23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/184 |
LINJA GWIDA (UE) 2019/2217TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Novembru 2019
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2016/2249 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2019/34)
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/34) (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rapportar finanzjarju ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali. |
(2) |
Hija meħtieġa kjarifika tal-Anness IV għal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) fir-rigward tar-rapportar finanzjarju ta’ titoli marbuta ma’ indiċi li għalihom huwa inkluż komponent ta’ indiċjar fil-valur kontabilistiku fl-aħħar tliet xhur tas-sena u fi tmiem is-sena, ir-rapportar ta’ operazzjonijiet bil-maqlub ma’ istituzzjonijiet finanzjarji għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu u fil-kuntest tal-prinċipju ta’ valutazzjoni użat għal provvedimenti relatati mal-pensjonijiet. |
(3) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-provvediment li l-BĊNi jistgħu jistabiblixxu skont l-Artikolu 8 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu jiġi estiż biex ikopri r-riskji finanzjarji kollha. |
(4) |
Il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) teħtieġ li tistabbilixxi regoli ta’ valutazzjoni għal fondi ta’ investiment negozjabbli li huma distinti minn dawk applikabbli għal ishma azzjonarji negozjabbli. |
(5) |
Ir-rapportar finanzjarju tat-tranżazzjonijiet ma’ kontrapartijiet li jirċievu assistenza ta’ likwidita ta’ emerġenza fil-forma ta’ self kollateralizzat għandu jiġi ċċarat billi ssir referenza espliċita għal dawn l-operazzjonijiet fl-Anness IV għal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34). |
(6) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 5(4) huwa ssostitwit b’dan li ġej: ‘4. Bl-eċċezzjoni tal-aġġustamenti tal-kontabilità ta’ tmiem it-trimestru u ta’ tmiem is-sena u tal-partiti żvelati taħt “Assi oħrajn” u “Passiv ieħor”, l-ammonti ppreżentati bħala parti mir-rapportar finanzjarju ta’ kuljum għall-finijiet ta’ rapportar finanzjarju tal-Eurosistema għandhom juru biss iċ-ċaqliq tal-flus kontanti fil-partiti tal-karta tal-bilanċ. Fi tmiem it-trimestru u fi tmiem is-sena, l-amortizzazzjoni u kwalunkwe ammont ta’ indiċjar li jirriżulta fuq bonds marbuta ma’ indiċi għandhom ikunu inklużi wkoll fil-valur kontabilistiku tat-titoli.”; |
2. |
L-Artikolu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 8 Provvedimenti għal riskji finanzjarji Meta wieħed iqis in-natura tal-attivitajiet tal-BĊNi, BĊN jista’ jistabbilixxi provvediment għal riskji finanzjarji fil-karta tal-bilanċ tiegħu. Il-BĊN għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima mmotivata tal-iskopertura għar-riskju tal-BĊN.’; |
3. |
L-Artikolu 11 huwa ssostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 11 Ishma azzjonarji negozjabbli 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal ishma azzjonarji negozjabbli, kemm jekk it-transazzjonijiet jitwettqu minn entità ta’ rapportar jew mill-aġent tagħha, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet imwettqa għal interessi parteċipanti, investimenti f’sussidjarji jew interessi sinifikanti. 2. Ishma azzjonarji negozjabbli ddenominati f’valuti barranin u żvelati taħt ‘Assi oħrajn’ m’għandhomx jiffurmaw parti mill-pożizzjoni sħiħa tal-valuta imma għandhom ikunu parti minn holding f’valuta separata. Il-kalkolu tal-qligħ u t-telf mill-kambju relatati jista’ jitwettaq jew bil-metodu tal-kost medju nett jew bil-metodu tal-kost medju. 3. Ir-rivalutazzjoni ta’ portafolji ta’ ishma azzjonarji negozjabbli għandha titwettaq skont l-Artikolu 9(3). Ma għandu jkun hemm ebda nnettjar bejn strumenti ta’ ishma azzjonarji differenti. 4. It-tranżazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ skont il-prezz tat-tranżazzjoni. 5. Il-kummissjoni tas-senserija tista’ tiġi rreġistrata kemm bħala kost tat-tranżazzjoni li għandu jiġi inkluż fil-prezz tal-assi, jew bħala spiża fil-kont tal-qligħ u t-telf. 6. L-ammont tad-dividend mixtri għandu jkun inkluż fil-kost tal-ishma azzjonarji negozjabbli. Fid-data ex-dividend, l-ammont tad-dividend mixtri jista’ jiġi ttrattat bħala partita separata sakemm jiġi rċevut il-ħlas tad-dividend. 7. Akkumulazzjonijiet fuq dividends m’għandhomx jiġu rreġistrati fi tmiem il-perijodu billi huma diġà riflessi fil-prezz tas-suq tal-ishma azzjonarji bl-eċċezzjoni tal-ishma azzjonarji kkwotati ex-dividend. 8. Il-ħruġ ta’ ishma għandu jiġi ttrattat bħala assi separat meta jinħareġ. Il-kost tal-akkwist għandu jiġi kkalkulat skont il-kost medju eżistenti tal-ishma azzjonarji, skont il-prezz strike tal-akkwist il-ġdid, u skont il-proporzjon bejn ishma azzjonarji eżistenti u dawk ġodda. Alternattivament, il-prezz tad-dritt jista’ jkun ibbażat fuq il-valur fis-suq tad-dritt, il-kost medju eżistenti tal-ishma azzjonarji u l-prezz tas-suq tal-ishma azzjonarji qabel il-ħruġ tad-dritt.’; |
4. |
L-Artikolu 11a li ġej huwa miżjud: ‘Artikolu 11a Fondi ta’ investiment negozjabbli 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal fondi ta’ investiment negozjabbli li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
2. Ishma azzjonarji ddenominati f’valuti barranin u żvelati taħt ‘Assi oħrajn’ m’għandhomx jiffurmaw parti mill-pożizzjoni sħiħa tal-valuta imma għandhom ikunu parti minn holding ta’ valuta separata. Il-kalkolu tal-qligħ u t-telf relatat mill-kambju jista’ jitwettaq jew bil-metodu tal-kost medju nett jew bil-metodu tal-kost medju. 3. Ir-rivalutazzjoni tal-fondi ta’ investiment negozjabbli għandha ssir fuq bażi netta, u mhux fuq assi sottostanti. Ma għandu jkun hemm ebda innettjar bejn fondi ta’ investiment negozjabbli differenti. 4. It-tranżazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ skont il-prezz tat-tranżazzjoni. 5. Il-kummissjoni tas-senserija tista’ tiġi rreġistrata kemm bħala kost tat-tranżazzjoni li għandu jiġi inkluż fil-prezz tal-assi, jew bħala spiża fil-kont tal-qligħ u t-telf. 6. L-ammont tad-dividend mixtri għandu jkun inkluż fil-kost tal-fond ta’ investiment negozjabbli. Fid-data ex-dividend, l-ammont tad-dividend mixtri jista’ jiġi ttrattat bħala partita separata sakemm jiġi riċevut il-ħlas tad-dividend. 7. Dovuti fuq dividends tal-fond ta’ investiment negozjabbli m’għandhomx jiġu rreġistrati fl-aħħar tal-perijodu billi huma diġà riflessi fil-prezz tas-suq tal-fond ta’ investiment negozjabbli bl-eċċezzjoni tal-ishma azzjonarji kkwotati ex-dividend.’; |
5. |
fl-Anness II, it-terminu li ġej huwa mdaħħal fl-ordni alfabetiku:
|
6. |
fl-Anness II, id-definizzjoni tat-terminu fil-glossarju “Assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza (ELA)” hija ssostitwita bid-definizzjoni li ġejja:
|
7. |
fl-Anness II, id-definizzjoni tat-terminu fil-glossarju “Portafoll immarkat” hija ssostitwita bid-definizzjoni li ġejja:
|
8. |
fl-Anness II, id-definizzjoni tat-terminu fil-glossarju “Strumenti ta’ ekwità” hija ssostitwita bid-definizzjoni li ġejja:
|
9. |
L-Annessi IV u IX huma ssostitwiti bl-Annessi I u II għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-31 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/34)(ĠU L 347, 20.12.2016, p. 37).
ANNESS I
L-Anness IV tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
‘ANNESS IV
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TA’ VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ(1)
ASSI
Partita tal-karta tal-bilanċ (2) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Kamp ta’ applikazzjoni (3) |
||||||||||||||||||||||||||
1 |
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, nuggets li jkunu qed jinħażnu jew li jkunu għadhom “qed isiru” Deheb mhux fiżiku, bħal bilanċi f’kontijiet b’vista ta’ deheb (kontijiet mhux allokati), depożiti għal terminu fiss u pretensjonijiet għar-riċeviment ta’ deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew purity swaps fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u meta jiġu riċevuti |
Valur tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
2 |
2 |
Krediti kontra residenti mhux fiż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija |
Krediti kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija |
|
|
||||||||||||||||||||||||
2.1 |
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
|
|
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorji |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
2.2 |
2.2 |
Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn |
|
|
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
3 |
3 |
Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’munita barranija |
|
|
Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
4 |
4 |
Krediti kontra residenti mhux fiż-żona tal-euro denominati f’euro |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
4.1 |
4.1 |
Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self |
|
|
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
4.2 |
4.2 |
Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II) |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
5 |
5 |
Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60)(4) |
|
|
||||||||||||||||||||||||
5.1 |
5.1 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
5.2 |
5.2 |
Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta’ kull xahar, u b’maturità itwal minn dik ta’ operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
5.3 |
5.3 |
Operazzjonijiet ta’ rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ rfinar |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
5.4 |
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
5.5 |
5.5 |
Faċilità ta’ self marġinali |
Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
5.6 |
5.6 |
Krediti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
6 |
6 |
Krediti oħrajn kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-assi 7 “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-euro u pretensjonijiet oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Pretensjonijiet oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema inkluża Assistenza ta’ Likwidità ta’ Emerġenza fil-forma ta’ self kollateralizzat. Kwalunkwe pretensjonijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
7 |
7 |
Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’euro |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
7.1 |
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja |
Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-qagħda ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta’ dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta’ rfinar |
|
Obbligatorju Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
7.2 |
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja” u taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), iddenominati f’euro. Ishma azzjonarji u fondi ta’ investiment |
|
Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
8 |
8 |
Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f’euro |
Krediti kontra l-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
- |
9 |
Krediti Intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
- |
9.1 |
Interess parteċipanti fil-BĊE+) |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Is-sehem ta’ kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Kost |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
- |
9.2 |
Krediti ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Krediti iddenominati f’euro kontra l-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizzjonali ta’ riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
- |
9.3 |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss Krediti intra-Eurosistema fil-konfront ta’ BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
- |
9.4 |
Krediti netti marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+), * |
Għall-BĊNi: pretensjoni netta relatata mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus, jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36) (5) Għall-BĊE: krediti relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
- |
9.5 |
Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+) |
Pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin : |
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
9 |
10 |
Partiti fil-proċess tas-saldu |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (krediti), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
9 |
11 |
Assi oħrajn |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
9 |
11.1 |
Muniti taż-żona tal-euro |
Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
9 |
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, softwer |
Kost wara d-deprezzament Rati ta’ deprezzament:
Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10,000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni) |
Irrakkomandat |
||||||||||||||||||||||||
9 |
11.3 |
Assi finanzjarji oħrajn |
|
|
Irrakkomandat Irrakkomandat Irrakkomandat Irrakkomandat Irrakkomandat Irrakkomandat Irrakkomandat Irrakkomandat |
||||||||||||||||||||||||
9 |
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
9 |
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Nefqa mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri mgħax akkumulat mixtri b’titolu |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||||||||||||||||||||||
9 |
11.6 |
Varji |
|
|
Irrakkomandat |
||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Irrakkomandat |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||||||||||||||||||||||
- |
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
Passiv
Partita tal-karta tal-bilanċ (1) |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
Kamp ta’ applikazzjoni (2) |
||||||
1 |
1 |
Karti tal-flus f’ċirkolazzjoni* |
|
|
Obbligatorju |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
2 |
2 |
Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f’euro |
Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
|
|
||||
2.1 |
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) |
Kontijiet iddenominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.2 |
2.2 |
Faċilità ta’ depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.3 |
2.3 |
Depożiti b’terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ rfinar |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
2.4 |
2.4 |
Operazzjonijiet ta’ rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
2.5 |
2.5 |
Depożiti relatati ma’ sejħiet marġinali |
Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
3 |
3 |
Obbligazzjonijiet oħrajn għal istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra taż-żona tal-euro ddenominati f’euro |
Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-assi 7 “Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kont kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Kull obbligazzjoni/depożitu li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
4 |
4 |
Ċertifikati ta’ dejn maħruġin |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss – għall-BĊNi partita tranżitorja tal-karta tal-bilanċ. Ċertifikati ta’ dejn kif deskritt fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta’ skont, maħruġa bil-għan ta’ assorbiment ta’ likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
Obbligatorju |
||||
5 |
5 |
Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti ohra taż-żona tal-euro ddenominati f’euro |
|
|
|
||||
5.1 |
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
5.2 |
5.2 |
Obbligazzjonijiet oħrajn |
Kontijiet kurrenti ta’ persunal, kumpaniji u klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-partita tal-passiv 2.1 “Kontijiet kurrenti”); tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
6 |
6 |
Obbligazzjonijiet għal residenti mhux taż-żona tal-euro ddenominati f’euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħrajn. Tranżazzjonijiet repo għall-ġestjoni ta’ titoli ddenominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew kost repo |
Obbligatorju |
||||
7 |
7 |
Obbligazzjonijiet għal residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija |
Kontijiet kurrenti, obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment li jużaw assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju |
Obbligatorju |
||||
8 |
8 |
Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija |
|
|
|
||||
8.1 |
8.1 |
Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn |
Kontijiet kurrenti Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju |
Obbligatorju |
||||
8.2 |
8.2 |
Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju |
Obbligatorju |
||||
9 |
9 |
Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ żbank allokati mill-IMF |
Partita ddenominata bħala SDR li turi l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
- |
10 |
Obbligazzjonijiet Intra-Eurosistema+) |
|
|
|
||||
- |
10.1 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin+) |
Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss iddenominata f’euro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
- |
10.2 |
Obligazzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE+) |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Obbligazzjoni intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li tirriżulta mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE |
Kost |
Obbligatorju |
||||
- |
10.3 |
Obbligazzjonijiet netti marbuta mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema+), * |
Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss Għall-BĊNi: obbligazzjoni netta relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif iddefiniti mid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
- |
10.4 |
Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)+) |
Pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin: |
|
|
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
10 |
11 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
12 |
Obbligazzjonijiet oħrajn |
|
|
|
||||
10 |
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f’perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta’ rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma’ perjodu futur |
Valur nominali, valuta barranija imsarrfa skont ir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
10 |
12.3 |
Varji |
|
|
Irrakkomandat |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
|
|
Irrakkomandat |
|||||||
10 |
13 |
Provvedimenti |
|
|
Irrakkomandat |
||||
|
|
Obbligatorju |
|||||||
11 |
14 |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni |
Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ ċaqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ kambju u SDRs Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-assi 9.1 “Interess parteċipanti fil-BĊE”+) |
Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju imsarraf bir-rata tas-suq |
Obbligatorju |
||||
12 |
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
|
||||
12 |
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas – il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
12 |
15.2 |
Kapital Riżervi |
Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita 9.1 tal-assi “Interess parteċipanti fil-BĊE”+) |
Valur nominali |
Obbligatorju |
||||
10 |
16 |
Profitt għas-sena |
|
Valur nominali |
Obbligatorju |
(*1) Partiti li jridu jiġu armonizzati.
(1) L-iżvelar b’rabta mal-karti tal-flus euro f’ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-krediti/obbligazzjonijiet netti intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. Il-partiti li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.
(2) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b"+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(3) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u l-obbligazzjonijiet materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.
(4) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(5) Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26).
(*2) Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5.(1)
(6) In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b"+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.
(7) Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.
ANNESS II
L-Anness IX tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
‘ANNESS IX
KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF IPPUBBLIKAT TA’ BANK ĊENTRALI (1) (2)
(EUR miljun) |
||||
Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru... |
Rapportar Sena |
Preċedenti sena |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
Dħul totali nett |
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
(Telf)/qligħ għas-sena |
|
|
(*1) Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5
(1) Il-kont tal-qligħ u t-telf tal-BĊE għandu format kemmxejn differenti. Ara l-Anness III tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1).
(2) L-iżvelar b’rabta mal-karti tal-flus euro f’ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-krediti/obbligazzjonijiet netti intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. Il-partiti li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.
(3) Il-banek ċentrali jistgħu alternattivament jippubblikaw l-ammonti eżatti f’euro, jew ammonti mqarrba b’mod differenti.
(4) Inklużi provvedimenti amministrattivi.
(5) Din il-partita tintuża fil-każ ta’ produzzjoni esterna tal-karti tal-flus (għall-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji esterni responsabbli mill-produzzjoni tal-karti tal-flus f’isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkomandat li l-ispejjeż li jintefqu b’konnessjoni mal-ħruġ ta’ kemm il-karti tal-flus nazzjonali kif ukoll il-karti tal-flus euro għandhom jitqiegħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf hekk kif tinħareġ fattura għalihom jew jitħallsu mod ieħor.’