30.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/288


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2246

tad-19 ta’ Diċembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt CETA fir-rigward tal-adozzjoni tal-Lista tal-Arbitri skont l-Artikolu 29.8 tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-30 ta’ Ottubru 2016.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (1), partijiet mill-Ftehim ġew applikati b’mod proviżorju mill-21 ta’ Settembru 2017.

(3)

L-Artikolu 29.8.1 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt CETA, stabbilit skont l-Artikolu 26.1 tal-Ftehim, jistabbilixxi lista ta’ 15-il persuna li huma lesti u kapaċi jaqdu l-funzjoni ta’ arbitru.

(4)

Jixraq, għalhekk, li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt CETA billi d-Deċiżjoni ser tkun vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt CETA fir-rigward tal-adozzjoni tal-lista tal-arbitri skont l-Artikolu 29.8 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt CETA mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

K. MIKKONEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT CETA

ta’ …

li tistabbilixxi lista ta’ arbitri skont l-Artikolu 29.8 tal-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT CETA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 29.8 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 30.7.3 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ilhom japplikaw proviżorjament mill-21 ta’ Settembru 2017.

(2)

Skont l-Artikolu 29.8.1 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt CETA għandu jistabbilixxi lista ta’ 15-il persuna li huma lesti u kapaċi jaqdu l-funzjoni ta’ arbitru. Il-lista tal-arbitri għandha tkun magħmula minn tliet sublisti: sublista waħda għal kull Parti u sublista waħda ta’ persuni li ma huma ċittadini tal-ebda Parti biex jaġixxu bħala presidenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-lista tal-arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 29.8 tal-Ftehim kif tinsab fl-Anness hija b’dan stabbilita.

2.

Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt CETA.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt CETA


ANNESS

IL-LISTA TAL-ARBITRI STABBILITA SKONT L-ARTIKOLU 29.8 TAL-FTEHIM

Sublista għall-Kanada:

1.

Serge Fréchette

2.

Valerie Hughes

3.

Matthew Kronby

4.

Debra Steger

5.

J. Christopher Thomas

6.

Cherise Valles

Sublista għall-UE:

1.

Claudio Dordi

2.

Michael Hahn

3.

Pieter Jan Kuijper

4.

Hélène Ruiz Fabri

5.

Peter Van den Bossche

Sublista ta’ Presidenti:

1.

James Bacchus

2.

Christian Häberli

3.

Daniel Moulis

4.

David Unterhalter

5.

Seung Wha Chang