5.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/64


LINJA GWIDA (UE) 2019/1849 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2019/30)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2007, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew adotta l-Linja Gwida BĊE/2007/2 (1) li jirregola t-TARGET2, li hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika waħda, is-Single Shared Platform (SSP). Dik il-Linja Gwida ġiet emendata u fformulata mill-ġdid bħala l-Linja Gwida BĊE/2012/27 (2).

(2)

Ġiet stabbilita funzjonalità ġdida ta’ SSP, li tippermetti l-ipproċessar ta’ pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza, li l-banek ċentrali tal-Eurosistema jridu jaderixxu magħhom.

(3)

Jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li taħthom id-ditti ta’ investiment jistgħu jipparteċipaw fit-TARGET2, inkluż ir-rekwiżit għal opinjoni legali rigward ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u li japplikaw għal parteċipazzjoni diretta f’sistema komponenti tat-TARGET2.

(4)

Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-parteċipanti f’sistemi komponenti tat-TARGET2 għandhom jaderixxu mar-rekwiżit tal-awtoċertifikazzjoni TARGET2 tagħhom u mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-punt ta’ tmiem ta’ fornituri tas-servizz ta’ network tat-TARGET2, u għandhom jinformaw lill-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti b’kull prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni li huma soġġetti għalihom.

(5)

Jeħtieġ ukoll li jiġu ċċarati u aġġornati ċerti aspetti oħra tal-Linja Gwida BĊE/2012/27.

(6)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (44) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(44)

‘Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)’ fisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza,”;

(b)

Il-punt li ġej (86) huwa miżjud:

“(86)

‘Soluzzjoni ta’ Kontinġenza’ tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza.”;

2.

Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.

Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jaqbdu mas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.”;

3.

L-Annessi II, IIa, IIb, III, IV u V huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-17 ta’ Novembru 2019. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-17 ta’ Ottubru 2019.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1).

(2)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).


ANNESS

L-Annessi II, IIa, IIb, III, IV u V tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huma emendati kif gej:

1.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta’ Modulu ta’ Kontinġenza hija mħassra;

(b)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta’ “Modulu ta’ Informazzjoni u Kuntroll (ICM)” hija ssostitwita b’dan li ġej:

“—‘ Modulu ta Informazzjoni u Kontroll (ICM)’tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u, jekk applikabbli, jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ backup jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Sitwazzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ kontinġenza.”;

(c)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni li ġejja hija miżjuda:

“—‘ Soluzzjoni ta’ Kontingenza’ tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza,”

(d)

fl-Artikolu 4(2), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;”;

(e)

fl-Artikolu 4(2), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c) (i)

ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii)

ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;”;

(f)

fl-Artikolu 8(1)(b), il-punt (ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u fl-Artikolu 4(2)(c)(ii), jagħtu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f’din l-opinjoni nazzjonali jkunu diġà nkisbu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor.”;

(g)

L-Artikolu 11(9) qed jiġi mibdul b’li ġej:

“9.

Il-parteċipanti għandhom immedjatament jinformaw lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk humiex soġġetti għal miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.”;

(h)

L-Artikolu 27 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza

1.   Fil-każ li jseħħ xi każ estern straordinarju jew kull każ ieħor li jaffettwa l-operat tal-SSP, għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV.

2.   L-Eurosistema tipprovdi Soluzzjoni ta’ Kontinġenza jekk l-avvenimenti deskritti fil-paragrafu 1 iseħħu. Il-konnessjoni ma’ u l-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza għandha tkun obbligatorja għal parteċipanti meqjusa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kritiċi. Parteċipanti oħra jistgħu, fuq talba, jaqbdu mas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.”;

(i)

l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘3.

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi obbligi ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà jew il-prevenzjoni tal-frodi, fuq il-parteċipanti kollha u/jew fuq parteċipanti li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].’;

(ii)

qegħdin jiġu miżjuda l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:

“4.

Il-parteċipanti għandhom jipprovdu lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bl-awtoċertifikazzjoni TARGET2 tagħhom u l-attestazzjoni ta’ konformità tagħhom mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-punt tat-tmiem tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk tat-TARGET2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan tal-aħħar, il-parteċipanti għandhom jipprovdu dokument li jiddeskrivi miżuri alternattivi mitiganti għas-sodisfazzjon ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

5.

Il-parteċipanti li jippermettu aċċess għall-kont PM tagħhom minn partijiet terzi kif stabbilit fl-Artikolu 5(2), (3) u (4) għandhom jindirizzaw ir-riskju li jirriżulta mill-għoti ta’ tali aċċess skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. L-awtoċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (4) għandha tispeċifika li l-parteċipant jimponi r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-punt tat-tmiem tal-fornitur ta’ servizz ta’ netwerk tat-TARGET2 fuq partijiet terzi li għandhom aċċess għall-kont PM ta’ dak il-parteċipant.”;

(j)

fl-Artikolu 29(1), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

jippermetti li l-parteċipanti jagħtu bidu għal ridistribuzzjonijiet ta’ riżerva tal-likwidità u ħlasijiet ta’ riżerva ta’ kontinġenza jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ xi ħsara fl-infrastruttura tal-ħlas tal-parteċipant.”;

(k)

fl-ewwel sentenza fl-Artikolu 38(2), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘(c)

awtoritajiet ta’ superviżjoni, riżoluzzjoni, u sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni, inkluż BĊi, sa fejn dan huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli.’;

(l)

fl-Appendiċi I, il-ħames linja tat-tabella fil-punt 2(1) hija ssostitwita kif ġej:

“MT 202COV

Obbligatorja

Ħlasijiet ta’ kopertura”;

(m)

fl-Appendiċi III, taħt l-intestatura ‘Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet nazzjonali għal parteċipanti li mhumiex fiż-ŻEE fit-TARGET2’, il-paragrafu 3.2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

3.2.a

Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tal-Parteċipant jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom il-Parteċipant jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-‘Proċedimenti ta’ Insolvenza’).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, il-Parteċipant, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b’riżultat tagħhom, ħlasijiet lil u/jew mill-Parteċipant jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili, inkluż miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi ekwivalenti għal dawk iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-‘Proċedimenti’).

3.2.b

Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].”;

(n)

fl-Appendiċi IV, il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

jekk [daħħal l-isem tal-BĊ] iqis li hu meħtieġ li jsir hekk, għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ ħlas permezz tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tal-SSP. F’dawn il-każijiet, il-parteċipanti u s-sistemi anċillari għandhom jingħataw biss livell ta’ servizz minimu. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti u s-sistemi anċillari tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permess ta’ kull mezz disponibbli ta’ komunikazzjoni.

(b)

Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ ħlas għandhom ikunu sottomessi mill-parteċipanti u awtorizzati mill-[daħħal isem il-BĊ]. Barra minn hekk, is-sistemi anċillari jistgħu jissottomettu fajls li jkun fihom struzzjonijiet ta’ ħlas, li jistgħu jittellgħu fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza minn [daħħal l-isem tal-BĊ].”;

(ii)

il-punti (d) u (e) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(d)

Ħlasijiet meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju sistemiku għandhom jitqiesu ‘kritiċi’ u [daħħal isem il-BĊ] jista’ jiddeċiedi biex jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom.

(e)

Il-parteċipanti għandhom jissottomettu ordnijiet ta’ ħlas għall-ipproċessar ta’ kontinġenza direttament fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza u l-informazzjoni lil min jitħallas għandha tingħata permezz ta’ [niżżel il-mezzi ta’ komunikazzjoni]. Is-sistemi anċillari għandhom jissottomettu fajls li jkun fihom struzzjonijiet ta’ pagament lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jitellgħu fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza u li jawtorizzaw [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jagħmlu dan. [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, b’mod eċċezzjonali, ukoll idaħħal il-pagamenti manwalment f’isem il-parteċipanti. L-informazzjoni dwar il-bilanċi tal-kontijiet u l-entrati ta’ debitu u kreditu tista’ tiġi akkwistata permezz ta’ [daħħal isem il-BĊ].”;

(o)

fl-Appendiċi IV, il-punt (a) tal-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Fil-każ li parteċipant ikollu problema li żżommu milli jagħmel saldu ta’ ħlasijiet fit-TARGET2, tkun ir-responsabbiltà tiegħu biex isolvi l-problema. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża soluzzjonijiet in-house jew il-funzjonalità tal-ICM, jiġifieri ridistribuzzjonijiet ta’ riżerva tal-likwidità u ħlasijiet ta’ riżerva ta’ kontinġenza (per eżempju CLS, EURO1).”;

(p)

fl-Appendiċi VI, it-tielet u r-raba’ linji tat-tabella fil-punt 13 huma mibdula b’li ġej:

“Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità T2S DCA lil T2S DCA

14,1 ċenteżmu ta’ euro

għal kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, żblokkar, riżerva ta’ likwidità, eċċ)

9,4 ċenteżmu ta’ euro

għal kull tranżazzjoni”;

2.

L-Anness IIa huwa emendat kif gej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa emendat skont kif ġej:

(i)

id-definizzjoni ta’ ‘Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)’ hija sostitwita b’li ġej:

“—‘ Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u, jekk applikabbli, jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ backup jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Sitwazzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ kontinġenza.”;

(ii)

id-definizzjonijiet li ġejjin huma miżjudin:

“—‘ ditta ta’ investiment’ tfisser kumpanija ta’ investiment skont it-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*)], bl-esklużjoni tal-istituzzjonijiet speċifikati fi [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], sakemm id-ditta tal-investiment inkwistjoni hija:

(a)

awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/UE; u

(b)

intitolata li twettaq attivitajiet msemmija taħt [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE],”;

“—‘ Soluzzjoni ta’ Kontingenza’tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza,“;

(b)

fl-Artikolu 5(2), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘(a)

id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;’;

(c)

fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c) (i)

ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii)

ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;”;

(d)

fl-Artikolu 6(1)(b), il-punt (ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment stabbiliti barra miż-ŻEE, li jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, jipprovdu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu provduti f’dik l-opinjoni nazzjonali diġà nkisbu mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor.”;

(e)

L-Artikolu 10(9) qed jiġi mibdul b’li ġej:

“9.

Id-detenturi ta’ T2S DCA għandhom jinformaw minnufih lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk humiex soġġetti għal miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.”

(f)

L-Artikolu 18(3) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi obbligi ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà jew il-prevenzjoni tal-frodi, fuq id-detenturi T2S DCA kollha u/jew fuq id-detenturi T2S DCA li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].”;

(g)

fl-ewwel sentenza fl-Artikolu 27(2), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

awtoritajiet ta’ superviżjoni, riżoluzzjoni, u sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni, inkluż BĊi, sa fejn dan huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli.”;

(h)

fl-Appendiċi III, taħt l-intestatura ‘Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet nazzjonali għal detenturi T2S DCA li mhumiex fiż-ŻEE fit-TARGET2’, il-paragrafu 3.2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

3.2.a

Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tad-detentur TIPS DCA jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom id-detentur TIPS DCA jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-‘Proċedimenti ta’ Insolvenza’).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, id-detentur TIPS DCA, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b’riżultat tagħhom ordinijiet ta’ ħlas lil u/jew mid-detentur TIPS DCA jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn l-ordinijiet ta’ ħlas jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili, inkluż miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi ekwivalenti għal dawk iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-‘Proċedimenti’).

3.2.b

Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].”;

(i)

fl-Appendiċi VI, it-tielet u r-raba’ linji tat-tabella huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità T2S DCA lil T2S DCA

14,1 ċenteżmu ta’ euro

għal kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, żblokkar, riżerva ta’ likwidità, eċċ)

9,4 għal kull ċenteżmu ta’ euro

għal kull tranżazzjoni”;

3.

L-Anness IIb huwa emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 5(2), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;”;

(b)

fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c) (i)

ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii)

ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;”;

(c)

fl-Artikolu 6(1)(b), il-punt (ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti ta’ investiment stabbiliti barra miż-ŻEE, li jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, jipprovdu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi II, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu provduti f’dik l-opinjoni nazzjonali jkunu diġà nkisbu mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor; u”;

(d)

L-Artikolu 14(8) qed jiġi mibdul b’li ġej:

“8.

Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinformaw minnufih lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk ikunu soġġetti għal miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.”;

(e)

L-Artikolu 21 huwa emendat skont kif ġej:

(i)

il-paragrafu 5 huwa mibdul b’dan li ġej:

“5.

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà ċibernetika jew il-prevenzjoni ta’ frodi, fuq id-detenturi TIPS DCA kollha.”;

(ii)

il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud:

“6.

Id-detenturi TIPS DCA li jużaw partijiet ta’ struzzjoni skont l-Artikolu 7(2) jew (3), jew li jippermettu aċċess għat-TIPS DCA tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 8(1), għandhom jitqiesu li jkunu indirizzaw ir-riskju li jirriżulta minn tali użu jew aċċess skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali imposti fuqhom.”;

(f)

L-Artikolu 26(4) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘4.

F’każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni ICM, BĊi u detenturi tal-kont PM oħra fis-sistemi tal-komponenti tat-TARGET2 kollha b’tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad-detentur tal-kont PM li jirċievi l-messaġġ.

Id-detenturi tal-kont PM marbut għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jinfurmaw lid-detenturi tad-TIPS DCA marbuta tagħhom dwar is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ kwalunkwe parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

Fil-każ li s-sospenzjoni jew terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ detentur TIPS DCA fit-TARGET2--[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] iseħħ matul il-perijodu ta’ manutenzjoni teknika, il-messaġġ ta’ komunikazzjoni ICM għandu jintbagħat wara l-bidu tal-fażi operattiva ta’ bi nhar fil-jum ta’ negozju tat-TARGET2 li jmiss.’;

(g)

fl-Artikolu 29(3), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘(c)

awtoritajiet ta’ superviżjoni, riżoluzzjoni, u sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni, inkluż BĊi, sa fejn dan huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli.’;

(h)

fl-Appendiċi II, taħt l-intestatura Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet nazzjonali għal detenturi TIPS DCA li mhumiex fiż-ŻEE fit-TARGET2, il-paragrafu 3.2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

3.2.a

Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tad-detentur TIPS DCA jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom id-detentur TIPS DCA jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-‘Proċedimenti ta’ Insolvenza’).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, id-detentur TIPS DCA, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b’riżultat tagħhom ordinijiet ta’ ħlas lil u/jew mid-detentur TIPS DCA jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn l-ordinijiet ta’ ħlas jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili, inkluż miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi ekwivalenti għal dawk iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-‘Proċedimenti’).

3.2.b

Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].”;

4.

L-Anness III huwa emendat kif gej:

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri u korpi tas-settur pubbliku ta' Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;”;

5.

L-Anness IV huwa emendat kif gej:

(a)

fil-paragrafu 1 (Definizzjonijiet), il-punt (7) huwa ssostitwit b’li gej:

“(7)

‘Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)’ tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u, jekk applikabbli, jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ backup jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ kontinġenza,”;

(b)

fil-paragrafu 1 (Definizzjonijiet), il-punt (15) li jmiss huwa miżjud:

“(15)

‘Soluzzjoni ta’ Kontinġenza’tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza.”;

(c)

fil-punt (1)(d)(iii) tal-paragrafu 18, it-tielet u r-raba’ linji tat-tabella huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità T2S DCA lil T2S DCA

14,1 ċenteżmu ta’ euro

kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, żblokkar, riżerva ta’ likwidità, eċċ)

9,4 ċenteżmu ta’ euro

kull tranżazzjoni”;

6.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 4, il-punt (14) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(14)

L-Artikolu 28 huwa mmodifikat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘1.

Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jimplimentaw verifiki tas-sigurtà adegwati, partikolarment dawk speċifikati fl-Appendiċi IA għall-Anness V, biex jipproteġu s-sistemi tagħhom kontra l-aċċess u l-użu mhux awtorizzat. Il-partecipanti ghandhom ikunu responsabbli esklussivament ghall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi taghhom.’;

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘4.

Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jipprovdu [daħħal l-isem tal-BĊ] permezz tal-awtoċertifikazzjoni TARGET2 tagħhom.’; u

(c)

jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

‘6.

Il-parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jinformaw lil [daħħal isem il-BĊ] immedjatament b’kull okkorrenza li tista’ taffettwa l-validità taċ-ċertifikati, partikolarment dawk l-okkorrenzi speċifikati fl-Appendiċi IA tal-Anness V, inkluż, mingħajr limitazzjoni, kull telf jew użu mhux xieraq.’.


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.