22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/93

tal-21 ta' Jannar 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Żewġ persuni fiżiċi indikati fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 mietu, u jenħtieġ li l-entrati tagħhom jitneħħew minn dak l-Anness.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Fir-Regolament (UE) 2017/1509, l-Anness XV, il-Parti (a), jitneħħew l-entrati li ġejjin:

2.

CHU Kyu-Chang (D.O.B. 25.11.1928)

4.

KIM Yong-chun (D.O.B. 4.3.1935).