21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 18/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/84
tal-21 ta' Jannar 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta' Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2018/1542. |
(2) |
Minħabba t-theddida kontinwa ppreżentata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi, jenħtieġ li disa' persuni u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Il-persuni u l-entità li ġejjin huma miżjuda mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542:
“A. PERSUNI FIŻIĊI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
||
|
magħruf ukoll bħala: Tarq Yasmina Sess: raġel Titlu: Kurunell; Nazzjonalità: Sirjana |
Tariq Yasmina jaġixxi bħala l-uffiċjal ta' kuntatt bejn is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) u l-Palazz Presidenzjali, u, bħala tali, huwa mdaħħal fl-użu u t-tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Mohammed Khaled Nasri; Haled Natsri;
Sess: raġel Titlu: Kap tal-Istitut 1000 tal-SSRC; Nazzjonalità: Sirjana |
Khaled Nasri huwa d-Direttur tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Zughib, Zgha'ib, Zughayb; Titlu: Dottor, Kap tal-Istitut 2000 tal-SSRC; Sess: raġel Nazzjonalità: Sirjana |
Walid Zughaib huwa d-Direttur tal-Istitut 2000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp mekkaniku u l-produzzjoni għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Ahmad; Titlu: Kurunell, Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà fl-Istitut 1000 tal-SSRC; Sess: raġel Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1967; Nazzjonalità: Sirjana |
Firas Ahmed huwa d-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. Kien imdaħħal fit-trasferiment u l-ħabi ta' materjali marbuta ma' armamenti kimiċi wara l-adeżjoni tas-Sirja mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
21.1.2019 |
||
|
magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa'id Sa'id, Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 5000) tal-SSRC; Sess: raġel Data tat-twelid: 11 ta' Diċembru 1955 |
Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 5000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
||
|
Анатолий Владимирович ЧЕПИГА, magħruf ukoll bħala Ruslan BOSHIROV Sess: raġel Dati tat-twelid: 5 ta' April 1979; 12 ta' April 1978 Postijiet tat-twelid: Nikolaevka, Amur Oblast, Russja; Dushanbe, Taġikistan |
Anatoliy Chepiga (magħruf ukoll bħala Ruslan Boshirov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkuża lil Ruslan Boshirov b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; bl-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; bl-użu u l-pussess ta' Novichok; u b'offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
||
|
Александр Евгеньевич МИШКИН, magħruf ukoll bħala Alexander PETROV Sess: raġel Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1979 Postijiet tat-twelid: Loyga, Russja; Kotlas, Russja |
Alexander Mishkin (magħruf ukoll bħala Alexander Petrov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkużah b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; l-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; użu u pussess ta' Novichok; u offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
||
|
Владимир Степанович АЛЕКСЕЕВ Sess: raġel Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU |
Vladimir Stepanovich Alexseyev huwa L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU). Minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu fil-GRU, Alexseyev huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
||
|
Игорь Олегович КОСТЮКОВ Sess: raġel Titlu: Kap tal-GRU |
Igor Olegovich Kostyukov, minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU) f'dak iż-żmien, huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
B. PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
|||||
|
magħruf ukoll bħala Centre d'Études et de Recherches Scientifiques (CERS), Centre de Recherche de Kaboun Indirizz:
|
Is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) huwa l-entità prinċipali tar-reġim Sirjan għall-iżvilupp ta' armamenti kimiċi. L-SSRC huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi, kif ukoll il-missili li jġorruhom, li jintużaw f'għadd ta' siti fis-Sirja. |
21.1.2019” |