7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/13

tal-4 ta' Jannar 2019

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

B'riżultat tal-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1047 (2), il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tat-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 8 li tirrigwarda prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 3707 90 20 fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif applikabbli mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, fiha żball fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-cartridges tat-toner elettrostatiċi u termoplastiċi. B'effett mill-1 ta' Jannar 2017, dan l-Anness ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (3) u l-iżball ġie eliminat.

(2)

Peress li t-test li fih l-iżball xorta jista' jipproduċi effetti legali fir-rigward ta' ċerti sitwazzjonijiet li seħħew bejn l-1 ta' Lulju 2016 u l-31 ta' Diċembru 2016, il-verżjoni bil-lingwa Olandiża tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif applikabbli matul dak il-perjodu, għandha tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni temporali limitat tat-test li fih l-iżball, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 u għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1047 tat-28 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 170, 29.6.2016, p. 36).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana(ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).