31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/2


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tas-7 ta’ Ġunju 2019 )

Fil-paġna 330, l-Artikolu 1, il-punt 17, l-Artikolu ġdid 45h(2):

minflok:

“2.

Fejn aktar minn entità G-SII waħda li jkunu jappartjenu għall-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni, l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmijin fis-subparagrafu 1 għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b’mod konsistenti mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal- ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali u t-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tali aġġustament jista’ jiġi applikat soġġett għal dawn li ġejjin:

(a)

l-aġġustament jista’ jiġi applikat fir-rigward tad-differenzi fil-kalkolu tal-ammonti totali ta’ skopertura għar- riskju bejn l-Istati Membri rilevanti billi jiġi aġġustat il-livell tar-rekwiżit;

(b)

l-aġġustament ma għandux jiġi applikat biex ikunu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mill-iskoperturi bejn il- gruppi ta’ riżoluzzjoni.

It-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali ma għandux ikun iktar baxx mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

aqra:

“2.

Fejn aktar minn entità G-SII waħda li jkunu jappartjenu għall-istess G-SII tkun entità ta’ riżoluzzjoni, l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmijin fis-subparagrafu 1 għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b’mod konsistenti mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal-G-SII, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal- ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali u t-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tali aġġustament jista’ jiġi applikat soġġett għal dawn li ġejjin:

(a)

l-aġġustament jista’ jiġi applikat fir-rigward tad-differenzi fil-kalkolu tal-ammonti totali ta’ skopertura għar- riskju bejn l-Istati Membri rilevanti billi jiġi aġġustat il-livell tar-rekwiżit;

(b)

l-aġġustament ma għandux jiġi applikat biex ikunu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mill-iskoperturi bejn il- gruppi ta’ riżoluzzjoni.

It-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni individwali ma għandux ikun iktar baxx mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”.