|
25.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/108
tal-24 ta' Jannar 2019
li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ingredjent ġdid tal-ikel l-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ġie adottat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid, u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/752/KE (3) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) bħala ingredjent alimentari ġdid biex jintuża f'ċertu ikel u f'ċerti oġġetti tal-ikel bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). F'dik id-Deċiżjoni, il-livell massimu ta' fosfolipidi kien stabbilit għal 50 %. |
|
(5) |
Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 258/97, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/598 (5) awtorizzat estenzjoni tal-użu tal-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel. F'dik id-Deċiżjoni, il-livell minimu tal-fosfolipidi kien stabbilit għal 35 %. |
|
(6) |
L-ingredjent il-ġdid tal-ikel iż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba” kien awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi biex jintuża f'ċerti kategoriji ta' ikel (6). Il-livell minimu tal-fosfolipidi kien stabbilit għal 60 %. |
|
(7) |
Il-kundizzjonijiet tal-użu kemm taż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba” kif ukoll taż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” huma identiċi u huma bbażati fuq il-livelli massimi tal-aċidu ejkosapentenojku u tal-aċidu dokosaeżaenojku flimkien. Iżda l-kontenut ta' fosfolipidi tagħhom huwa differenti, għaż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba” qiegħed stabbilit fuq firxa ta' bejn 35 % u 50 %, u għaż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” huwa stabbilit għal minimu ta' 60 %. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjonijiet attwali ma jkoprux il-firxa ta' bejn 50 % u 60 % ta' fosfolipidi fiż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba”. |
|
(8) |
Fid-29 ta' Awwissu 2018, il-kumpanija Aker BioMarine A/S (“l-Applikant”) ressqet talba lill-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, biex tibdel l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid iż-żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba. L-applikant talab li jiżdied il-kontenut massimu tal-fosfolipidi minn 50 % għal inqas minn 60 % u b'hekk ikun ikopri l-firxa ta' konċentrazzjoni tal-fosfolipidi li fil-preżent mhijiex awtorizzata. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjoni attwali mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għaliex jekk ikunu ġew ivvalutati u jkun ġie ddeterminat li ċerti livelli ta' komponent ġdid partikolari tal-ikel ikunu sikuri, mela livelli aktar baxxi tal-istess komponent ikunu sikuri wkoll. Il-livelli massimi awtorizzati tal-aċidu ejkosapentenojku u tal-aċidu dokosaeżaenojku flimkien, kemm għaż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” u għaż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huma l-istess. Il-bidla tal-livelli tal-fosfolipidi fl-ispeċifikazzjoni taż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” ma tibdilx il-kunsiderazzjonijiet marbutin mas-sikurezza li kienet imsejsa fuqhom l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-awtorizzazzjoni taż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” li kienu wasslu għall-konklużjoni li kemm il-livelli tal-fosfolipidi aktar minn 60 %, kif ukoll dawk li huma inqas, it-tnejn huma sikuri. |
|
(10) |
Il-bidla proposta fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfolipidi se tindirizza d-differenza fil-kontenut tal-fosfolipidi bejn iż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” u ż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba”. Għaldaqstant jixraq li l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid iż-żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba jiġu emendati għal-livell propost għall-fosfolipidi. |
|
(11) |
L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet proposti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel iż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” jikkonformaw mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għall-ikel il-ġdid iż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/752/KE tat-12 ta' Ottubru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 33).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/598 tal-14 ta' April 2016 li tawtorizza l-estensjoni tal-użu tal-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 34).
(6) Ittra tat-13 ta' Mejju 2015 (https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/novel-food_authorisation_2015_auth-letter_krill-oil_mt.pdf)
ANNESS
L-entrata għaż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba ” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
Ikel Ġdid Awtorizzat |
Speċifikazzjonijiet |
|
“Żejt tal-Krill tal-Antartiku mill- Euphausia superba |
Deskrizzjoni/Definizzjoni: Biex jiġi prodott l-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba), il-krill mgħaffeġ iffriżat jew id-dqiq tal-krill imnixxef jgħaddi minn proċess ta' estrazzjoni tal-lipidi permezz ta' solvent tal-estrazzjoni approvat (skont id-Direttiva 2009/32/KE). Il-proteini u l-materjal tal-krill jitneħħew mill-estratt tal-lipidi permezz tal-filtrazzjoni. Is-solventi tal-estrazzjoni u l-ilma residwu jitneħħew bl-evaporazzjoni. Il-valur tas-saponifikazzjoni: ≤ 230 mg KOH/g Il-valur tal-perossidu (PV): ≤ 3 meq O2/kg żejt Stabbiltà f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni: Jenħtieġ li l-prodotti tal-ikel kollha li fihom iż-żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba juru li huma stabbli f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni permezz ta' metodoloġiji tal-ittestjar xierqa u rikonoxxuti nazzjonalment jew internazzjonalment (eż. l-AOAC). Ndewwa u volatili: ≤ 3 % jew 0,6 espressi bħala attività tal-ilma f'temperatura ta' 25 °C Fosfolipidi: ≥ 35 % sa < 60 % Aċidi xaħmin trans: ≤ 1 % EPA (aċidu ejkosapentenojku): ≤ 9 % DHA (aċidu dokosaeżaenojku): ≤ 5 %” |