|
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/253 |
DIRETTIVA (UE) 2019/878 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2019
li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ġew adottati b'rispons għall-kriżijiet finanzjarji li seħħew fl-2007-2008. Dawk il-miżuri leġislattivi kkontribwixxew b'mod sostanzjali għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u għamlu l-istituzzjonijiet aktar reżiljenti għal xokkijiet futuri possibbli. Minkejja li huma estremament komprensivi, dawk il-miżuri ma indirizzawx id-dgħufijiet kollha identifikati li jaffettwaw lill-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, xi wħud mill-miżuri proposti inizjalment kienusoġġetti għal klawżoli ta' reviżjoni jew ma kinux ddettaljati b'mod suffiċjenti biex ikunu jistgħu jiġu implimentati bla xkiel. |
|
(2) |
Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-kwistjonijiet imqajma b'rabta mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE li wrew li mhumiex ċari biżżejjed u li għalhekk kienu soġġetti għal interpretazzjonijiet diverġenti jew li tqiesu li huma ta' piż eċċessiv fuq ċerti istituzzjonijiet. Fiha wkoll aġġustamenti għad-Direttiva 2013/36/UE li huma neċessarji wara l-adozzjoni ta' atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew il-bidliet proposti b'mod parallel għar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Finalment, l-emendi proposti jallinjaw aħjar il-qafas regolatorju attwali mal-iżviluppi internazzjonali sabiex jiġu promossi l-konsistenza u l-komparabbiltà bejn il-ġurisdizzjonijiet. |
|
(3) |
Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jistgħu jkunu impriżi omm ta' gruppi bankarji u l-applikazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali hija meħtieġa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' tali kumpanniji azzjonarji. Peress li l-istituzzjoni kkontrollata minn tali kumpanniji finanzjarji mhijiex dejjem kapaċi tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti fuq bażi konsolidata fil-grupp kollu, huwa neċessarju li ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jinġiebu fl-ambitu dirett tas-setgħat superviżorji skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tiġi żgurata l-konformità fuq bażi konsolidata. Għalhekk, proċedura speċifika ta' approvazzjoni u setgħat superviżorji diretti fuq ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jenħtieġ li jiġu previsti sabiex jiġi żgurat li tali kumpanniji azzjonarji jkunu jistgħu jinżammu direttament responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali konsolidati, mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali addizzjonali fuq bażi individwali. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-approvazzjoni u s-superviżjoni ta' ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta ma jipprevjenux lill-gruppi milli jiddeċiedu dwar l-arranġamenti interni speċifiċi u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp kif jidhrilhom adatt biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, u jenħtieġ li ma jipprevjenux azzjoni superviżorja diretta fuq dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp bl-impenn li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata. |
|
(5) |
F'ċirkostanzi speċifiċi, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ġiet stabbilita għall-fini li jkollha parteċipazzjonijiet f'impriżi tista' tkun eżentata mill-approvazzjoni. Għalkemm huwa rikonoxxut li kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta eżentata tista' tieħu deċiżjonijiet skont l-andament ordinarju tan-negozju tagħha, jenħtieġ li ma tiħux deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew dawk is-sussidjarji fil-grupp li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji. Fil-valutazzjoni tal-konformità ma' dak ir-rekwiżit, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu r-rekwiżiti rilevanti skont id-dritt soċjetarju li għaliha tkun soġġetta l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. |
|
(6) |
Is-superviżur konsolidanti għandu r-responsabbiltajiet ewlenin fir-rigward tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata. Għalhekk, huwa neċessarju li s-superviżur konsolidanti jkun involut b'mod adatt fl-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta. Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jenħtieġ li l-approvazzjoni tingħata permezz ta' deċiżjoni konġunta ta' dawk iż-żewġ awtoritajiet. Il-Bank Ċentrali Ewropew, fit-twettiq tal-kompitu tiegħu ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq il-kumpanniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (7), jenħtieġ ukoll li jeżerċita d-dmirijiet tiegħu b'rabta mal-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta. |
|
(7) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016”) żvela li, meta applikati għal xi istituzzjonijiet żgħar, xi wħud mill-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, jiġifieri r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-pagament fl-istrumenti, joħolqu wisq piż u mhumiex proporzjonati mal-benefiċċji prudenzjali tagħhom. B'mod simili, tqies li l-kost tal-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti huwa ogħla mill-benefiċċji prudenzjali tagħhom fil-każ tal-persunal b'livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli, peress li tali livelli ta' remunerazzjoni varjabbli jipproduċu ftit jew ebda inċentiv għall-persunal sabiex jieħu riskju eċċessiv. Konsegwentement, filwaqt li, b'mod ġenerali, l-istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jkun meħtieġ japplikaw il-prinċipji kollha għall-persunal kollu tagħhom li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, huwa neċessarju li jiġu eżentati istituzzjonijiet żgħar u persunal b'livelli baxxi ta' rimunerazzjoni varjabbli mill-prinċipji dwar id-diferiment u l-pagament fl-istrumenti stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(8) |
Kriterji ċari, konsistenti u armonizzati li jidentifikaw dawk l-istituzzjonijiet żgħar kif ukoll livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli huma neċessarji biex tiġi żgurata l-konverġenza superviżorja u jitrawmu kondizzjonijiet indaqs għall-istituzzjonijiet u l-protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Fl-istess ħin, huwa adatt li tiġi offruta xi flessibbiltà għall-Istati Membri biex jadottaw approċċ aktar strett fejn iqisuh neċessarju. |
|
(9) |
Il-prinċipju ta' ħlas ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali huwa stipulat fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dak il-prinċipju jeħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti mill-istituzzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li joperaw politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi. |
|
(10) |
L-għan tar-rekwiżiti ta' remunerazzjoni huwa li jippromwovu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva tal-istituzzjonijiet billi jiġu allinjati l-interessi fit-tul kemm tal-istituzzjonijiet kif ukoll tal-persunal tagħhom li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (dawk li jieħdu riskju materjali). Fl-istess ħin, sussidjarji li mhumiex istituzzjonijiet u għalhekk mhux soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi individwali, jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' remunerazzjoni oħra skont l-atti legali speċifiċi għas-settur rilevanti li jenħtieġ li tkun prevalenti. Għalhekk, bħala regola, ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikawx fuq bażi konsolidata għal tali sussidjarji. Madankollu, biex jiġi evitat arbitraġġ possibbli, ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw fuq bażi konsolidata għall-persunal li jkun impjegat fis-sussidjarji li jipprovdu servizzi speċifiċi, bħall-immaniġġjar ta' assi, il-ġestjoni tal-portafoll jew l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, fejn tali persunal ikollu mandat, irrispettivament mill-forma li jista' jieħu tali mandat, li jwettaq attivitajiet professjonali li jikkwalifikahom bħala “dawk li jieħdu riskju materjali” fil-livell tal-grupp bankarju. Tali mandati jenħtieġ li jinkludu arranġamenti ta' delega jew ta' esternalizzazzjoni konklużi bejn is-sussidjarja li timpjega l-persunal u istituzzjoni oħra fl-istess grupp. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux prevenuti milli japplikaw ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva fuq bażi konsolidata għal sett aktar wiesa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom. |
|
(11) |
Id-Direttiva 2013/36/UE teħtieġ li sehem sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 50 %, ta' kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli, ikun jikkonsisti minn bilanċ ta' azzjonijiet jew interessi ta' sjieda ekwivalenti, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, jew strumenti marbuta ma' ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, fil-każ ta' istituzzjoni mhux elenkata; u, fejn possibbli, ta' strumenti alternattivi tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet. Dak il-prinċipju jillimita l-użu ta' strumenti marbuta ma' ishma għall-istituzzjonijiet mhux elenkati u jeħtieġ li l-istituzzjonijiet elenkati jużaw l-ishma. Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 qies li l-użu tal-ishma jista' jwassal għal piżijiet u kostijiet amministrattivi konsiderevoli għall-istituzzjonijiet elenkati. Fl-istess ħin, jistgħu jinkisbu benefiċċji prudenzjali ekwivalenti billi l-istituzzjonijiet elenkati jitħallew jużaw strumenti marbuta mal-ishma li jittraċċaw il-valur tal-ishma. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-possibbiltà li jintużaw strumenti marbuta mal-ishma tiġi estiża għall-istituzzjonijiet elenkati. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-analiżi u l-evalwazzjoni superviżorji jqisu d-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Fejn istituzzjonijiet differenti jkollhom profili tar-riskju simili, pereżempju minħabba li jkollhom mudelli tan-negozju jew pożizzjoni ġeografika ta' skoperturi simili jew ikunu affiljati mal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jfasslu l-metodoloġija għall-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni biex jinkludu l-karatteristiċi u r-riskji komuni tal-istituzzjonijiet b'tali profil tar-riskju li jkun l-istess. Madankollu, jenħtieġ li tali tfassil la jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu kont debitu tar-riskji speċifiċi li jaffettwaw kull istituzzjoni u lanqas jibdel in-natura speċifika għall-istituzzjoni tal-miżuri imposti. |
|
(13) |
Ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost mill-awtoritajiet kompetenti huwa mutur importanti tal-livell kumplessiv ta' fondi proprji ta' istituzzjoni u huwa rilevanti għall-parteċipanti fis-suq peress li l-livell ta' rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali imposti għandu impatt fuq il-punt ta' skattar għar-restrizzjonijiet fuq il-pagamenti ta' dividendi, il-pagamenti tal-bonus u l-pagamenti fuq Strumenti tal-Grad 1 addizzjonali. Jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni ċara tal-kondizzjonijiet li bihom għandu jiġi impost ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali biex jiġi żgurat li r-regoli jkunu applikati b'mod konsistenti bejn l-Istati Membri u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
|
(14) |
Jenħtieġ li r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li għandu jiġi impost mill-awtoritajiet kompetenti jiġu stabbiliti b'rabta mas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni u jenħtieġ li jiġu ġustifikati kif adatt. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali jistgħu jiġu imposti biex jindirizzaw ir-riskji jew l-elementi ta' riskju espliċitament esklużi jew mhux espliċitament koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss sa fejn dan jitqies neċessarju fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu pożizzjonati fl-ordni rilevanti ta' akkumulazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji f'livell ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti u f'livell inqas mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif rilevanti. Jenħtieġ li n-natura speċifika għall-istituzzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali tipprevjeni l-użu tagħhom bħala għodda biex jiġu indirizzati riskji makroprudenzjali jew sistemiċi. Madankollu, jenħtieġ li dak ma jipprekludix lill-awtoritajiet kompetenti milli jindirizzaw, inkluż permezz ta' rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali, ir-riskji mġarrba mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti żviluppi ekonomiċi u tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali. |
|
(15) |
Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja huwa rekwiżit parallel għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. Għaldaqstant, jenħtieġ li kwalunkwe rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost mill-awtoritajiet kompetenti għall-indirizzar tar-riskju ta' lieva eċċessiva jiżdied mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja minimu u mhux mar-rekwiżit ta' fondi proprji minimi bbażati fuq ir-riskju. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw ukoll kwalunkwe kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li huma jużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom relatati mal-lieva biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażat fuq ir-riskju, inkluż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata. |
|
(16) |
Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkomunikaw lil istituzzjoni f'forma ta' gwida kwalunkwe aġġustament għall-ammont ta' kapital ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti, ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali rilevanti u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja li huma jistennew li jżommu tali istituzzjonijiet sabiex jindirizzaw xenarji ta' stress li jħarsu 'l quddiem. Minħabba li tali gwida tikkostitwixxi mira tal-kapital, jenħtieġ li titqies bħala ppożizzjonata ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti, ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali rilevanti u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva ta' lieva, kif rilevanti. Jenħtieġ li n-nuqqas li tiġi ssodisfata tali mira ma tagħtix bidu għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet previsti fid-Direttiva 2013/36/UE. Minħabba li l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali tirrifletti aspettattivi superviżorji, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li la jistabbilixxu obbligi ta' żvelar obbligatorji għall-gwida u lanqas ma jipprojbixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jitolbu l-iżvelar tal-gwida. Meta istituzzjoni ripetutament tonqos milli tilħaq il-mira tal-kapital, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun intitolata tieħu miżuri superviżorji u, fejn adatt, timponi rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali. |
|
(17) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar huma marbuta mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jeħtieġu perijodu ta' implimentazzjoni itwal għall-istituzzjonijiet. Sabiex tiġi allinjata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva japplikaw mill-istess data tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(18) |
Sabiex jiġi armonizzat il-kalkolu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meta s-sistemi interni tal-istituzzjonijiet għall-kejl ta' dak ir-riskju ma jkunux sodisfaċenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fir-rigward tal-iżvilupp ta' metodoloġija standardizzata għall-fini ta' evalwazzjoni ta' tali riskju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
|
(19) |
Sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għal telf eċċessiv fl-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom bħala riżultat ta' bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jispeċifikaw: is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji li l-istituzzjonijiet kollha jkollhom japplikaw sabiex jikkalkulaw il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità; is-suppożizzjonijiet komuni li l-istituzzjonijiet ikollhom jimplimentaw fis-sistemi interni tagħhom għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, u fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ħtieġa potenzjali għal kriterji speċifiċi biex jiġu identifikati l-istituzzjonijiet li għalihom jista' jkun ġustifikat li jittieħdu miżuri superviżorji wara tnaqqis fid-dħul mill-imgħax nett attribwit għal bidliet fir-rati tal-imgħax; u x'jikkostitwixxi tnaqqis kbir. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
|
(20) |
Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija essenzjali għaż-żamma tal-istabbiltà u l-integrità fis-sistema finanzjarja. Il-kxif ta' involviment ta' istituzzjoni fil-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jista' jkollu impatt fuq il-vijabbiltà tagħha u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Flimkien mal-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali jaqdu rwol importanti fl-identifikazzjoni u l-iddixxiplinar tad-dgħufijiet. Għalhekk, jenħtieġ li tali awtoritajiet kompetenti jqisu b'mod konsistenti t-tħassib dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-attivitajiet superviżorji rilevanti tagħhom, inkluż proċessi ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji, valutazzjonijiet tal-adegwatezza tal-arranġamenti ta' governanza, il-proċessi u l-mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet u valutazzjonijiet tal-idoneità ta' membri tal-korp ta' ġestjoni, jinformaw kif meħtieġ dwar kwalunkwe sejba lill-awtoritajiet u l-korpi rilevanti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jieħdu, kif adatt, miżuri superviżorji f'konformità mas-setgħat tagħhom skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata abbażi tas-sejbiet żvelati fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni, approvazzjoni jew reviżjoni li tali awtoritajiet kompetenti jkunu inkarigati minnhom, kif ukoll abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. |
|
(21) |
Waħda mit-tagħlimiet ewlenin mill-kriżi finanzjarja fl-Unjoni kienet il-ħtieġa li jkun hemm qafas adegwat istituzzjonali u ta' politika għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi fi ħdan l-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi istituzzjonali l-aktar reċenti fl-Unjoni, tinħtieġ reviżjoni komprensiva tal-qafas ta' politika makroprudenzjali. |
|
(22) |
Id-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jimplimentaw miżuri fil-liġi nazzjonali mfassla biex itejbu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja bħal, iżda mhux limitati għal, limiti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur, limiti tal-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul, limiti tal-proporzjon bejn il-ħlas tad-dejn u d-dħul u strumenti oħra li jindirizzaw l-istandards tas-self. |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li r-riżervi ta' kapital kontroċikliċi jirriflettu tajjeb ir-riskju tat-tkabbir eċċessiv fil-kreditu għas-settur bankarju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riżervi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom bħala medja ponderata tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li japplikaw fil-pajjiżi fejn jinsabu l-iskoperturi tal-kreditu tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità responsabbli li tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-iskoperturi li jkunu jinsabu f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li dik ir-rata tar-riżerva tieħu kont tat-tkabbir fil-livelli tal-kreditu u l-bidliet fil-proporzjon tal-kreditu għall-Prodott Domestiku Gross (PDG) f'dak l-Istat Membru, u kwalunkwe varjabbli ieħor rilevanti għar-riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. |
|
(24) |
Flimkien ma' riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital u riżerva ta' kapital kontroċiklika, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li ċerti istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku sabiex jipprevjenu u jimmitigaw ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mid-Direttiva 2013/36/UE, bħal riskju ta' tfixkil għas-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku. Jenħtieġ li r-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha jew għal subsett ta' skoperturi u għall-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew aktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, fejn l-istituzzjonijiet juru profili tar-riskju simili fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom. |
|
(25) |
Huwa importanti li jiġi simplifikat il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, tiġi żgurata delineazzjoni ċara ta' responsabbiltajiet, tiġi simplifikata l-attivazzjoni tal-għodod ta' politika makroprudenzjali u li jitwessa' s-sett ta' għodod makroprudenzjali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jindirizzaw riskji sistemiċi fil-ħin u b'mod effettiv. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) mistenni jaqdi rwol ewlieni fil-koordinazzjoni ta' miżuri makroprudenzjali, kif ukoll fit-trasmissjoni ta' informazzjoni dwar miżuri makroprudenzjali ppjanati fl-Istati Membri, b'mod partikolarment permezz tal-pubblikazzjoni ta' miżuri makroprudenzjali adottati fuq is-sit web tiegħu u permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet wara n-notifiki ta' miżuri makroprudenzjali ppjanati. Sabiex jiġi żgurat rispons ta' politika adatt bejn l-Istati Membri, il-BERS mistenni jissorvelja s-suffiċjenza u l-konsistenza tal-politiki makroprudenzjali tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-monitoraġġ ta' jekk l-għodod jintużawx b'mod konsistenti u distint minn xulxin. |
|
(26) |
L-awtoritajiet rilevanti kompetenti jew nominati jenħtieġ li jkollhom l-għan li jevitaw kwalunkwe użu duplikattiv jew inkonsistenti tal-miżuri makroprudenzjali stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti kompetenti jew nominati jqisu b'mod debitu jekk il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE jidduplikawx jew humiex inkonsistenti ma' miżuri eżistenti jew futuri oħra skont l-Artikolu 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(27) |
L-awtoritajiet kompetenti jew nominati jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw il-livell jew il-livelli ta' applikazzjoni tar-riżerva tal-istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs) l-oħra, abbażi tan-natura u d-distribuzzjoni tar-riskji inkorporati fl-istruttura tal-grupp. F'xi ċirkostanzi, jista' jkun adatt għall-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata li timponi riżerva ta' O-SII biss f'livell taħt l-ogħla livell ta' konsolidazzjoni. |
|
(28) |
F'konformità mal-metodoloġija tal-valutazzjoni għal banek globali sistemikament importanti ppubblikata mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), il-pretensjonijiet transġudizzjarji u l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni huma indikaturi tal-importanza sistemika globali tagħha u tal-impatt li l-falliment tagħha jista' jkollu fuq is-sistema globali finanzjarja. Dawk l-indikaturi jirriflettu t-tħassib speċifiku, pereżempju, dwar id-diffikultà akbar fil-koordinazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ma' attivitajiet transkonfinali sinifikanti. Il-progress li sar f'termini tal-approċċ komuni għal riżoluzzjoni li tirriżulta mir-rinforz tal-ġabra unika tar-regoli u mill-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Unika (SRM), żviluppa b'mod sinifikanti l-abbiltà fir-riżoluzzjoni b'mod ordnat tal-gruppi transkonfinali fi ħdan l-unjoni bankarja. Għaldaqstant u mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' awtoritajiet kompetenti jew nominati li jeżerċitaw il-ġudizzju superviżorju tagħhom, jenħtieġ li jiġi kalkulat punteġġ alternattiv li jirrifletti dak il-progress u awtoritajiet kompetenti jew nominati jenħtieġ li jieħdu dak il-punteġġinkonsiderazzjoni meta jivvalutaw l-importanza sistemika tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, mingħajr ma tkun affettwata d-data fornuta lill-BCBS għad-determinazzjoni ta' denominaturi internazzjonali. Jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa abbozz aġġornat ta' standards tekniċi regolatorji biex tiġi speċifikata l-metodoloġija ta' identifikazzjoni addizzjonali għall-istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) biex ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet tal-qafas ta' riżoluzzjoni Ewropew integrat fi ħdan il-kuntest tal-SRM. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tintuża biss għall-finijiet tal-kalibrazzjoni tar-riżerva ta' G-SII. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
|
(29) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ u tirfina l-atti legali eżistenti tal-Unjoni sabiex tiżgura rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(30) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (11), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom minn dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Rigward din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata. |
|
(31) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE
Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej: “5. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dan li ġej:
6. L-entitajiet imsemmija fil-punt (1) u l-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII. (*1) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħra jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija ta' pjanijiet tar-riżoluzzjoni u f'kull waqt ieħor fejn tali kooperazzjoni u konsultazzjoni jkunu meħtieġa minn din id-Direttiva, mid-Direttiva 2014/59/UE jew mir-Regolament (UE) Nru 575/2013.”; |
|
(4) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 9, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-liġijiet nazzjonali li espliċitament jippermettu lill-impriżi ħlief l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jwettqu n-negozju tat-teħid ta' depożiti u fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku. 4. Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma jistgħux jeżentaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”; |
|
(6) |
l-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Programm tal-operazzjonijiet, organizzazzjoni strutturali u arranġamenti ta' governanza 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta' negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta' kreditu, inkluż indikazzjoni tal-impriżi prinċipali, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-grupp. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li għandha tiġi akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1). 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni li tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu sakemm ma jkunux issodisfati li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1) jippermettu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva minn dik l-istituzzjoni.”; |
|
(7) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu jekk, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni ta' kreditu, ma jkunux issodisfati dwar l-idoneità tal-azzjonisti jew il-membri f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1). Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(2) u (3) u l-Artikolu 24.”; |
|
(8) |
fl-Artikolu 18, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(9) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 21a Approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta 1. Kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jitolbu l-approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu. Kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta oħrajn għandhom jitolbu l-approvazzjoni skont dan l-Artikolu meta jkunu meħtieġa jikkonformaw ma' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi subkonsolidata. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fih għandhom jagħtu lis-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja:
Fejn l-approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta sseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membri fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. F'dak il-każ, il-perijodu ta' valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(3) għandu jkun sospiż għal perijodu li jaqbeż l-20 jum tax-xogħol sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu. 3. Tista' tingħata approvazzjoni lil kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu biss fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
4. L-approvazzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu m'għandhiex tkun meħtieġa fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni skont dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. 5. Is-superviżur konsolidanti għandu jissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4 fuq bażi kontinwa. Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandhom jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-informazzjoni li jeħtieġu biex tiġi sorveljata fuq bażi kontinwa l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp u l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. 6. Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati jew ma baqgħux ikunu ssodisfati, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tkun soġġetta għal miżuri superviżorji adatti biex jiġu żgurati jew jerġa' jkun hemm, skont il-każ, il-kontinwità u l-integrità ta' superviżjoni konsolidata u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, il-miżuri superviżorji għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-effetti fuq il-konglomerat finanzjarju. Il-miżuri superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:
7. Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li ma jibqgħux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tfittex approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu. 8. Għall-finijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni u l-eżenzjoni mill-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, rispettivament, u l-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7, fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien f'konsultazzjoni sħiħa. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7, kif applikabbli, u għandu jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu possibbli fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla ta' dik il-valutazzjoni. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi debitament dokumentata u motivata. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandu joqgħod lura milli jieħu deċiżjoni u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. 9. Fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, fejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun differenti mill-koordinatur determinat f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-qbil tal-koordinatur għandu jkun meħtieġ għall-finijiet tad-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. Fejn ikun meħtieġ il-qbil tal-koordinatur, in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi riferut lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, jiġifieri, l-ABE jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), li għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment. Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva 2002/87/KE jew 2009/138/KE. 10. Fejn tiġi rifjutata approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu, is-superviżur konsolidanti għandu javża lill-applikant bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-applikazzjoni, jew fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni sħiħa meħtieġa għad-deċiżjoni. F'kull każ, deċiżjoni għal għoti jew rifjut ta' approvazzjoni għandha, madankollu, tittieħed fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' din l-applikazzjoni. Rifjut jista' jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-paragrafu 6. Artikolu 21b Impriża prinċipali intermedja tal-UE 1. Żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz, għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja unika tal-UE stabbilita fl-Unjoni. 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE fejn huma jiddeterminaw li l-istabbiliment ta' impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ikun:
3. Impriża prinċipali intermedja tal-UE għandha tkun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 8, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkun istituzzjoni ta' kreditu jew fejn it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE trid tiġi stabbilita b'rabta ma' attivitajiet ta' investiment biex tikkonforma ma' rekwiżit obbligatorju kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriża prinċipali intermedja tal-UE jew it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE, tista' tkun ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li huwa soġġett għad-Direttiva 2014/59/UE. 4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz ikun anqas minn EUR 40 biljun. 5. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dawn li ġejjin:
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull grupp minn pajjiż terz li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħhom lill-ABE:
7. L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-gruppi minn pajjiż terz kollha li joperaw fl-Unjoni u l-impriża jew l-impriżi prinċipali intermedji tal-UE tagħhom, fejn applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li tkun parti minn grupp minn pajjiż terz tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
8. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiż terzi li joperaw permezz ta' aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b'valur totali tal-assi ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta' Ġunju 2019 għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja tal-UE jew, jekk japplika l-paragrafu 2, żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE sat-30 ta' Diċembru 2023. 9. Sat-30 ta' Diċembru 2026 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ABE, tirrieżamina r-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:
10. Sat-28 ta' Ġunju 2021, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:
Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ABE. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48)." (*4) Ir-Regolament (UE) Nru Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”;" |
|
(10) |
fl-Artikolu 23(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 57(1), il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej: “1. Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jista' jseħħ skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza:”; |
|
(14) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 58a Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-korpi internazzjonali 1. Minkejja l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54, awtoritajiet kompetenti jistgħu, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, jittrażmettu jew jikkondividu ċerta informazzjoni ma' dawn li ġejjin:
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu informazzjoni kunfidenzjali biss wara rikjesta espliċita mill-korp rilevanti, fejn jiġu sodisfatti mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:
3. Fejn ir-rikjesta ssir minn xi waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jittrasmettu informazzjoni aggregata jew anonimizzata u jistgħu biss jikkondividu informazzjoni oħra fil-bini tal-awtorità kompetenti. 4. Sa fejn dak l-iżvelar ta' informazzjoni jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-korp rikjedenti għandu jkun f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). (*6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" |
|
(15) |
fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu.”; |
|
(16) |
l-Artikolu 64 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 66(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(18) |
fl-Artikolu 67(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(19) |
l-Artikolu 74 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 74 Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni 1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma' ġestjoni tar-riskji soda u effettivi u jippromwovuha. Jenħtieġ li l-politiki u l-prattiki dwar ir-rimunerazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu newtrali fir-rigward tas-sessi. 2. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Artikoli 76 sa 95. 3. Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet. Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida msemmija fit-tieni subparagrafu u abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi mill-istituzzjonijiet.”; |
|
(20) |
fl-Artikolu 75, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-kriterji għall-iżvelar stabbiliti fil-punti (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll l-informazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki ta' rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.”; |
|
(21) |
l-Artikolu 84 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 84 Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi interni, jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata biex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi sabiex jivvalutaw u jissorveljaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fil-firxiet tal-kreditu li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni. 3. Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni tuża l-metodoloġija standardizzata msemmija fil-paragrafu 1 fejn ma jkunux sodisfaċenti s-sistemi interni implimentati minn dik l-istituzzjoni għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija f'dak il-paragrafu. 4. Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa kif definita fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tuża l-metodoloġija standardizzata fejn tqis li l-metodoloġija standardizzata simplifikata ma tkunx adegwata biex tkopri riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet ta' portafoll bankarju ta' dik l-istituzzjoni. 5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, metodoloġija standardizzata li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija standardizzata simplifikata għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun tal-anqas konservattiva daqs il-metodoloġija standardizzata. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. L-ABE għandha toħroġ linji gwida sabiex tispeċifika l-kriterji:
L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sat-28 ta' Ġunju 2020.” |
|
(22) |
fl-Artikolu 85, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskju operattiv, inkluż ir-riskju involut fl-użu tal-mudelli u riskji li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni, u biex jiġu koperti avvenimenti severi ħafna mhux frekwenti. L-istituzzjonijiet għandhom jartikolaw dak li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-finijiet ta' dawk il-politiki u l-proċeduri.”; |
|
(23) |
fl-Artikolu 88(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data fuq is-self lil membri tal-korp ta' ġestjoni u l-partijiet relatati tagħhom tkun iddokumentata kif meħtieġ u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “parti relatata” ifisser:
|
|
(24) |
fl-Artikolu 89, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-EIOPA u l-ESMA, għandha tirrieżamina jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għadhiex adegwata, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt, ftehimiet internazzjonali u żviluppi leġislattivi preċedenti fl-Unjoni, u jekk rekwiżiti ta' aktar informazzjoni rilevanti jistgħux jiġu miżjuda mal-paragrafu 1. Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjoni mal-ABE, mal-EIOPA u mal-ESMA, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
|
(25) |
l-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:
|
|
(26) |
l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:
|
|
(27) |
l-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:
|
|
(28) |
l-Artikolu 97 huwa emendat kif ġej:
|
|
(29) |
l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:
|
|
(30) |
fl-Artikolu 99(2), jitħassar il-punt (b); |
|
(31) |
l-Artikolu 103 jitħassar; |
|
(32) |
l-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:
|
|
(33) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 104a Rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) fejn, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, dawn jiddeterminaw xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:
L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti fatturi ekonomiċi jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali. 2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti, wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva jkunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b'kont meħud tal-profil tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali, ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, inkluż:
Sa fejn ir-riskji jew l-elementi ta' riskju jkunu soġġetti għal arranġamenti tranżizzjonali jew dispożizzjonijiet ta' anterjorità stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma m'għandhomx jitqiesu li huma riskji jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji jew l-elementi kollha ta' riskji identifikati bħala materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali tal-anqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 98(5), sakemm l-awtoritajiet kompetenti, fit-twettiq tar-rieżami u tal-evalwazzjoni, ma jaslux għall-konklużjoni li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar. 3. Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' din id-Direttiva bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 4. L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali imposti mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta' fondi proprji addizzjonali b'sehem akbar ta' kapital tal-Grad 1 jew ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni. Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li mhux kopert suffiċjentement mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
5. L-awtorità kompetenti għandha debitament tiġġustifika bil-miktub lil kull istituzzjoni d-deċiżjoni li timponi rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-anqas billi tagħti rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika tar-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni ta' gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali m'għadhiex meqjusa bħala suffiċjenti. Artikolu 104b Gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali 1. Skont l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fl-Artikolu 73, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-kapital intern tagħhom f'livell adegwat ta' fondi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri r-riskji kollha li istituzzjoni tkun esposta għalihom u jiżguraw li l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jassorbu telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji ta' stress, inkluż dawk identifikati fit-test tal-istress superviżorju msemmi fl-Artikolu 100. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-livell tal-kapital intern stabbilit minn kull istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala parti mir-rieżamijiet u tal-evalwazzjonijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, inkluż ir-riżultati tat-testijiet ta' stress msemmija fl-Artikolu 100. Skont dak ir-rieżami, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw għal kull istituzzjoni l-livell globali tal-fondi proprji tagħhom li jqisu adatt. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-gwida tagħhom dwar il-fondi proprji addizzjonali lill-istituzzjonijiet. Il-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali għandha tikkonsisti mill-fondi proprji li jaqbżu l-ammont rilevanti ta' fondi proprji meħtieġ skont il-partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u l-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' din id-Direttiva jew skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif rilevanti, li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell globali ta' fondi proprji meqjus adatt mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 4. Il-gwida tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-fondi proprji addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandha tkun speċifika għall-istituzzjoni. Il-gwida tista' tkopri r-riskji indirizzati mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biss sal-punt li tkopri aspetti ta' dawk ir-riskji li mhumiex diġà koperti taħt dak ir-rekwiżit. 5. Il-fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
Il-fondi proprji li jintużaw biex tintlaħaq il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex tindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat r-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 6. In-nuqqas li tiġi ssodisfata l-gwida msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fejn istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-fondi proprji stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rekwiżit għal fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandhomx jiskattaw ir-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 141 jew l-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva. Artikolu 104c Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti dwar ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost fuq l-istituzzjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u dwar kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104b(3). (*7) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”;" |
|
(34) |
fl-Artikolu 105, jitħassar il-punt (d); |
|
(35) |
fl-Artikolu 108, jitħassar il-paragrafu 3; |
|
(36) |
l-Artikolu 109 huwa emendat kif ġej:
|
|
(37) |
l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 111 Determinazzjoni tas-superviżur konsolidanti 1. Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni prinċipali ta' kreditu fi Stat Membru jew istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja lil dik l-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE fuq bażi individwali. Meta impriża prinċipali tkun kumpannija prinċipali ta' investiment fi Stat Membru jew kumpannija prinċipali ta' investiment tal-UE u l-ebda sussidjarju tagħha ma jkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja lil dik l-impriża prinċipali ta' investiment fl-Istat Membru jew dik l-impriża prinċipali ta' investiment tal-UE fuq bażi individwali. Meta impriża prinċipali tkun kumpannija prinċipali ta' investiment fi Stat Membru jew ditta prinċipali ta' investiment tal-UE, u mill-anqas sussidjarju wieħed tagħha jkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ. 2. Fejn l-omm ta' istituzzjoni tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fl-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni fuq bażi individwali. 3. Fejn żewġ istituzzjonijiet jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fl-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata minn:
4. Fejn il-konsolidazzjoni tkun meħtieġa skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jew, fejn fil-grupp ma jkun hemm l-ebda istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ. 5. B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, fejn awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, fi ħdan il-grupp fejn it-totali magħduda flimkien fil-karti tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati jkunu ogħla minn dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra. B'deroga mil-punt (c) tal-paragrafu 3, fejn awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta waħda jew aktar tal-investiment fi ħdan il-grupp bl-akbar total aggregat fil-karta tal-bilanċ. 6. F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw bi ftehim komuni l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex fuq bażi konsolidata teżerċita s-sorveljanza fejn l-applikazzjoni tal-kriterji msemmijin fiha ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt li tinstema' qabel l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni. 7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fl-ambitu tal-paragrafu 6.”; |
|
(38) |
l-Artikolu 113 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 113 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni 1. Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaslu għal deċiżjoni konġunta:
2. Għandhom jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1:
Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkunsidraw kif adatt ukoll il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikoli 73, 97, 104a u 104b. Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'dokumenti li fihom ir-raġunijiet sħaħ li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, fuq it-talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess. 3. Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara kunsiderazzjoni adatta tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara kunsiderazzjoni adatta tal-fehmiet u tar-riservi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'dokument li jkun fih ir-raġunijiet kollha u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn espressi matul il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jkun ipprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE. Meta tkun ġiet ikkonsultata l-ABE, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha. 4. Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati. Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti sabiex jaġġorna d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105. F'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aġġornament jista' jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba. 5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105 bl-għan li tiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
|
(39) |
fl-Artikolu 115, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tkun stabbilita, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu konklużi wkoll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali.”; |
|
(40) |
l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:
|
|
(41) |
fl-Artikolu 117, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “5. L-awtoritajiet kompetenti, l-unitajiet u l-awtoritajiet tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-konformità ma' dik id-Direttiva, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni rilevanti għall-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont id-Direttiva (UE) 2015/849, dment li tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma jkollhomx effett negattiv fuq inkjesta, investigazzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin f'konformità mal-liġi kriminali jew amministrattiva tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-awtorità kompetenti, l-unità jew l-awtorità tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849. L-ABE tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. L-ABE għandha sal-1 ta' Jannar 2020 biex toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-mod ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi transkonfinali u fil-kuntest tal-identifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus.”; |
|
(42) |
fl-Artikolu 119, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Soġġetti għall-Artikolu 21a, l-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jinkludu lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji u lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fis-superviżjoni konsolidata.”; |
|
(43) |
fl-Artikolu 120, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE b'mod partikolari f'termini tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskji, is-superviżur konsolidanti jista', bi qbil mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, japplika biss għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva relatati mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.”; |
|
(44) |
fl-Artikolu 125(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Meta skont l-Artikolu 111 ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti ta' grupp b'kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm ikun differenti mill-koordinatur determinat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita kooperazzjoni effettiva, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.”; |
|
(45) |
fl-Artikolu 128, il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-ewwel paragrafu: “L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali impost skont l-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva, u l-gwida kkomunikata skont l-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva biex tindirizza riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat wieħed mill-elementi tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata tiegħu biex jissodisfaw l-elementi applikabbli l-oħra tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata tiegħu. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu biex jissodisfaw il-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE.”; |
|
(46) |
l-Artikoli 129 u 130 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 129 Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital 1. Minbarra l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jinżamm biex jiġi sodisfatt wieħed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jżommu riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ugwali għal 2.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju tagħhom ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak r-Regolament fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru. Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kompletament ġustifikata, għandhomjinkludu spjegazzjoni għalfejn l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fihom d-definizzjoni preċiża tad-ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li jridu jkunu eżenti. L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-BERS b'dan. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. 4. Għall-fini tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (*8). 5. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3). Artikolu 130 Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva ta' kapital kontroċikliku speċifika għall-istituzzjoni ekwivalenti għall-ammont tal-iskopertura totali tagħhom għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-medja ponderata tar-rati ta' riżerva kontroċiklika kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 140 ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru. Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun kompletament ġustifikata, għandha tinkludi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fiha d-definizzjoni preċiża żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li jridu jkunu eżenti. L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma japplikawx l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-BERS b'dan. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. 5. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3). (*8) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).” " |
|
(47) |
l-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:
|
|
(48) |
l-Artikolu 132 jitħassar; |
|
(49) |
l-Artikoli 133 u 134 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 133 Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku 1. Kull Stat Membru jista' jintroduċi riżerva għal riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew subsett wieħed jew aktar ta' dak is-settur fuq l-iskoperturi kollha jew subsett tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, sabiex jipprevjeni u jtaffi r-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-Artikoli 130 u 131 ta' din id-Direttiva, fis-sens ta' riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku. 2. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-riżerva għal riskju sistemiku kif ġej:
fejn: BSR = ir-riżerva għal riskju sistemiku; rT = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-iskopertura tar-riskju totali ta' istituzzjoni; ET = l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; i= l-indiċi li jirrappreżenta s-subsett tal-iskoperturi kif imsemmija fil-paragrafu 5; ri = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-ammont tal-iskopertura tar-riskju tas-subsett ta' skoperturi i; u Ei = l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ta' istituzzjoni għal subsett ta' skoperturi i kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-iffissar tar-riżerva għal riskju sistemiku u għall-identifikazzjoni tal-iskoperturi u s-subsettijiet ta' istituzzjonijiet li tapplika għalihom. Dik l-awtorità għandha tkun jew l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. 4. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità rilevanti kompetenti jew nominata, kif applikabbli, tista' teħtieġ li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali, konsolidata jew subkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 5. Riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika għal:
6. L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar is-subsettijiet adatti ta' skoperturi li għalihom l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tapplika riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. 7. Riżerva għal riskju sistemiku għandha tapplika għall-iskoperturi kollha, jew subsett ta' skoperturi kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, tal-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tiġi stabbilita b'passi gradwali ta' aġġustament ta' 0,5 punti perċentwali jew multipli tagħhom. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti tal-istituzzjonijiet u tal-iskoperturi. Ir-riżerva tar-riskju sistemiku ma għandhiex tindirizza r-riskji koperti bl-Artikoli 130 u 131. 8. Meta tesiġi li tinżamm riżerva għal riskju sistemiku l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tikkonforma ma' li ġej:
9. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Fejn l-istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru. Fejn tapplika rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għall-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:
Fejn id-deċiżjoni biex tiġi ffissata r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla mir-rata ta' riżerva ffissata qabel, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tikkonforma biss ma' dan il-paragrafu. 10. Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku ma jirriżultax f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 3 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS f'konformità mal-paragrafu 9 xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134 ma għandhiex tgħodd għal-livell limitu ta' 3 %. 11. Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku f'livell ogħla minn 3 % u sa 5 %għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li jiffissa r-riżerva għandha titlob l-opinjoni tal-Kummissjoni fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika. Fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-riżerva għal riskju sistemiku għandha tikkonforma ma' dik l-opinjoni jew tagħti r-raġunijiet għalfejn m'għamlitx dan. Fejn istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha titlob rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u l-BERS fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9. Il-Kummissjoni u l-BERS għandhom kull wieħed jipprovdu rakkomandazzjoni fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika. Fejn l-awtoritajiet tal-istituzzjoni sussidjarja u ta' dik prinċipali ma jaqblux fuq ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku applikabbli għal dik l-istituzzjoni jew fil-każ ta' rakkomandazzjoni negattiva kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-għajnuna f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni biex tiġi stabbilita rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni. 12. Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq kull sett jew subsett tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 5 suġġett għal rata waħda jew aktar ta' riżerva għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tar-riżerva għal riskju sistemiku. Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva għal riskju sistemiku titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar dik ir-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fi żmien tliet xhur minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk tkun rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku ma jinvolvux effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu biex jiġi ffurmat jew jinħoloq xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata, skont kif japplika, biex tadotta l-miżura proposta. 13. Kull awtorità kompetenti, jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tħabbar l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas informazzjoni li ġejja:
Fejn il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni. 14. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3). Fejn l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet twassal għal titjib mhux sodisfaċenti tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni fid-dawl tar-riskju sistemiku rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 64. 15. Fejn l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tiddeċiedi li tiffissa r-riżerva għal riskju sistemiku abbażi tal-iskoperturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, ir-riżerva għandha tiġi ffissata ndaqs fuq l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Unjoni, sakemm ir-riżerva ma tkunx iffissata biex tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ffissata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134. Artikolu 134 Rikonoxximent ta' rata ta' riżerva għal riskju sistemiku 1. Stati Membri oħrajn jistgħu jirrikonoxxu rata ffissata f'konformità mal-Artikolu 133 u jistgħu japplikaw dik ir-rata għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għall-iskoperturi li qegħdin fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata. 2. Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata mingħajr dewmien. 3. Meta jiddeċiedi jekk jirrikonoxxix rata ta' riżerva għal riskju sistemiku skont il-paragrafu 1, Stat Membru għandu jqis l-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru li jiffissa r-rata f'konformità mal-Artikolu 133(9) u (13). 4. Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet rikonoxxuti domestikament, dik ir-riżerva għal riskju sistemiku tista' tkun kumulattiva mar-riżerva għal riskju sistemiku applikata f'konformità mal-Artikolu 133 dment li r-riżervi jindirizzaw riskji differenti. Fejn ir-riżervi jindirizzaw l-istess riskju, għandha tapplika biss l-ogħla riżerva. 5. Stat Membru li jiffissa rata tar-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133 ta' din id-Direttiva jista' jitlob lill-BERS biex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 lil Stat Membru wieħed jew aktar li jistgħu jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku.”; |
|
(50) |
l-Artikolu 136 huwa emendat kif ġej:
|
|
(51) |
fl-Artikolu 141, il-paragrafi 1 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata. 2. Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli (AMD) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan. Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandhiex twettaq xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD:
3. Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' xi azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. 5. Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:
6. Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn: Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.”; |
|
(52) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 141a Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata Istituzzjoni għandha titqies li qed tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għall-finijiet tal-Artikolu 141 fejn ma jkollhiex fondi proprji f'ammont u tal-kwalità meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinat u kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin fi:
Artikolu 141b Restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja 1. Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja. 2. Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli marbut mal-proporzjon ta' lieva finanzjarja (L-MDA) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan. Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandha twettaq l-ebda azzjoni minn dawn ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ:
3. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. 4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. 5. Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:
6. Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
fejn: Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat. 7. Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-pagament jew in-nuqqas li jsir il-pagament ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni. 8. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha u beħsiebha tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew twettaq azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 141(8), bl-eċċezzjoni tal-punti (a)(iii) tiegħu, u tal-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta'dan l-Artikolu. 9. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba. 10. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni marbuta mal-kapital tal-Grad 1 għandha tinkludi kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 141(10). Artikolu 141c Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja Istituzzjoni għandha titqies li mhijiex qed tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva fejn ma jkollhiex kapital tal-Grad 1 fl-ammont meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit stipulat fil punt (d) tal-Artikolu 92(1) ta' dak ir-Regolament u fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”; |
|
(53) |
fl-Artikolu 142(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “1. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva jew, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' friżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn 10 ijiem.”; |
|
(54) |
fl-Artikolu 143(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(55) |
l-Artikolu 146 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 146 Atti ta' implimentazzjoni Skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 147(2), bidla fl-ammont ta' kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju għandha tiġi adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.”; |
|
(56) |
il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 159: “ KAPITOLU 1A Dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta Artikolu 159a Dispożizzjonijiet tranżizzjonali bl-approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta Kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm u kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm imħallta diġà eżistenti dakinhar fis-27 ta' Ġunju 2019 għandhom japplikaw għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a sat-28 ta' Ġunju 2021. Jekk il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni sat-28 ta' Ġunju 2021, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti skont l-Artikolu 21a(6). Matul il-perijodu tranżizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji kollha meħtieġa mogħtija lilhom minn din id-Direttiva fir-rigward ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta soġġett għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a għall-finijiet ta' superviżjoni kkonsolidata.”; |
|
(57) |
fl-Artikolu 161, jiżdied il-paragrafu li ġej: “10. Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-setgħat superviżorji msemmija fil-punt (j) u (l) tal-Artikolu 104(1) u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-28 ta' Diċembru 2020, il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mid-29 ta' Diċembru 2020. Madankollu, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-emendi stabbiliti fil-punt (21) u l-punti (29)(a), (b) u (c) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) u (5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mit-28 ta' Ġunju 2021 u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-emendi stipulati fil-punti (52) u (53) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikoli 141b, 141c u l-Artikolu 142(1) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(2) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(9) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).