12.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/106 |
DIRETTIVA (UE) 2019/1160 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' impriżi ta' investiment kollettiv
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-objettivi komuni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jinkludu li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fost l-impriżi ta' investiment kollettiv u li jneħħu r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-unitajiet u tal-ishma tal-impriżi ta' investiment kollettiv fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni aktar uniformi għall-investituri. Filwaqt li fil-parti l-kbira dawk l-objettivi ntlaħqu, ċerti ostakli għadhom qed irażżnu lill-maniġers ta' fondi biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern. |
(2) |
Din id-Direttiva hija kkumplimentata mir-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Dak ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri addizzjonali li jikkonċernaw l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFMs). Jenħtieġ li dak ir-Regolament u din id-Direttiva jikkoordinaw aktar b'mod kollettiv il-kundizzjonijiet għall-maniġers ta' fondi li joperaw fis-suq intern u jiffaċilitaw id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi li jamministraw. |
(3) |
Hemm bżonn li titneħħa d-diskrepanza regolatorja fil-proċedura ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar it-tibdiliet fir-rigward tal-UCITS bil-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2011/61/UE. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1156 ikompli jsaħħaħ il-prinċipji applikabbli għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni rregolati bid-Direttiva 2009/65/KE u jestendi l-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji għall-AIFMs, u b'hekk jirriżulta fi standard għoli ta' protezzjoni tal-investituri, indipendentement mit-tip ta' investitur. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2009/65/KE relatati mal-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u mal-aċċessibbiltà tal-liġijiet u tar-regolamentazzjoni nazzjonali rilevanti għall-arranġament tal-unitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS għalhekk m'għadhomx neċessarji u jenħtieġ li jitħassru. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE, li jeħtieġu li l-UCITS jipprovdu faċilitajiet lill-investituri, kif implimentati minn ċerti ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, sfaw ta' piż. Barra minn hekk, il-faċilitajiet lokali rarament jintużaw mill-investituri kif maħsub mid-Direttiva. Il-metodu ppreferut ta' kuntatt inbidel għal interazzjoni diretta bejn l-investituri u l-maniġers ta' fond, jew b'mod elettroniku inkella bit-telefon, filwaqt li l-pagamenti u t-tifdijiet qed jiġu eżegwiti permezz ta' mezzi oħra. Filwaqt li dawk il-faċilitajiet lokali li qed jintużaw bħalissa għal finijiet amministrattivi bħall-irkupru transfruntier tat-tariffi regolatorji, jenħtieġ li tali kwistjonijiet jiġu indirizzati permezz ta' mezzi oħra li jinkludu l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli, li jimmodernizzaw u jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-provvista ta' faċilitajiet lil investituri fil-livell tal-konsumatur, u jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux jeżiġu preżenza fiżika lokali għall-provvista ta' tali faċilitajiet. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li dawk ir-regoli jiżguraw li l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni li huma intitolati għaliha. |
(6) |
Biex jiġi żgurat trattament konsistenti tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, hemm bżonn li r-rekwiżiti relatati mal-faċilitajiet jiġu applikati għall-AIFMs ukoll meta l-Istati Membri jawtorizzawhom jikkumerċjalizzaw unitajiet jew ishma ta' fondi ta 'investiment alternattivi (AIFs) lil investituri fil-livell tal-konsumatur fit-territorji tagħhom. |
(7) |
In-nuqqas ta' kundizzjonijiet ċari u uniformi tal-waqfien tal-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma ta' UCITS jew AIF fi Stat Membru ospitanti, joħloq inċertezza legali u ekonomika għall-maniġers tal-fondi. Għalhekk, id-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE jenħtieġ li jistabbilixxu kundizzjonijiet ċari li bihom tista' sseħħ denotifika tal-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' xi unitajiet jew ishma jew tagħhom kollha. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jibbilanċjaw, minn naħa waħda, l-abbiltà tal-impriżi ta' investiment kollettiv jew tal-maniġers tagħhom li jtemmu l-arranġamenti tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ishma jew tal-unitajiet tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-investituri f'tali impriżi. |
(8) |
Il-possibbiltà li tieqaf il-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS jew tal-AIFs fi Stat Membru partikolari jenħtieġ li la tkun bi ħlas għall-investituri u lanqas tnaqqas is-salvagwardji tagħhom skont id-Direttiva 2009/65/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt tagħhom għal informazzjoni preċiża dwar l-attivitajiet issoktati ta' dawk il-fondi. |
(9) |
Hemm każijiet li fihom AIFM li jkun jixtieq jittestja l-aptit tal-investituri għal idea ta' investiment jew għal strateġija ta' investiment partikolari, jaffaċċja trattament diverġenti ta' prekummerċjalizzazzjoni f'ordinamenti ġuridiċi nazzjonali differenti. Id-definizzjoni ta' prekummerċjalizzazzjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom hija permessa tvarja b'mod konsiderevoli bejn dawk l-Istati Membri fejn hija permessa, mentri fi Stati Membri oħrajn m'hemmx kunċett ta' prekummerċjalizzazzjoni affattu. Biex jiġu indirizzati dawk id-diverġenzi, jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni armonizzata tal-prekummerċjalizzazzjoni kif ukoll jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li fihom AIFM tal-UE jista' jwettaq prekummerċjalizzazzjoni. |
(10) |
Biex il-prekummerċjalizzazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala tali skont id-Direttiva 2011/61/UE, jenħtieġ li din tkun indirizzata lil investituri professjonali potenzjali u tikkonċerna idea ta' investiment jew strateġija ta' investiment sabiex tittestja l-interess tagħhom f'AIF jew f'kompartiment li jkun għadu ma ġiex stabbilit, jew li jkun stabbilit, iżda jkun għadu mhux notifikat għall-kummerċjalizzazzjoni f'konformità ma' dik id-Direttiva. Għaldaqstant, matul il-prekummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li ma jkunx possibbli għall-investituri li jissottoskrivu ruħhom għall-unitajiet jew għall-ishma ta' AIF u d-distribuzzjoni ta' formoli ta' sottoskrizzjoni jew dokumenti simili lil investituri professjonali potenzjali, kemm f'għamla ta' abbozz kif ukoll f'forma finali, jenħtieġ li ma jkunx permess. L-AIFMs tal-UE jenħtieġ li jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'AIF permezz ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu jakkwistaw unitajiet jew ishma f'dak l-AIF permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa taħt id-Direttiva 2011/61/UE. Kwlaunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar minn meta l-AIFM tal-UE jkun beda prekummerċjalizzazzjoni, għall-unitajiet jew għall-ishma ta' AIF imsemmija fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest ta' prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' AIF stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li titqies li hi r-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni u jenħtieġ li tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fid-Direttiva 2011/61/UE. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jeżerċitaw il-kontroll fuq il-prekummerċjalizzazzjoni fl-Istat Membru tagħhom, AIFM tal-UE jenħtieġ li jibgħat, fi żmien ġimgħatejn minn meta jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu, li tispeċifika inter alia f'liema Stati Membri jkun qed iwettaq jew kien qed iwettaq prekummerċjalizzazzjoni, il-perjodi li matulhom qed isseħħ jew tkun seħħet il-prekummerċjalizzazzjoni u inkluż, fejn rilevanti, lista ta' AIFs u ta' kompartimenti tal-AIFs tiegħu li huma jew li kienu s-soġġett ta' prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE jenħtieġ li jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-AIFM tal-UE jkun qed iwettaq jew kien qed iwettaq prekummerċjalizzazzjoni. |
(11) |
L-AIFMs tal-UE jenħtieġ li jiżguraw li l-prekummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun dokumentata b'mod adegwat. |
(12) |
Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva 2011/61/UE u, b'mod partikolari, mar-regoli armonizzati dwar il-prekummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li bl-ebda mod ma jiżvantaġġaw lill-AIFMs tal-UE fil-konfront tal-AIFMs mhux tal-UE. Dan jirrigwarda kemm is-sitwazzjoni attwali li fiha l-AIFMs mhux tal-UE m'għandhomx drittijiet tal-passaportar, kif ukoll sitwazzjoni li fiha d-dispożizzjonijiet dwar tali passaportar fid-Direttiva 2011/61/UE jsiru applikabbli. |
(13) |
Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, hemm bżonn li jiġu ssinkronizzati d-dati ta' applikazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2019/1156 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prekummerċjalizzazzjoni. |
(14) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (6), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE
Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 17(8), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-kumpanija maniġerjali fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali kif xieraq. Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.”; |
(2) |
l-Artikolu 77 huwa mħassar; |
(3) |
fl-Artikolu 91, il-paragrafu 3 huwa mħassar; |
(4) |
l-Artikolu 92 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 92 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li UCITS tagħmel disponibbli, f'kull Stat Membru fejn ikun biħsiebha tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, faċilitajiet li jwettqu l-kompiti li ġejjin:
2. L-Istati Membri m'għandhomx jeżiġu li UCITS ikollha preżenza fiżika fl-Istat Membru ospitanti jew li taħtar parti terza għall-finijiet tal-paragrafu 1. 3. Il-UCITS għandha tiżgura li l-faċilitajiet biex jitwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż elettronikament, ikunu pprovduti:
Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-kompiti għandhom jitwettqu minn parti terza, il-ħatra ta' dik il-parti terza għandha tkun evidenzjata minn kuntratt bil-miktub, li jispeċifika liema mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jitwettqu mill-UCITS u li l-parti terza ser tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha mingħand il-UCITS.”; |
(5) |
l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 93a 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li UCITS tkun tista' tiddenotifika l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' unitajiet, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward ta' klassijiet ta' ishma, fi Stat Membru li fir-rigward tiegħu tkun għamlet notifika skont l-Artikolu 93, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiddeskrivi b'mod ċar il-konsegwenzi għall-investituri jekk ma jaċċettawx l-offerta ta' tifdija jew tar-riakkwist tal-unitajiet tagħhom. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi pprovduta bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fir-rigward tiegħu l-UCITS tkun għamlet notifika skont l-Artikolu 93 jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Sa mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-UCITS għandha twaqqaf kwalunkwe offerta jew tpoġġija ta' unitajiet ġodda jew ulterjuri, diretti jew indiretti li kienu s-soġġett ta' denotifika f'dak l-Istat Membru. 2. L-UCITS għandha tissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha li tikkontjeni l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jivverifikaw jekk in-notifika sottomessa mill-UCITS f'konformità mal-paragrafu 2 hijiex kompluta. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom, mhux aktar tard minn 15-il jum ta' xogħol wara r-riċevuta tan-notifika sħiħa msemmija, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, u lill-ESMA. Hekk kif tiġi trażmessa n-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw minnufih lill-UCITS dwar din it-trażmissjoni. 4. Il-UCITS għandha tipprovdi lill-investituri li jibqgħu investiti fil-UCITS kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 68 sa 82 u skont l-Artikolu 94. 5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, informazzjoni dwar kwalunkwe bidla fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(2). 6. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS kif stipulat fl-Artikolu 21(2), fl-Artikolu 97(3) u fl-Artikolu 108. Mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra ta' monitoraġġ u setgħat superviżorji kif imsemmija fl-Artikolu 21(2) u fl-Artikolu 97, sa mid-data tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jeħtieġu li l-UCITS ikkonċernata turi konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). 7. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-użu ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni mill-bogħod għall-finijiet tal-paragrafu 4, dment li l-informazzjoni u l-mezzi ta' komunikazzjoni jkunu disponibbli għall-investituri bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab l-investitur jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. (*1) Ir-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 55).”;" |
(7) |
fl-Artikolu 95(1), il-punt (a) huwa mħassar. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2011/61/UE
Id-Direttiva 2011/61/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 4(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
|
(2) |
fil-bidu tal-Kapitolu VI jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 30a Kundizzjonijiet għall-prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni minn AIFM tal-UE 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE awtorizzat ikun jista' jwettaq prekummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, għajr meta l-informazzjoni ppreżentata lill-investituri professjonali potenzjali:
Meta jiġi pprovdut abbozz ta' prospett jew dokumenti ta' offerta, dawn ma għandhomx ikun fihom informazzjoni suffiċjenti li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment, u għandhom jiddikjaraw b'mod ċar li:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE ma jkunx meħtieġ jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-kontenut jew id-destinatarji ta' prekummerċjalizzazzjoni, jew li jissodisfa kwalunkwe kundizzjoni jew rekwiżit għajr dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, qabel ma jagħmel prekummerċjalizzazzjoni. 2. L-AIFMs tal-UE għandhom jiżguraw li l-investituri ma jakkwistawx unitajiet jew ishma f'AIF permezz ta' prekummerċjalizzazzjoni u li l-investituri kkuntattjati bħala parti mill-prekummerċjalizzazzjoni jkunu jistgħu biss jakkwistaw unitajiet jew ishma f'dak l-AIF permezz ta' kummerċjalizzazzjoni permessa skont l-Artikolu 31 jew 32. Kwalunkwe sottoskrizzjoni minn investituri professjonali, fi żmien 18-il xahar mill-AIFM tal-UE jkun beda prekummerċjalizzazzjoni, għal unitajiet jew għal ishma ta' AIF imsemmija fl-informazzjoni pprovduta fil-kuntest ta' prekummerċjalizzazzjoni, jew ta' AIF stabbilit b'riżultat tal-prekummerċjalizzazzjoni, għandha titqies li hi r-riżultat ta' kummerċjalizzazzjoni, u għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ta' notifika applikabbli msemmija fl-Artikoli 31 u 32. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE jibgħat, fi żmien ġimgħatejn wara li jkun beda l-prekummerċjalizzazzjoni, ittra informali, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tiegħu. Dik l-ittra għandha tispeċifika l-Istati Membri li fihom u l-perjodi li matulhom ser issir jew saret il-prekummerċjalizzazzjoni, deskrizzjoni qasira tal-prekummerċjalizzazzjoni inkluż informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment ippreżentati u, fejn rilevanti, lista tal-AIFs u kompartimenti tal-AIFs li huma jew kienu s-suġġett ta' prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom l-AIFM tal-UE huwa jew kien involut f'prekummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun qed sisir jew tkun saret il-prekummerċjalizzazzjoni jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE sabiex jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-prekummerċjalizzazzjoni li tkun qed issir jew li tkun saret fit-territorju tiegħu. 3. Parti terza għandha twettaq biss prekummerċjalizzazzjoni f'isem AIFM tal-UE awtorizzat fejn hija awtorizzata bħala ditta tal-investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), bħala istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), bħala kumpanija maniġerjali tal-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, bħala AIFM skont din id-Direttiva, jew taġixxi bħala aġent marbut skont id-Direttiva 2014/65/UE. Tali parti terza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 4. AIFM tal-UE għandhom jiżguraw li l-prekummerċjalizzazzjoni tkun dokumentata adegwatament. (*2) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)." (*3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).”;" |
(3) |
fl-Artikolu 32(7), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi jiġu sostitwiti b'li ġej: “Jekk, wara bidla ppjanata, l-amministrazzjoni tal-AIF mill-AIFM ma tibqax f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b'xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hu ma għandux jimplimenta t-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM skont il-każ. Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa' f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b' xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa' jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f'konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kif xieraq mingħajr dewmien żejjed. Jekk it-tibdiliet ma jinfluwenzawx il-konformità tal-amministrazzjoni tal-AIF mill-AIFM ma' din id-Direttiva, jew, b'xi mod ieħor, il-konformità mill-AIFM ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM dwar dawn it-tibdiliet.”; |
(4) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 32a Denotifika tal-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta' AIFs tal-UE fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE jkun jista' jiddenotifika l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' unitajiet jew ta' ishma ta' xi AIFs jew kollha fi Stat Membru fejn tkun intbagħtet notifika skont l-Artikolu 32, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Sa mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-AIFM għandu jwaqqaf kwalunkwe offerta ġdida jew ulterjuri, diretta jew indiretta, ta' unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġja fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu huwa jkun ippreżenta notifika skont il-paragrafu 2. 2. L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu li tikkontjeni l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jivverifikaw jekk in-notifika sottomessa mill-AIFM f'konformità mal-paragrafu 2 hijiex kompluta. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 15-il jum ta' xogħol wara r-riċevuta tan-notifika sħiħa msemmija, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, u lill-ESMA. Kif tintbagħat in-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinnotifikaw minnufih lill-AIFM dwar din it-trażmissjoni. Għal perjodu ta' 36 xahar mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-AIFM ma għandux jagħmel prekummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-AIFs tal-UE msemmija fin-notifika, jew fir-rigward ta' strateġiji ta' investiment jew ideat ta' investiment simili, fl-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2. 4. l-AIFM għandu jipprovdi lill-investituri li jibqgħu investiti fl-AIF tal-UE kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 22 u 23. 5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2, informazzjoni dwar kwalunkwe bidla fid-dokumentazzjoni u l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-Anness IV. 6. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kif stabbilit fl-Artikolu 45. 7. Mingħajr preġudizzju għal setgħat superviżorji oħra msemmija fl-Artikolu 45(3), sa mid-data tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru identifikat fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ma għandhomx jeħtieġu li l-AIFM ikkonċernat juri konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5). 8. L-Istati Membri għandhom jippermettu li jintuża kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni elettronika jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni mill-bogħod għall-finijiet tal-paragrafu 4. (*4) Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98)." (*5) Ir-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 55).”;" |
(5) |
fl-Artikolu 33(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi huma ssostitwiti b'dan li ġej: “Jekk, wara tibdil ippjanat, l-amministrazzjoni tal-AIF mill-AIFM ma tibqax f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b'xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hu ma għandux jimplimenta t-tibdil. Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa' f'konformità ma' din id-Direttiva jew, b'xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa' jikkonforma ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f'konformità mal-Artikolu 46 u għandhom jinnotifikaw kif xieraq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM mingħajr dewmien żejjed.”; |
(6) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 43a Faċilitajiet disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur 1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2015/760, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM iqiegħed għad-dispożizzjoni, f'kull Stat Membru fejn ikun biħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma ta' AIF lil investituri fil-livell tal-konsumatur, faċilitajiet li jwettqu l-kompiti li ġejjin:
2. L-Istati Membri m'għandhomx jeżiġu li AIFM ikollu preżenza fiżika fl-Istat Membru ospitanti jew li jaħtar parti terza għall-finijiet tal-paragrafu 1. 3. L-AIFM għandu jiżgura li l-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż elettronikament, ikunu pprovduti:
Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-kompiti għandhom jitwettqu minn parti terza, il-ħatra ta' dik il-parti terza għandha tkun evidenzjata minn kuntratt bil-miktub, li jispeċifika liema mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jitwettqu mill-AIFM u li l-parti terza ser tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha mingħand l-AIFM.”; |
(7) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 69a Valutazzjoni tar-reġim tal-passaport Qabel id-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 67(6) li skonthom ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35 u l-Artikoli 37 sa 41 isiru applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tqis ir-riżultat ta' valutazzjoni tar-reġim tal-passaport ipprovdut f'din id-Direttiva inkluża l-estensjoni ta' dak ir-reġim għall-AIFMs mhux tal-UE. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.”; |
(8) |
fl-Anness IV, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. Sat-2 ta' Awwissu 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-2 ta' Awwissu 2021,
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Evalwazzjoni
Sat-2 ta' Awwissu 2024, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-ESMA u mal-awtoritajiet kompetenti, tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Sat-2 ta' Awwissu 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 5
Rieżami
Sat-2 ta' Awwissu 2023, il-Kumissjoni għandha tippreżenta rapport li għandu jivvaluta, inter alia, il-merti tal-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS li jittestjaw l-interess tal-investituri f'idea ta' investiment jew strateġija ta' investiment partikolari, u jekk ikunux meħtieġa emendi għad-Direttiva 2009/65/KE għal dan il-għan.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2019.
(3) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(4) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (Ara l-paġna 55 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).