23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/16


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/2206 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-18 ta’ Diċembru 2019

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiegħu tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 231 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2019,

IDDEĊIEDA:

li jeleġi lil Emily O’REILLY biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġiżlatura.

Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI


(1)   ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15.

(2)   ĠU C 293, 30.8.2019, p. 1.