jappoġġa lill-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali fil-valutazzjoni tagħhom. Fuq talba tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkoordina l-azzjonijiet, jew jipprovdi kull appoġġ meħtieġ biex tali każijiet jissolvew jew jittaffew. |
|
5. |
Il-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom ikomplu jiżviluppaw u jsaħħu l-proċeduri tal-ġestjoni tal-frekwenzi, il-kriterji tal-ippjanar, is-settijiet ta’ data u l-proċessi għat-titjib tal-użu u tal-għadd ta’ frekwenzi okkupati mill-utenti ġenerali tat-traffiku tal-ajru. Fuq talba tal-Istati Membri, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipproponi li l-applikazzjoni ta’ dawn l-iżviluppi tiġi estiża għal-livell reġjonali. |
|
6. |
Meta jkun meħtieġ l-assenjament ta’ frekwenza, l-individwu jew l-organizzazzjoni li jkunu qed japplikaw għall-użu ta’ frekwenza għandhom iressqu talba lill-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali xieraq, bid-data u bil-ġustifikazzjonijiet kollha rilevanti. |
|
7. |
Il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jivvalutaw it-talbiet għall-frekwenzi u jagħtuhom prijorità abbażi ta’ rekwiżiti operazzjonali u ta’ kriterji miftiehma. Il-Maniġer tan-Netwerk, f’kooperazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, għandu jiddetermina l-impatt tat-talbiet għall-frekwenzi fuq in-netwerk. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi l-kriterji ta’ valutazzjoni u ta’ prijoritizzazzjoni b’konsultazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandu jieħu ħsiebhom u jżommhom aġġornati minn hemm ’il quddiem kif ikun meħtieġ. |
|
8. |
Fejn ma jkunx hemm impatt fuq in-netwerk, il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jiddeterminaw frekwenza/i xierqa bi tweġiba għat-talba għall-frekwenzi, fid-dawl tar-rekwiżiti tal-punt 12. |
|
9. |
Fejn ikun hemm impatt fuq in-netwerk, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiddetermina frekwenza/i xierqa bi tweġiba għat-talba għall-frekwenzi, fid-dawl tar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
10. |
Fejn frekwenza xierqa, kif imsemmi fil-punti 11 u 12, ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Maniġer tan-Netwerk iwettaq tiftixa għal frekwenza speċifika. Sabiex tiġi identifikata soluzzjoni għall-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, il-Maniġer tan-Netwerk, bl-appoġġ tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, jista’ jwettaq eżami speċifiku tas-sitwazzjoni tal-użu tal-frekwenzi fiż-żona ġeografika kkonċernata. |
|
11. |
Il-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali għandu jassenja l-frekwenza/i xierqa kif iddeterminat fil-punti 12 jew 13. |
|
12. |
Il-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali għandu jirreġistra kull assenjament tal-frekwenzi fir-reġistru ċentrali billi jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
L-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġistru ċentrali biex iżommu mal-obbligi amministrattivi tagħhom fil-konfront tal-ICAO fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-assenjament tal-frekwenzi. |
|
13. |
Meta jassenja l-frekwenza lill-applikant, il-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali għandu jinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu. Bħala minimu, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-assenjament tal-frekwenza:
|
|
14. |
Il-maniġer(s) tal-frekwenzi nazzjonali għandu jiżgura/għandhom jiżguraw li kull bidla, modifika jew terminazzjoni meħtieġa tal-frekwenza ssir mill-individwu jew mill-organizzazzjoni li l-frekwenza kkonċernata tkun ġiet assenjata lilu/lilha, fil-perjodu ta’ żmien miftiehem, u għandu jiżgura/għandhom jiżguraw li r-reġistru ċentrali jiġi aġġornat kif xieraq. Il-maniġer(s) tal-frekwenzi nazzjonali għandu jibgħat/għandhom jibagħtu ġustifikazzjoni xierqa lill-Maniġer tan-Netwerk fejn dawk l-azzjonijiet ma jkunux jistgħu jsiru. |
|
15. |
Il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-punt 12 tal-Parti B rigward l-assenjamenti ta’ frekwenzi kollha użati fin-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni tkun disponibbli fir-reġistru ċentrali. |
|
16. |
Il-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġer(s) tal-frekwenzi nazzjonali għandu jwettaq/għandhom iwettqu monitoraġġ u evalwazzjonijiet tal-meded tal-frekwenzi u tal-assenjamenti tal-frekwenzi tal-avjazzjoni, abbażi ta’ proċeduri trasparenti, sabiex jiżgura(w) l-użu korrett u effiċjenti tagħhom. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi tali proċeduri b’konsultazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandu jieħu ħsiebhom u jżommhom aġġornati minn hemm ’il quddiem kif xieraq. B’mod partikulari, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jidentifika kwalunkwe diskrepanza bejn ir-reġistru ċentrali, l-għan operazzjonali u l-użu reali tal-assenjament tal-frekwenzi, li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-funzjoni tal-frekwenzi tar-radju. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jgħarraf lill-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali b’tali diskrepanzi sabiex jiġu solvuti, f’perjodu ta’ żmien miftiehem. |
|
17. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ għodod komuni għall-appoġġ tal-ippjanar ċentrali u nazzjonali, tal-koordinazzjoni, tar-reġistrazzjoni, tal-awditjar u tal-ottimizzazzjoni. B’mod partikulari, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżviluppa għodod għall-appoġġ tal-analiżi tad-data tar-reġistru ċentrali, sabiex tiġi mmonitorjata l-effiċjenza tal-funzjoni, kif ukoll sabiex jitfassal u jiġi implimentat il-proċess ta’ ottimizzazzjoni tal-frekwenzi skont il-punt 7. |
PARTI C
Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-frekwenzi
|
1. |
It-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv bejn il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali u l-Maniġer tan-Netwerk għandu jsir abbażi ta’ arranġamenti li jispeċifikaw, mill-inqas, dawn li ġejjin:
|
|
2. |
L-evoluzzjoni ta’ arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-frekwenzi tar-radju għandha tiġi speċifikata f’kooperazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandha tnaqqas l-ispejjeż ġenerali sa fejn ikun prattiku. |
|
3. |
Il-koordinazzjoni dwar l-użu strateġiku u tattiku tal-frekwenzi tar-radju ma’ pajjiżi terzi li ma jipparteċipawx fil-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk għandha ssir permezz tal-arranġamenti ta’ ħidma reġjonali tal-ICAO. Dan għandu jsir bil-għan li jingħata lok għall-aċċess ta’ pajjiżi terzi għall-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk. |
|
4. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ meded ta’ frekwenzi għall-avjazzjoni minn utenti militari jiġi kkoordinat kif xieraq permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali u mal-Maniġer tan-Netwerk. |
ANNESS IV
IL-FUNZJONI TAL-KODIĊIJIET TAR-RADAR TRANSPONDER
PARTI A
Għanijiet u rekwiżiti ġenerali
Kodiċi tat-Transponder (TC):
|
1. |
L-għanijiet ta’ din il-funzjoni huma:
|
|
2. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jalloka l-kodiċijiet tat-transponder tar-Radar Sekondarju ta’ Sorveljanza (SSR) lill-Istati Membri u lill-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru, b’mod li jottimizza t-tqassim sikur u effiċjenti tagħhom, filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
|
|
3. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, u tal-pajjiżi terzi, f’kull ħin, lista ta’ allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR li tiddeskrivi l-allokazzjoni kompluta u aġġornata tal-kodiċijiet SSR. |
|
4. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċess formali għall-istabbiliment, għall-valutazzjoni u għall-koordinazzjoni tar-rekwiżiti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR, filwaqt li jqis l-użi ċivili u militari kollha meħtieġa tal-kodiċijiet tat-transponder SSR. |
|
5. |
Il-proċess formali stabbilit fil-punt 4 għandu jinkludi tal-inqas il-proċeduri, il-perjodi ta’ żmien u l-miri ta’ prestazzjoni miftiehma li huma rilevanti għat-tlestija tal-attivitajiet li ġejjin:
|
|
6. |
L-applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR li jkunu waslu bħala parti mill-proċess stabbilit fil-punt 4 għandhom jiġu vverifikati mill-Maniġer tan-Netwerk għall-konformità mar-rekwiżiti tal-proċess f’dak li għandu x’jaqsam mal-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, mal-kompletezza, mal-preċiżjoni, mal-preżentazzjoni fil-ħin u mal-ġustifikazzjoni. |
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet tat-transponder SSR jiġu assenjati lil inġenju tal-ajru skont il-lista tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR imsemmija fil-punt 3. |
|
8. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, f’isem l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għandu jħaddem sistema ċentralizzata għall-assenjament u għall-ġestjoni tal-kodiċijiet tat-transponder SSR u għall-assenjament awtomatiku tal-kodiċijiet tat-transponder SSR lit-traffiku tal-ajru ġenerali. |
|
9. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċeduri u għodod għall-evalwazzjoni u għall-valutazzjoni regolari tal-użu reali tal-kodiċijiet tat-transponder SSR mill-Istati Membri u mill-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru. |
|
10. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jaqblu dwar pjanijiet u proċeduri biex jappoġġaw l-analiżi u l-identifikazzjoni perjodiċi ta’ rekwiżiti futuri tal-kodiċijiet tat-transponder SSR. Dik l-analiżi għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta’ impatti potenzjali fuq il-prestazzjoni, ikkaġunati minn kwalunkwe nuqqas imbassar fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR. |
|
11. |
Il-manwali tal-operazzjonijiet li fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex il-funzjoni tan-netwerk tkun tista’ titwettaq skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandu jiżviluppahom u jaġġornahom il-Maniġer tan-Netwerk. Dawk il-manwali tal-operazzjonijiet għandhom jitqassmu u jiġu aġġornati skont il-proċessi xierqa ta’ ġestjoni tal-kwalità u tad-dokumentazzjoni. |
Kodiċi tal-Interrogatur Mode S (MIC):
|
12. |
L-għanijiet ta’ dan il-proċess huma dawn li ġejjin:
|
|
13. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jalloka l-kodiċijiet tal-interrogatur lill-interrogaturi Mode S ċivili u militari b’mod li jottimizza t-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sorveljanza tat-traffiku tal-ajru kif ukoll il-koordinazzjoni ċivili-militari, filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
|
|
14. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jħaddem, f’isem l-Istati Membri, sistema ċentralizzata ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur (2) għall-allokazzjoni kkoordinata ta’ kodiċijiet tal-interrogatur lill-interrogaturi Mode S. |
|
15. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu servizz ċentralizzat ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur lill-operaturi Mode S, permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur. |
|
16. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tal-operaturi Mode S u tal-pajjiżi terzi, f’kull ħin, pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur li jipprovdi l-iktar sett sħiħ approvat reċentement ta’ allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur fir-reġjun Ewropew tal-ICAO. |
|
17. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċess formali għall-istabbiliment, għall-valutazzjoni u għall-koordinazzjoni tar-rekwiżiti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur, filwaqt li jqis l-użi ċivili u militari kollha meħtieġa tal-kodiċijiet tal-interrogatur. |
|
18. |
Il-proċess formali stabbilit fil-punt 17 għandu jinkludi tal-inqas il-proċeduri, il-perjodi ta’ żmien u l-miri ta’ prestazzjoni miftiehma li huma rilevanti għat-tlestija tal-attivitajiet li ġejjin:
|
|
19. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jivverifika li l-applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur li jkunu waslu bħala parti mill-proċess stabbilit fil-punt 18 ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-proċess għall-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, tal-kompletezza, tal-preċiżjoni, tal-preżentazzjoni fil-ħin, u tal-ġustifikazzjoni. |
|
20. |
Bħala parti mill-proċess stabbilit fil-punt 18, il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
|
|
21. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċeduri u għodod għall-evalwazzjoni u għall-valutazzjoni regolari tal-użu reali tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S mill-operaturi Mode S ċivili u militari. |
|
22. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri, u l-operaturi Mode S għandhom jaqblu fuq il-pjanijiet u l-proċeduri biex jappoġġaw l-analiżi u l-identifikazzjoni perjodiċi tar-rekwiżiti futuri tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S. Dik l-analiżi għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta’ impatti potenzjali fuq il-prestazzjoni kkaġunati minn nuqqasijiet imbassra fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur. |
|
23. |
Il-manwali tal-operazzjonijiet li fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex il-funzjoni tan-netwerk tkun tista’ titwettaq skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandu jiżviluppahom u jaġġornahom il-Maniġer tan-Netwerk. Dawk il-manwali tal-operazzjonijiet għandhom jitqassmu u jiġu aġġornati skont il-proċessi xierqa ta’ ġestjoni tal-kwalità u tad-dokumentazzjoni. |
PARTI B
Rekwiżiti għall-mekkaniżmi speċifiċi ta’ konsultazzjoni
Kodiċi tat-Transponder:
|
1. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi mekkaniżmu apposta għall-koordinazzjoni u għall-konsultazzjoni ta’ arranġamenti ddettaljati ta’ allokazzjonijiet ta’ kodiċijiet tat-transponder SSR. Dak il-mekkaniżmu għandu:
|
|
2. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari nazzjonali, għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-allokazzjoni u l-użu ta’ kodiċijiet tat-transponder SSR għall-bżonnijiet militari ma jkollhom ebda impatt negattiv fuq is-sikurezza jew fuq il-fluss effiċjenti tat-traffiku tal-ajru ġenerali. |
Kodiċi tal-Interrogatur Mode S:
|
3. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi mekkaniżmu apposta għall-koordinazzjoni u għall-konsultazzjoni ta’ arranġamenti ddettaljati għall-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S. Il-mekkaniżmu għandu:
|
|
4. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li ssir konsultazzjoni xierqa dwar arranġamenti ġodda jew emendati dwar il-ġestjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur mal-Istati Membri permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv. |
|
5. |
Il-Maniġer tan-Netwerk, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari nazzjonali, għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-allokazzjoni u l-użu ta’ kodiċi tal-interrogatur Mode S għal bżonnijiet militari ma jolqtux ħażin is-sikurezza jew il-fluss effiċjenti tat-traffiku tal-ajru ġenerali. |
PARTI C
Rekwiżiti għall-forniment tad-data
Kodiċi tat-Transponder:
|
1. |
L-applikazzjonijiet imressqa għal allokazzjonijiet ġodda jew emendati tal-kodiċijiet tat-transponder SSR għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-rigward tal-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, tal-kompletezza, tal-preċiżjoni, tal-preżentazzjoni fil-ħin u tal-ġustifikazzjoni tal-proċess stabbilit fil-punt 4 tal-Parti A. |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data u bit-tagħrif li ġejjin f’perjodi ta’ żmien miftiehma, kif preskritt mill-Maniġer tan-Netwerk b’appoġġ għall-forniment tal-funzjoni tan-netwerk għall-kodiċijiet tat-transponder SSR:
|
|
3. |
Il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data u bit-tagħrif li ġejjin fi skedi taż-żmien miftiehma, kif preskritt mill-Maniġer tan-Netwerk għall-appoġġ tal-forniment tal-funzjoni tan-netwerk għall-kodiċijiet tat-transponder SSR:
|
|
4. |
It-tweġibiet tal-Istati Membri u tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għall-koordinazzjoni tal-emendi proposti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR u għall-aġġornamenti tal-lista tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR għandhom, tal-inqas:
|
Kodiċi tal-Interrogatur Mode S:
|
5. |
L-applikazzjonijiet imressqa għal allokazzjonijiet ġodda jew emendati ta’ kodiċijiet tal-interrogatur għandhom ikunu konformi mal-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, tal-kompletezza, tal-preċiżjoni, tal-preżentazzjoni fil-ħin, u tal-ġustifikazzjoni tal-proċess stipulat fil-punt 17 tal-Parti A. |
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data u bit-tagħrif li ġejjin f’perjodi ta’ żmien miftiehma, kif preskritt mill-Maniġer tan-Netwerk b’appoġġ għall-forniment tas-servizz ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur:
|
|
7. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu juża r-risposti pprovduti mill-Istati Membri għall-proposta ta’ pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur, inkluż:
|
|
8. |
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa lill-Istati Membri biex isolvu l-kunflitt tal-MIC irrappurtat mill-Istati Membri jew mill-operaturi Mode S. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20).
(2) Kif iddefinit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 262/2009.
ANNESS V
MUDELL GĦALL-PJAN STRATEĠIKU TAN-NETWERK
Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għandu jissejjes fuq l-istruttura li ġejja:
|
1. |
DAĦLA |
|
1.1. |
Ambitu tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk (il-firxa ġeografika u l-perjodu ta’ żmien) |
|
1.2. |
Tħejjija tal-pjan u tal-proċess ta’ validazzjoni |
|
2. |
KUNTEST ĠENERALI U REKWIŻITI |
|
2.1. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tan-netwerk u dik ippjanata, inkluż l-ERND, l-ATFM, l-ajruporti u r-riżorsi skarsi |
|
2.2. |
Sfidi u opportunitajiet marbutin mal-perjodu ta’ żmien tal-pjan (inkluż it-tbassir tad-domanda tat-traffiku u l-evoluzzjoni tiegħu fil-livell dinji) |
|
2.3. |
Għanijiet ta’ prestazzjoni u rekwiżiti tan-negozju kif espressi mill-partijiet ikkonċernati differenti u l-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha |
|
3. |
VIŻJONI STRATEĠIKA |
|
3.1. |
Deskrizzjoni tal-mod strateġiku li bih se jiżviluppa u jagħmel progress in-netwerk sabiex jissodisfa sew il-miri ta’ prestazzjoni u r-rekwiżiti tan-negozju |
|
3.2. |
Konsistenza mal-iskema ta’ prestazzjoni |
|
3.3. |
Konsistenza mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM |
|
3.4. |
Konsistenza ma’ proġetti komuni stabbiliti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 |
|
4. |
GĦANIJIET STRATEĠIĊI |
|
4.1. |
Deskrizzjoni tal-għanijiet strateġiċi tan-netwerk:
|
|
5. |
IPPJANAR STRATEĠIKU |
|
5.1. |
Deskrizzjoni tal-ippjanar fil-medda l-qasira u medja:
|
|
5.2. |
Deskrizzjoni tal-ippjanar fit-tul:
|
|
6. |
VALUTAZZJONI TAR-RISKJI |
|
6.1. |
Deskrizzjoni tar-riskji marbutin mal-implimentazzjoni tal-pjan. |
|
6.2. |
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ monitoraġġ (inkluż id-devjazzjoni potenzjali mill-għanijiet inizjali). |
|
7. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
7.1. |
Identifikazzjoni tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan. |
ANNESS VI
MUDELL GĦALL-PJAN TA’ OPERAZZJONIJIET TAN-NETWERK
Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jissejjes fuq l-istruttura ġenerali li ġejja (li għandha tiġi adattata għall-funzjonijiet individwali varji u għall-orizzont taż-żmien tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk biex tirrifletti n-natura rikorrenti tiegħu, kif ukoll il-perjodi tiegħu ta’ bejn 3 sa 5 snin, annwali, staġonali, ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum):
|
1. |
DAĦLA |
|
1.1. |
Ambitu tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk (il-firxa ġeografika u l-perjodu ta’ żmien) |
|
1.2. |
Tħejjija tal-pjan u tal-proċess ta’ validazzjoni |
|
2. |
DESKRIZZJONI TAL-PJAN TA’ OPERAZZJONIJIET TAN-NETWERK, TAL-MIRI U TAL-GĦANIJIET OPERAZZJONALI
|
|
3. |
PROĊESS ĠENERALI TAL-IPPJANAR OPERAZZJONALI TAN-NETWERK
|
|
4. |
KUNTEST ĠENERALI U REKWIŻITI OPERAZZJONALI |
|
4.1. |
Deskrizzjoni fil-qosor tal-prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk fl-imgħoddi |
|
4.2. |
Sfidi u opportunitajiet marbutin mal-perjodu ta’ żmien tal-pjan |
|
4.3. |
Tbassir tat-traffiku tan-netwerk skont l-Appendiċijiet 1 u 2, inkluż:
|
|
4.4. |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk, inkluż:
|
|
4.5. |
Ħtiġijiet operazzjonali kif espressi mill-partijiet ikkonċernati differenti, inkluż il-militar |
|
5. |
PJANIJIET U AZZJONIJIET TA’ TITJIB TAL-PRESTAZZJONI OPERAZZJONALI TAN-NETWERK FIL-LIVELL TAN-NETWERK
|
|
6. |
PJANIJIET U AZZJONIJIET OPERAZZJONALI TA’ TITJIB TAL-PRESTAZZJONI OPERAZZJONALI FIL-LIVELL LOKALI
|
|
7. |
AVVENIMENTI SPEĊJALI
|
|
8. |
REKWIŻITI MILITARI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU
|
|
9. |
TBASSIR U ANALIŻI KKONSOLIDATI TAL-PRESTAZZJONI OPERAZZJONALI TAN-NETWERK
|
|
10. |
IDENTIFIKAZZJONI TAL-KONĠESTJONI OPERAZZJONALI U TAS-SOLUZZJONIJIET TA’ TAFFIJA FIL-LIVELL TAN-NETWERK U FIL-LIVELL LOKALI
|
Appendiċi 1
Ċentri ta’ Kontroll taż-Żona (ACCs)
Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jagħti deskrizzjoni ddettaljata, għal kull ACC, tal-oqsma kollha identifikati f’din l-Appendiċi li jiddeskrivu l-azzjonijiet ta’ titjib operazzjonali ppjanati tagħhom, il-prospetti għall-perjodu, it-tbassir tat-traffiku, il-mira u t-tbassir tad-dewmien, l-avvenimenti sinifikanti li jistgħu jolqtu t-traffiku, u l-kuntatti operazzjonali.
Għal kull ACC, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinkludi:
|
— |
it-tbassir tat-traffiku, |
|
— |
analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali attwali, |
|
— |
evalwazzjoni kkwantifikata tal-kapaċità miksuba (ix-xenarju ta’ referenza tal-kapaċità), |
|
— |
evalwazzjoni kkwantifikata tal-kapaċità meħtieġa għal diversi xenarji tal-iżvilupp tat-traffiku (il-profil tal-kapaċità meħtieġa), |
|
— |
evalwazzjoni kkwantifikata tal-azzjonijiet ta’ titjib operazzjonali ppjanati fil-livell tal-ACCs, kif miftiehem mal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, |
|
— |
il-mira u t-tbassir tad-dewmien, |
|
— |
analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali mistennija (marbuta mas-sikurezza, mal-kapaċità u mal-ambjent). |
Kull fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jipprovdi lill-Maniġer tan-Netwerk bit-tagħrif li ġej li jrid jiddaħħal fid-deskrizzjoni tal-ACC individwali:
|
— |
il-mira lokali tad-dewmien, |
|
— |
il-valutazzjoni jew il-konferma tat-tbassir tat-traffiku, filwaqt li jitqies l-għarfien lokali, |
|
— |
l-għadd ta’ setturi disponibbli: il-konfigurazzjoni tas-setturi/l-iskema tal-ftuħ għal kull staġun/jum tal-ġimgħa/ħin tal-ġurnata, |
|
— |
il-valuri tal-kapaċitajiet jew tal-monitoraġġ għal kull settur jew għal kull volum tat-traffiku għal kull konfigurazzjoni jew skema tal-ftuħ, |
|
— |
l-avvenimenti speċjali ppjanati jew magħrufa, inkluż id-dati jew il-ħinijiet u l-impatt fuq il-prestazzjoni operazzjonali marbut magħhom, |
|
— |
dettalji tal-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati, l-iskeda ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-impatt pożittiv jew negattiv fuq il-kapaċità u/jew fuq l-effiċjenza marbut magħhom, |
|
— |
dettalji dwar il-bidliet proposti u kkonfermati fl-istruttura u fl-użu tal-ispazju tal-ajru, |
|
— |
azzjonijiet addizzjonali kif miftiehma mal-Maniġer tan-Netwerk, |
|
— |
il-kuntatti operazzjonali tal-ACC. |
Appendiċi 2
Ajruporti
Għal dawk l-ajruporti li jkollhom impatt fuq il-prestazzjoni tan-netwerk, il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jagħti deskrizzjoni ddettaljata tal-oqsma kollha identifikati f’dan l-Appendiċi, u għandu jiddeskrivi wkoll il-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati, il-prospetti għall-perjodu, it-tbassir tat-traffiku u tad-dewmien, l-avvenimenti sinifikanti li jistgħu jolqtu t-traffiku u l-kuntatti operazzjonali.
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinkludi, għal kull ajruport, b’mod partikulari abbażi tal-informazzjoni li tasal mingħand l-operaturi tal-ajruporti u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru:
|
— |
it-tbassir tat-traffiku, |
|
— |
analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali mistennija tal-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati (marbuta mas-sikurezza, mal-kapaċità, mal-ambjent). |
Għal kull ajruport inkluż fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, l-operatur tal-ajruport u l-unità lokali tal-ATS għandu jkollhom arranġamenti biex jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bl-informazzjoni li ġejja li trid tiġi inkluża fid-deskrizzjoni tal-ajruport individwali:
|
— |
il-valutazzjoni jew il-konferma tat-tbassir tat-traffiku, filwaqt li jitqies l-għarfien lokali, |
|
— |
il-kapaċità tar-runway għal kull konfigurazzjoni tar-runway, il-wasliet u t-tluq attwali u previsti, |
|
— |
speċifikazzjoni tal-kapaċità għall-perjodu ta’ billejl u matulu, fejn rilevanti, |
|
— |
dettalji dwar il-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati, l-iskeda ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-impatt pożittiv jew negattiv fuq il-kapaċità u/jew fuq l-effiċjenza marbut magħhom, |
|
— |
l-avvenimenti speċjali ppjanati jew magħrufa, inkluż id-dati jew il-ħinijiet u l-impatt fuq il-prestazzjoni operazzjonali marbut magħhom, |
|
— |
fatturi ppjanati oħra li jsaħħu l-kapaċità, |
|
— |
azzjonijiet addizzjonali kif miftiehma mal-Maniġer tan-Netwerk. |