24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/75 |
LINJA GWIDA (UE) 2019/1033 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta' Mejju 2019
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2019/12)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-assi kollha eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema huma soġġetti għal regoli ta' valutazzjoni u miżuri speċifiċi ta' kontroll tar-riskju sabiex jipproteġu lill-Eurosistema minn telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jrid ikun realizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni tal-qafas tal-kontroll tar-riskju u tal-valutazzjoni tal-Eurosistema b'rabta mal-assi mhux negozjabbli, għandhom isiru diversi aġġustamenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-Eurosistema mir-riskju. |
(2) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
2. |
fl-Artikolu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
3. |
fl-Artikolu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
4. |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-5 ta' Awwissu 2019. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2019.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
ANNESS
L-Anness għal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa emendat kif ġej:
1. |
It-Tabella 1 hija sostitwita b'dan li ġej: “Tabella 1 Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi
|
2. |
It-Tabella 2 hija sostitwita b'dan li ġej: “Tabella 2 Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircuts I sa IV
|
3. |
It-Tabella 3 hija sostitwita b'dan li ġej: “Tabella 3 Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss jew varjabbli
|
(*1) jiġifieri [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”
(*2) jiġifieri [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.