4.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/8
tat-3 ta' Jannar 2019
dwar l-awtorizzazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metijonina u tal-melħ tal-kalċju tiegħu bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metijonina u tal-melħ tal-kalċju tiegħu bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni għandha x'taqsam mal-awtorizzazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metijonina u tal-melħ tal-kalċju tiegħu bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Frar 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) waslet għall-konklużjoni li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħhom, l-analogu idrossilat tal-metijonina u l-melħ tal-kalċju tiegħu ma għandhomx effetti ħżiena la fuq saħħet l-annimali, la fuq saħħet il-bniedem u lanqas fuq l-ambjent. |
(5) |
L-Awtorità waslet ukoll għall-konklużjoni li l-addittiv huwa sors effettiv tal-metijonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li, anke jekk id-degradazzjoni tiegħu fil-kirxa fir-ruminanti hija inqas minn dik tal-metijonina-DL, jenħtieġ li dan jitħares minn dik id-degradazzjoni. |
(6) |
L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(7) |
Il-valutazzjoni ta' dan l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dan l-addittiv jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “l-amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fl-għalf tal-annimali bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2018;16(3):5198.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: l-amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
3c310 |
— |
L-analogu idrossilat tal-metijonina u l-melħ tal-kalċju tiegħu |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metijonina u tal-melħ tal-kalċju tal-analogu idrossilat tal-metijonina, li fiha kontenut minimu ta' 88 % ta' analogu idrossilat tal-metijonina u kontenut minimu ta' 8 % ta' kalċju. Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi Analogu idrossilat tal-metijonina:
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metijonina fl-addittiv:
Għad-determinazzjoni tal-analogu idrossilat tal-metijonina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-għadd totali ta' kalċju fl-addittiv:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
L-24 ta' Jannar 2029 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports