30.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2198
tal-25 ta’ Novembru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji fir-rigward tal-emendar tal-Konvenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (1) u daħlet fis-seħħ fl-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. |
(2) |
Is-sistema tal-akkumulazzjoni tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranja tippermetti l-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali bejn is-26 Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni: l-Unjoni, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, il-Palestina (2), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo (3), il-Gżejjer Faeroe, il-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna. |
(3) |
Il-Konvenzjoni tipprevedi li r-regoli tal-oriġini se jkollhom jiġu emendati sabiex jirrispondu aħjar għar-realtà ekonomika u tistabbilixxi proċeduri għall-adozzjoni ta’ emendi. L-emendi għall-Konvenzjoni għandhom jiġu adottati b’deċiżjoni unanima tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt”). |
(4) |
Il-proċess ta’ emendar tal-Konvenzjoni beda fl-2012 u rriżulta f’sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini li ġew modernizzati u iżjed flessibbli, li huma konsistenti ma’ dawk diġà miftiehma mill-Unjoni f’ċerti ftehimiet oħra reċenti, jiġifieri l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (4), il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (5) u l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (6), jew fi skemi ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati. |
(5) |
Il-Kumitat Konġunt huwa mistenni li jadotta deċiżjoni dwar l-emendar tal-Konvenzjoni matul il-laqgħa tiegħu fis-27 ta’ Novembru 2019 jew f’data aktar tard. |
(6) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Konvenzjoni, għaliex l-emendar tal-Konvenzjoni se jkollu effett ġuridiku fl-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) għandha tkun li tappoġġa l-emendar tal-Konvenzjoni kif stabbilit fl-Anness għall-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3).
(2) Dan l-isem m’għandux jiġi interpretat bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni.
(3) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(4) ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru … / … TAL-KUMITAT KONĠUNT
ta’ …
dwar l-emendar tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji
Il-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) ġiet iffirmata fi Brussell fil-15 ta’ Ġunju 2011 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012. |
(2) |
Is-sistema tal-akkumulazzjoni tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranja tikkonsisti f’netwerk ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. Hija tipprevedi qafas multilaterali ta’ regoli identiċi ta’ oriġini li jippermettu akkumulazzjoni djagonali li tapplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti. |
(3) |
Huwa rikonoxxut fil-Konvenzjoni li r-regoli tal-oriġini se jkollhom jiġu emendati sabiex jirrispondu aħjar għar-realtà ekonomika. |
(4) |
Il-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni qablu dwar l-emendar tal-Konvenzjoni sabiex jiġi previst sett ġdid ta’ regoli ta’ oriġini li huma modernizzati u aktar flessibbli. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Konvenzjoni hija emendata kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-emendi għall-Konvenzjoni għandhom isiru applikabbli fl-[1 ta’ Jannar 2021] fost il-Partijiet Kontraenti li jintroduċu dawk l-emendi għall-Konvenzjoni, jew referenzi għalihom, fil-protokolli tagħhom dwar ir-regoli tal-oriġini qabel dik id-data.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
ANNESS
Artikolu Uniku
Emendar tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit minn dan li ġej: “Artikolu 1 1. Din il-Konvenzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta’ merkanzija li jsir kummerċ fiha skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti. 2. Il-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati miegħu huma stabbiliti fl-Appendiċijiet ta’ din il-Konvenzjoni. L-Appendiċi I tistabbilixxi regoli għad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva. L-Appendiċi II tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali li kienu miftiehma qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u li huma applikabbli bejn ċerti Partijiet Kontraenti u li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi I. Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli bejn ċerti Partijiet Kontraenti u li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi I li kienu miftiehma qabel l-1 ta’ Jannar 2019 iżda li ma ġewx inklużi fl-Appendiċi II jibqgħu validi. 3. Għad-derogi miftiehma wara l-1 ta’ Jannar 2019:
4. Dawn li ġejjin huma Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni:
5. Parti terza li ssir Parti Kontraenti skont l-Artikolu 5 għandha tiżdied awtomatikament fil-lista stabbilita fil-paragrafu 4 tga’ dan l-Artikolu.”; |
(2) |
il-punt (1) tal-Artikolu 2 huwa sostitwit minn dan li ġej:
|
(3) |
fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, il-punt (a) huwa sostitwit minn dan li ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 9 huwa sostitwit minn dan li ġej: “9. Mid-data tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt imsemmi fil-paragrafu 4, il-parti terza kkonċernata tista’ tiġi rrappreżentata bi status ta’ osservatur fil-Kumitat Konġunt u fi kwalunkwe sottokumitat u grupp ta’ ħidma.”; |
(5) |
l-Appendiċi I hija sostitwita minn din li ġejja: “Appendiċi I ID-DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA’ “PRODOTTI ORIĠINARJI” U L-METODI TA’ KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA WERREJ
Lista tal-Annessi
TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:
TITOLU II DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA’ “PRODOTTI ORIĠINARJI” Artikolu 2 Rekwiżiti ġenerali Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Ftehim rilevanti, il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f’Parti Kontraenti meta jiġu esportati lejn Parti Kontraenti oħra:
Artikolu 3 Prodotti miksuba għalkollox 1. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miksubin għalkollox f’Parti Kontraenti meta jiġu esportati lejn Parti Kontraenti oħra:
2. It-termini “il-bastimenti tagħha” u “il-bastimenti fabbrika tagħha” fil-punti (h) u (i) tal-paragrafu 1 għandhom rispettivament japplikaw biss għall-bastimenti u għall-bastimenti fabbrika li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
3. Għall-fini tal-paragrafu 2, meta l-Parti Kontraenti esportatriċi jew importatriċi tkun l-Unjoni Ewropea, dan ikun ifisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 4. Għall-fini tal-paragrafu 2, l-Istati tal-EFTA għandhom jitqiesu bħala Parti Kontraenti waħda. Artikolu 4 Ħidma jew ipproċessar biżżejjed 1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 6, il-prodotti li ma jinkisbux għalkollox f’Parti Kontraenti għandhom jitqiesu maħduma jew ipproċessati biżżejjed meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-lista tal-Anness II għall-merkanzija kkonċernata. 2. Jekk prodott li jkun kiseb status oriġinarju f’Parti Kontraenti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jintuża bħala materjal fil-manifattura ta’ prodott ieħor, ma għandu jittieħed l-ebda kont tal-materjali mhux oriġinarji li setgħu ntużaw fil-manifattura tiegħu. 3. Għal kull prodott għandu jiġi ddeterminat jekk ġewx issodisfati jew le r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Iżda meta r-regola rilevanti tkun ibbażata fuq il-konformità ma’ kontenut massimu ta’ materjali mhux oriġinarji, l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jawtorizzaw lill-esportaturi biex jikkalkulaw il-prezz mill-fabbrika tal-prodotti u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji fuq bażi medja kif stabbilit fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-kostijiet u fir-rati tal-kambju. 4. Fejn ikun japplika t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-prezz medju mill-fabbrika tal-prodott u l-valur medju tal-materjali mhux oriġinarji użati għandhom jiġu kalkulati rispettivament abbażi tat-total tal-prezzijiet mill-fabbrika mitluba għall-bejgħ kollu tal-prodotti li jkun sar tul is-sena fiskali preċedenti u t-total tal-valur tal-materjali mhux oriġinarji kollha li jkunu ntużaw fil-manifattura tal-prodotti tul is-sena fiskali preċedenti kif definit fil-Parti Kontraenti esportatriċi jew, meta ċ-ċifri għal sena fiskali sħiħa ma jkunux disponibbli, tul perjodu iqsar li ma għandux ikun iqsar minn tliet xhur. 5. L-esportaturi li jkunu għażlu kalkoli fuq bażi medja għandhom japplikaw dan il-metodu b’mod konsistenti tul is-sena ta’ wara s-sena fiskali ta’ referenza jew, meta jkun xieraq, tul is-sena ta’ wara l-perjodu iqsar li jkun intuża bħala referenza. Dawn jistgħu ma jibqgħux japplikaw dan il-metodu jekk tul sena fiskali partikolari jew tul perjodu rappreżentattiv iqsar ta’ mhux anqas minn tliet xhur, dawn jirreġistraw li l-varjazzjonijiet fil-kostijiet jew fir-rati tal-kambju li jkunu ġġustifikaw dan l-użu ma għadhomx japplikaw. 6. Biex tiġi stabbilita konformità mal-kontenut massimu tal-materjali mhux oriġinarji, il-medji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintużaw bħala l-prezz mill-fabbrika u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji rispettivament. Artikolu 5 Regola tat-tolleranza 1. B’deroga mill-Artikolu 4 u soġġetti għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-materjali mhux oriġinarji li skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-lista fl-Anness II ma għandhomx jintużaw fil-manifattura ta’ xi prodott partikolari xorta jistgħu jintużaw, diment li l-valur totali tagħhom jew il-piż nett ivvalutat għall-prodott ma jkunx jaqbeż:
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63, li għalihom għandhom japplikaw it-tolleranzi msemmija fin-Noti 6 u 7 tal-Anness I. 2. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jippermetti li jinqabżu l-persentaġġi għall-kontenut massimu tal-materjali mhux oriġinanti kif speċifikati fir-regoli stabbiliti fil-lista fl-Anness II. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-prodotti miksuba għalkollox f’Parti Kontraenti fis-sens tal-Artikolu 3. Iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(1), it-tolleranza prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet għandha xorta tapplika għall-prodott li għalih ir-regola stabbilita fil-lista fl-Anness II teżiġi li l-materjali li jintużaw fil-manifattura ta’ dak il-prodott ikunu nkisbu għalkollox. Artikolu 6 Ħidma jew ipproċessar mhux biżżejjed 1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-operazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ħidma jew ipproċessar mhux suffiċjenti biex jingħata l-istatus ta’ prodott oriġinarju, sew jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 4 u sew jekk le:
2. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk il-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu saru fuq prodott partikulari għandhomx jitqiesu mhux biżżejjed fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu l-operazzjonijiet kollha li jkunu saru fuq dak il-prodott fil-Parti Kontraenti esportatriċi. Artikolu 7 Akkumulazzjoni tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-prodotti għandhom jitqiesu li joriġinaw fil-Parti Kontraenti esportatriċi meta jiġu esportati lejn Parti Kontraenti oħra jekk ikunu nkisbu hemmhekk, u jinkorporaw materjali li joriġinaw minn kwalunkwe Parti Kontraenti oħra diment li l-ħidma jew l-ipproċessar li jsiru fil-Parti Kontraenti esportatriċi ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6. Ma għandux ikun meħtieġ li dawn il-materjali jsirulhom ħidma jew ipproċessar biżżejjed. 2. Meta l-ħidma jew l-ipproċessar imwettqa fil-Parti Kontraenti esportatriċi ma jkunux imorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6, il-prodott miksub bl-inkorporazzjoni ta’ materjali li joriġinaw fi kwalunkwe Parti Kontraenti oħra għandu jitqies li joriġina fil-Parti Kontraenti esportatriċi biss meta l-valur miżjud hemmhekk ikun ikbar mill-valur tal-materjali użati li joriġinaw f’aktar minn waħda mill-Partijiet Kontraenti l-oħra. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-prodott miksub għandu jitqies bħala li joriġina fil-Parti Kontraenti minn fejn ikun ġie l-ogħla valur ta’ materjali oriġinarji użati fil-manifattura fil-Parti Kontraenti esportatriċi. 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, u bl-esklużjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63, il-ħidma jew l-ipproċessar imwettqa f’Parti Kontraenti, għajr il-Parti Kontraenti esportatriċi, għandhom jitqiesu li jkunu saru fil-Parti Kontraenti esportatriċi jekk il-prodotti miksuba jsirulhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti f’din il-Parti Kontraenti esportatriċi. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 u biss għall-iskop tal-kummerċ bilaterali bejn żewġ Partijiet Kontraenti, il-ħidma jew l-ipproċessar li jsiru fil-Parti Kontraenti importatriċi għandhom jitqiesu li jkunu saru fil-Parti Kontraenti esportatriċi jekk il-prodotti jsirulhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti f’dik il-Parti Kontraenti esportatriċi. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova għandhom jitqiesu bħala Parti Kontraenti waħda 5. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħżlu li jestendu l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63, b’mod unilaterali. Il-Parti Kontraenti li tiddeċiedi li testendi l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt b’dik id-deċiżjoni, kif ukoll bi kwalunkwe modifiki li jsirulha. L-Anness VIII għandu jkun fih il-lista tal-Partijiet Kontraenti li jkunu estendew l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-importazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63. Il-lista tal-Partijiet Kontraenti għandha tiġi aġġornata minnufih wara li kwalunkwe Parti Kontraenti tkun waqfet milli tapplika l-estensjoni. Kull Parti Kontraenti għandha tippubblika avviż bil-lista tal-Partijiet Kontraenti fl-Anness VIII skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom. 6. Għall-fini tal-akkumulazzjoni fis-sens tal-paragrafi 3 sa 5, il-prodotti oriġinarji għandhom jitqiesu li joriġinaw fil-Parti Kontraenti esportatriċi biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu sarulhom ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6. 7. Prodotti li joriġinaw mill-Partijiet Kontraenti msemmijin fil-paragrafi 1 u 4 li ma jsirulhom l-ebda ħidma jew ipproċessar fil-Parti Kontraenti esportatriċi għandhom iżommu l-oriġini tagħhom jekk jiġu esportati lejn waħda mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn. Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni tal-oriġini 1. L-akkumulazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tista’ tiġi applikata biss jekk:
2. Avviżi li jindikaw l-issodisfar tar-rekwiżiti meħtieġa sabiex tiġi applikata l-akkumulazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) u fil-Partijiet Kontraenti li jkunu parti għall-Ftehimiet rilevanti, skont il-proċeduri tagħhom stess. L-akkumulazzjoni prevista fl-Artikolu 7 għandha tapplika mid-data indikata f’dawn l-avviżi. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, tramite l-Kummissjoni Ewropea, jipprovdu lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li huma parti għall-Ftehimiet rilevanti, b’dettalji dwar il-Ftehimiet, inklużi d-dati ta’ meta jidħlu fis-seħħ, li jiġu applikati mal-Partijiet Kontraenti l-oħra. 3. Il-prova tal-oriġini għandha tinkludi d-dikjarazzjoni bl-Ingliż “CUMULATION APPLIED WITH (l-isem tal-pajjiż/l-ismijiet tal-pajjiżi bl-Ingliż)” meta prodotti jkunu kisbu l-istatus oriġinarju fil-Parti Kontraenti esportatriċi bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni tal-oriġini skont l-Artikolu 7. Jekk bħala prova tal-oriġini jintuża ċertifikat tal-moviment EUR.1, dik id-dikjarazzjoni għandha ssir fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1. 4. Rigward il-prodotti esportati lejhom li jkunu kisbu l-istatus oriġinarju fil-Parti Kontraenti esportatriċi bl-applikazzjoni tal-alkumulazzjoni tal-oriġini skont l-Artikolu 7, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw għall-obbligu tal-inklużjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fuq il-prova tal-oriġini. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat Konġunt bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu użu minn dik l-għażla. Avviżi li jindikaw il-lista aġġornata tal-Partijiet Kontraenti li għamlu użu minn dik l-għażla għandhom jiġu ppubblikati mill-Partijiet Kontraenti, skont il-proċeduri tagħhom stess. Artikolu 9 Unità tal-kwalifika 1. L-unità ta’ kwalifika għall-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni għandha tkun il-prodott partikolari li huwa kkunsidrat bħala l-unità bażika fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni bl-użu tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Għaldaqstant: (a) meta prodott magħmul minn grupp jew għadd ta’ oġġetti jiġi kklassifikat skont it-termini tas-Sistema Armonizzata taħt intestatura waħda, dan il-prodott sħiħ jifforma l-unità tal-kwalifika; (b) meta kunsinna tkun tikkonsisti minn għadd ta’ prodotti identiċi kklassifikati taħt l-istess intestatura, kull prodott individwali għandu jitqies b’mod individwali fl-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Skont ir-Regola Ġenerali 5 tas-Sistema Armonizzata, meta l-imballaġġ ikun inkluż mal-prodott għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni, dan għandu jiġi inkluż għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-oriġini. 3. L-aċċessorji, l-ispareparts u l-għodda mibgħuta ma’ biċċa tagħmir, magna, apparat jew vettura li jkunu parti mit-tagħmir normali u inklużi fil-prezz mill-fabbrika tagħhom, dawn għandhom jitqiesu bħala biċċa waħda tat-tagħmir, tal-magna, tal-apparat jew tal-vettura inkwistjoni. Article 10 Settijiet Is-settijiet, kif definiti fir-Regola Ġenerali 3 tas-Sistema Armonizzata, għandhom jitqiesu oriġinarji jekk il-prodotti komponenti kollha jkunu oriġinarji. Meta sett ikun magħmul minn prodotti oriġinarji u prodotti mhux oriġinarji, is-sett kollu għandu xorta jitqies bħala oriġinarju, diment li l-valur tal-prodotti mhux oriġinarji ma jkunx jaqbeż il-15 % tal-prezz mill-fabbrika tas-sett. Artikolu 11 Elementi newtrali Biex jiġi ddeterminat jekk prodott hux prodott oriġinarju, ma għandhiex titqies l-oriġini ta’ dawn li ġejjin li jistgħu jintużaw fil-manifattura tiegħu:
Artikolu 12 Segregazzjoni tal-kontabbiltà 1. Jekk jintużaw materjali funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji fil-ħidma jew fl-ipproċessar ta’ prodott, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-materjali bl-użu tal-metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà, mingħajr ma jżommu l-materjali fi stokkijiet separati. 2. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jiżguraw il-ġestjoni ta’ prodotti funġibbli oriġinarji u mhux oriġinarji tal-intestatura 1701 bl-użu tal-metodu ta’ segregazzjoni tal-kontabbiltà, mingħajr ma jżommu l-prodotti fi stokkijiet separati. 3. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jeżiġu li l-applikazzjoni tas-segregazzjoni tal-kontabbiltà tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet doganali. L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni soġġetta għal kwalunkwe kundizzjoni li jqisu xierqa u għandhom jissorveljaw l-użu li jsir mill-awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni kull meta l-benefiċjarju jagħmel użu mhux xieraq mill-awtorizzazzjoni b’xi mod possibbli jew jonqos milli jissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’din l-Appendiċi. Bl-użu tas-segregazzjoni tal-kontabbiltà għandu jkun żgurat li fi kwalunkwe ħin ma jkunx hemm iżjed prodotti li jistgħu jitqiesu “li joriġinaw fil-Parti Kontraenti esportatriċi” milli kieku jkun il-każ jekk jintuża metodu ta’ segregazzjoni fiżika tal-istokkijiet. Il-metodu għandu jiġi applikat u l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi rreġistrata abbażi tal-prinċipji ġenerali tal-kontabbiltà applikabbli fil-Parti Kontraenti esportatriċi. 4. Il-benefiċjarju tal-metodu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jagħmel jew japplika għal provi tal-oriġini għall-kwantità tal-prodotti li jistgħu jitqiesu bħala oriġinarji fil-Parti Kontraenti esportatriċi. Meta jitolbuh l-awtoritajiet doganali, il-benefiċjarju għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar kif ġew ġestiti l-kwantitajiet. TITOLU III REKWIŻITI TERRITORJALI Artikolu 13 Il-prinċipju tat-territorjalità 1. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu II għandhom jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni f’Parti Kontraenti kkonċernata. 2. Jekk il-prodotti oriġinarji esportati minn Parti Kontraenti lejn pajjiż ieħor jiġu ritornati, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux-oriġinarji sakemm ikun jista’ jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li:
3. Il-ksib tal-istatus oriġinarju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu II ma għandux ikun affettwat mill-ħidma jew mill-ipproċessar li jsiru barra mill-Parti Kontraenti esportatriċi fuq il-materjali esportati minn dik il-Parti Kontraenti u sussegwentement importati mill-ġdid hemmhekk, sakemm:
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet għall-akkwiżizzjoni tal-istatus oriġinarju stabbiliti fit-Titolu II ma għandhomx japplikaw għall-ħidma jew għall-ipproċessar li jkunu saru barra mill-Parti Kontraenti esportatriċi. Iżda jekk fil-lista tal-Anness II tiġi applikata regola li tistabbilixxi valur massimu għall-materjali mhux oriġinarji kollha inkorporati biex jiġi ddeterminat l-istatus oriġinarju tal-prodott finali, il-valur totali tal-materjali mhux oriġinarji inkorporati fit-territorju tal-Parti Kontraenti esportatriċi, meħud flimkien mal-valur miżjud totali akkwistat ’il barra minn dik il-Parti Kontraenti bl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx jaqbżu l-persentaġġ iddikjarat. 5. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, “valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha li jirriżultaw barra mill-Parti Kontraenti esportatriċi, inkluż il-valur tal-materjali inkorporati hemmhekk. 6. Il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-prodotti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-lista tal-Anness II jew li jistgħu jitqiesu maħduma jew ipproċessati biżżejjed biss jekk tiġi applikata t-tolleranza ġenerali stabbilita fl-Artikolu 4. 7. Kull ħidma jew ipproċessar tat-tipi koperti minn dan l-Artikolu u li jsiru barra mill-Parti Kontraenti esportatriċi għandhom isiru skont il-proċedura ta’ proċessar passiv, jew skont arranġamenti simili. Artikolu 14 Nonalterazzjoni 1. It-trattament preferenzjali previst fil-Ftehim rilevanti għandu japplika biss għall-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din il-Konvenzjoni u li jkunu ddikjarati għall-importazzjoni f’Parti Kontraenti, diment li dawk il-prodotti jkunu l-istess bħal dawk esportati mill-Parti Kontraenti esportatriċi. Dawn ma għandhomx jiġu alterati, trasformati b’xi mod jew soġġetti għal operazzjonijiet għajr biex jiġu ppreservati f’kundizzjoni tajba jew għajr għal żieda jew twaħħil ta’ marki, tikketti, siġilli jew xi dokumentazzjoni oħra biex tkun żgurata l-konformità ma’ rekwiżiti domestiċi speċifiċi tal-Parti Kontraenti importatriċi li jsiru taħt superviżjoni doganali fil-pajjiż(i) tat-tranżitu jew qsim qabel ma jiġu ddikjarati għal użu fid-dar. 2. Jista’ jsir ħżin tal-prodotti jew tal-kunsinni diment li dawn jibqgħu taħt superviżjoni doganali fil-pajjiż(i) terz(i) tat-tranżitu. 3. Mingħajr preġudizzju għat-Titolu V ta’ din l-Appendiċi, jista’ jsir qsim tal-kunsinni, diment li dawn jibqgħu taħt superviżjoni doganali fil-pajjiż(i) terz(i) tal-qsim. 4. F’każ ta’ dubju, il-Parti Kontraenti importatriċi tista’ titlob lill-importatur jew lir-rappreżentant tagħha biex f’xi ħin jippreżenta d-dokumenti xierqa kollha li jipprovdu evidenza ta’ konformità ma’ dan l-Artikolu, u din tista’ tintwera bi kwalunkwe evidenza dokumentata, u b’mod partikolari permezz ta’:
Artikolu 15 Wirjiet 1. Il-prodotti oriġinarji, mibgħuta għall-wiri f’xi pajjiż għajr dawk li għalihom tapplika l-akkumulazzjoni skont l-Artikoli 7 u 8, u mibjugħa wara l-wirja biex jiġu importati f’Parti Kontraenti, waqt l-importazzjoni għandhom jibbenefikaw mill-Ftehim rilevanti diment li jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li:
2. Għandha tinħareġ jew issir prova tal-oriġini skont it-Titolu V ta’ din l-Appendiċi u tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi bil-mod normali. Fuqha għandhom jitniżżlu l-isem u l-indirizz tal-wirja. Meta meħtieġ, tista’ tintalab ukoll evidenza dokumentarja addizzjonali tal-kundizzjonijiet li fihom ġew esebiti l-prodotti. 3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għal kull wirja, fiera jew esebizzjoni pubblika simili ta’ natura kummerċjali, industrijali, agrikola jew artiġjanali, li ma jkunux ġew organizzati għal skopijiet privati fi ħwienet jew fi stabbilimenti tan-negozju bl-għan li jsir bejgħ ta’ prodotti barranin, u li matulhom il-prodotti jibqgħu fil-kontroll doganali. TITOLU IV RIFUŻJONI JEW EŻENZJONI Artikolu 16 Rifużjoni tad-dazji doganali jew eżenzjoni minnhom 1. Il-materjali mhux oriġinarji li jintużaw fil-manifattura tal-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 li joriġinaw f’Parti Kontraenti li għaliha tinħareġ jew issir prova tal-oriġini skont it-Titolu V ta’ din l-Appendiċi ma għandhomx ikunu soġġetti għal rifużjoni ta’ dazji doganali jew għal eżenzjoni minn dazji doganali ta’ kwalunkwe tip fil-Parti Kontraenti esportatriċi. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għal kull arranġament għal rifużjoni, remissjoni jew nuqqas ta’ ħlas, parzjali jew sħiħ, ta’ dazji jew imposti doganali li jkollhom effett ekwivalenti, applikabbli fil-Parti Kontraenti esportatriċi għall-materjali użati fil-manifattura, fejn ikunu japplikaw tali rifużjoni, remissjoni jew nuqqas ta’ ħlas, espressament jew effettivament, meta prodotti miksuba mill-materjali msemmijin jiġu esportati u mhux meta jinżammu għal użu fid-dar hemmhekk. 3. L-esportatur tal-prodotti koperti bi prova tal-oriġini għandu jkun lest li jippreżenta fi kwalunkwe mument, meta jintalab mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti xierqa kollha li juru li ma tkun inkisbet l-ebda rifużjoni fir-rigward tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura tal-prodotti kkonċernati u li effettivament tħallsu d-dazji jew l-imposti doganali kollha b’effett ekwivalenti applikabbli għal dawn il-materjali. Eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni tar-rifużjoni jew tal-eżenzjoni minn dazji doganali għall-prodotti tal-Kapitoli 50 sa 63. 4. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għall-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-prodotti li kisbu status oriġinarju bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni tal-oriġini koperta mill-Artikolu 7(4) jew (5). 5. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tapplika fil-kummerċ bilaterali bejn, minn naħa waħda, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), l-Iżlanda, in-Norveġja, it-Turkija jew l-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, kwalunkwe parteċipant fil-proċess ta’ Barċellona għajr it-Turkija u l-Iżrael jekk il-prodotti jitqiesu li joriġinaw mill-Parti Kontraenti esportatriċi jew importatriċi mingħajr l-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni b’materjali li joriġinaw fi kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti l-oħra. 6. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tapplika fil-kummerċ bilaterali bejn il-Pajjiżi Membri fil-Ftehim li jistabbilixxi żona ta’ kummerċ ħieles bejn il-pajjiżi Għarab tal-Mediterran (il-Ftehim ta’ Agadir), jekk il-prodotti jitqiesu li joriġinaw f’wieħed minn dawn il-pajjiżi mingħajr l-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni b’materjali li joriġinaw fi kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti l-oħra. TITOLU V PROVA TAL-ORIĠINI Artikolu 17 Rekwiżiti ġenerali 1. Meta jiġu importati f’Partijiet Kontraenti oħra, prodotti li joriġinaw f’waħda mill-Partijiet Kontraenti għandhom jibbenefikaw mill-Ftehimiet rilevanti malli titressaq waħda mill-provi tal-oriġini li ġejjin:
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, prodotti oriġinarji fis-sens ta’ din il-Konvenzjoni għandhom, fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 27, jibbenefikaw mill-Ftehimiet rilevanti mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi ppreżentata l-ebda waħda mill-provi tal-oriġini msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu bejniethom li għall-kummerċ preferenzjali bejn dawk il-Partijiet Kontraenti, il-provi tal-oriġini elenkati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hawn fuq jinbidlu b’dikjarazzjonijiet tal-oriġini magħmula minn esportaturi rreġistrati f’bażi ta’ data elettronika skont il-leġiżlazzjoni interna ta’ dawn il-Partijiet Kontraenti. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu bejniethom li jistabbilixxu sistema li tippermetti li l-provi tal-oriġini elenkati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jinħarġu b’mod elettroniku u/jew jiġu ppreżentati b’mod elettroniku. Artikolu 18 Kundizzjonijiet biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini 1. Tista’ ssir dikjarazzjoni tal-oriġini kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1):
2. Dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti jistgħu jitqiesu li joriġinaw f’Parti Kontraenti u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-Konvenzjoni. 3. L-esportatur li jagħmel id-dikjarazzjoni tal-oriġini għandu jkun ppreparat li jissottometti f’kull ħin, fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi, id-dokumenti xierqa li jagħtu prova tal-istatus oriġinarju tal-prodotti kkonċernati kif ukoll it-twettiq tal-kundizzjonijiet l-oħra ta’ din il-Konvenzjoni. 4. Id-dikjarazzjoni tal-oriġini għandu jagħmilha l-esportatur billi jittajpja, jittimbra jew jipprintja fuq il-fattura, fuq in-nota tal-konsenja jew fuq dokument kummerċjali ieħor, id-dikjarazzjoni li t-test tagħha jinsab fl-Anness III ta’ din l-Appendiċi, filwaqt li juża waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi stabbiliti f’dak l-Anness u skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż esportatur. Jekk id-dikjarazzjoni ssir bl-idejn, din għandha ssir bil-linka u b’karattri stampati. 5. Id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini għandu jkollhom il-firma oriġinali tal-esportatur bl-idejn. Madankollu, esportatur approvat fis-sens tal-Artikolu 19 ma għandux jintalab jiffirma dawn id-dikjarazzjonijiet diment li jippreżenta impenn bil-miktub lill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi li turi li jaċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal kull dikjarazzjoni tal-oriġini li tidentifikah daqslikieku din ġiet iffirmata minnu stess. 6. L-esportatur jista’ jagħmel id-dikjarazzjoni tal-oriġini meta jiġu esportati l-prodotti li din tkun tkopri jew wara l-esportazzjoni, (id-“dikjarazzjoni tal-oriġini retrospettiva”), diment li din tiġi ppreżentata fil-pajjiż importatur sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-importazzjoni tal-prodotti li din tkopri. Meta l-qsim ta’ kunsinna jsir skont l-Artikolu 14(3) u tiġi rispettata l-istess skadenza ta’ sentejn, id-dikjarazzjoni tal-oriġini retrospettiva għandha ssir mill-esportatur approvat tal-Parti Kontraenti tal-esportazzjoni tal-prodotti. Artikolu 19 Esportatur approvat 1. Soġġetti għar-rekwiżiti nazzjonali, l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi jistgħu jawtorizzaw lil kwalunkwe esportatur stabbilit f’dik il-Parti Kontraenti (l-“esportatur approvat”) jagħmel dikjarazzjonijiet tal-oriġini irrispettivament mill-valur tal-prodotti kkonċernati. 2. Kull esportatur li jitlob din l-awtorizzazzjoni jrid joffri l-garanziji kollha meħtieġa għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, biex jiġi vverifikat l-istatus oriġinarju tal-prodotti u li ġew issodisfati r-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-Konvenzjoni. 3. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu numru tal-awtorizzazzjoni doganali lill-esportatur approvat u dan għandu jidher fuq id-dikjarazzjoni tal-oriġini. 4. L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw l-użu xieraq ta’ awtorizzazzjoni. Dawn jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni jekk l-esportatur approvat jużaha ħażin, u għandhom jagħmlu dan jekk l-esportatur approvat ma jibqax joffri l-garanziji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 20 Proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1 1. Iċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi meta ssir applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, tħat ir-responsabbiltà tal-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 2. Għan dak il-għan, l-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jimlew iċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 u l-formola tal-applikazzjoni, li mudelli tagħhom jinsabu fl-Anness IV ta’ din l-Appendiċi. Dawk il-formoli għandhom jimtlew b’waħda mil-lingwi li bihom tfasslet din il-Konvenzjoni u skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż tal-esportazzjoni. Jekk il-formoli jimtlew bl-idejn, għandhom isiru bil-linka u b’karattri stampati. Id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha tingħata fil-kaxxa riżervata għal dan il-għan mingħajr ma jitħallew linji vojta. Jekk il-kaxxa ma timteliex kollha, għandha ssir linja orizzontali taħt l-aħħar linja tad-deskrizzjoni u jiġi ngassat l-ispazju vojt. 3. L-esportatur li japplika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1 għandu jkun ippreparat jissottometti, f’kull ħin, fuq it-talba tal-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi minn fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta’ moviment tal-merkanzija EUR.1, id-dokumenti kollha xierqa li jagħtu prova tal-istatus oriġinarju tal-prodotti kkonċernati kif ukoll it-twettiq tar-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-Konvenzjoni. 4. Iċ-ċertifikat tal-oriġini għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti esportatriċi jekk il-prodotti kkonċernati jistgħu jitqiesu bħala prodotti oriġinarji u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-Konvenzjoni. 5. L-awtoritajiet doganali li joħorġu ċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jivverifikaw l-istatus oriġinarju tal-prodotti u li r-rekwiżiti l-oħrajn ta’ din il-Konvenzjoni ġew issodisfati. Għal dak il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kwalunkwe evidenza u jwettqu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-esportatur jew xi verifika oħra li jqisu xierqa. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-formoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jimtlew kif suppost. B’mod partikolari, dawn għandhom jivverifikaw li l-ispazju riżervat għad-deskrizzjoni tal-prodotti jkun imtela b’tali mod li jeskludi kull possibbiltà ta’ żidiet frodulenti. 6. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandha tiġi indikata fil-Kaxxa 11 taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1. 7. Iċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-esportatur malli l-esportazzjoni attwali tkun saret jew tkun garantita. Artikolu 21 Ċertifikati tal-moviment EUR.1 maħruġa retrospettivament 1. Minkejja l-Artikolu 20(7), iċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 jista’ jinħareġ b’mod retrospettiv wara l-esportazzjoni tal-prodotti li jkopri jekk:
2. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fl-applikazzjoni tiegħu, l-esportatur għandu jindika l-post u d-data tal-esportazzjoni tal-prodotti koperti miċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 u għandu jiddikjara r-raġunijiet għat-talba tiegħu. 3. L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 b’mod retrospettiv fi żmien sentejn mid-data tal-esportazzjoni u biss wara li jivverifikaw li l-informazzjoni mogħtija mill-esportatur fl-applikazzjoni hi konformi ma’ dik fil-fajl korrispondenti. 4. Iċ-ċertifikati tal-moviment tal-merkanzija EUR.1 maħruġa b’mod retrospettiv għandhom jiġu approvati bil-frażi li ġejja bl-Ingliż:”ISSUED RETROSPECTIVELY”. 5. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiddaħħal fil-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1. Artikolu 22 Ħruġ ta’ kopja duplikata taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 1. F’każ ta’ serq, telf jew qerda taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1, l-esportatur jista’ japplika biex l-awtoritajiet doganali li jkunu ħarġuhulu, joħorġu kopja duplikata abbażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni fil-pussess tagħhom. 2. Il-kopja duplikata maħruġa taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi approvata b’din il-kelma li ġejja bl-Ingliż: “DUPLICATE”. 3. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddaħħal fil-Kaxxa 7 tal-kopja duplikata taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1. 4. Il-kopja duplikata, li għandha turi d-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 oriġinali, għandha tkun valida minn dik id-data. Artikolu 23 Validità tal-prova tal-oriġini 1. Il-prova tal-oriġini għandha tkun valida għal għaxar xhur mid-data meta tinħareġ jew issir fil-Parti Kontraenti esportatriċi, u għandha tiġi ppreżentata tul dak il-perjodu lill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi. 2. Il-provi tal-oriġini li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi wara l-perjodu tal-validità msemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu aċċettati għall-fini tal-applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji, meta n-nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ dawk id-dokumenti sad-data finali stabbilita jkun dovut għal ċirkostanzi eċċezzjonali. 3. F’każijiet oħrajn ta’ preżentazzjoni tardiva, l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi jistgħu jaċċettaw il-provi tal-oriġini meta l-prodotti jkunu ġew ippreżentati qabel id-data finali msemmija. Artikolu 24 Żoni ħielsa 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti nnegozjati bil-kopertura ta’ prova tal-oriġini, li waqt it-trasport jużaw żona ħielsa fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’merkanzija oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw f’Parti Kontraenti jiġu importati f’żona libera bil-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, tista’ ssir jew tinħareġ prova tal-oriġini ġdida, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jsiru jkunu konformi ma’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 25 Rekwiżiti tal-importazzjoni Għandhom jiġu ppreżentati provi tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi skont il-proċeduri applikabbli f’dik il-Parti Kontraenti. Artikolu 26 Importazzjoni gradwali Meta, fuq it-talba tal-importatur u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi, jiġu importati gradwalment prodotti żarmati jew mhux armati fis-sens tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu taħt it-Taqsimiet XVI u XVII jew l-intestaturi 7308 u 9406, għandha tiġi ppreżentata prova waħda tal-oriġini għal dawn il-prodotti lill-awtoritajiet doganali mal-importazzjoni tal-ewwel konsenja parzjali. Artikolu 27 Eżenzjonijiet mill-prova tal-oriġini 1. Il-prodotti mibgħuta bħala pakketti żgħar mingħand persuni privati lil persuni privati jew li jagħmlu parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi għandhom jiġu ammessi bħala prodotti li joriġinaw mingħajr il-bżonn li tiġi ppreżentata prova tal-oriġini, diment li dawn il-prodotti ma jkunux importati kummerċjalment u jkunu ġew iddikjarati li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din il-Konvenzjoni u meta ma jkun hemm l-ebda dubju dwar il-veraċità ta’ dikjarazzjoni bħal din. 2. L-importazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala importazzjonijiet permezz ta’ kummerċ jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
3. Il-valur totali ta’ dawk il-prodotti ma għandux jaqbeż il-EUR 500 fil-każ ta’ pakketti żgħar jew l-EUR 1 200 fil-każ ta’ prodotti li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi. Artikolu 28 Diskrepanzi u żbalji formali 1. Is-sejba ta’ diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-prova tal-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti ppreżentati lill-uffiċċju doganali għall-fini biex jitwettqu l-formalitajiet għall-importazzjoni tal-prodotti, ma għandhiex ipso facto tirrendi l-prova tal-oriġini bħala nulla u mingħajr effett jekk ikun stabbilit kif xieraq li dak id-dokument fil-fatt jikkorrispondi għall-prodotti ppreżentati. 2. L-iżbalji formali ovvji fosthom l-iżbalji tat-tipa fil-prova tal-oriġini ma għandhomx iwasslu biex id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu rrifjutati jekk dawk l-iżbalji ma jkunux tali li joħolqu dubji dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula f’dawk id-dokumenti. Artikolu 29 Dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew issir dikjarazzjoni tal-oriġini f’Parti Kontraenti għal prodotti oriġinarji li waqt il-manifattura tagħhom ikunu ntużaw oġġetti skont l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 7(4) li jkunu ġejjin minn Parti Kontraenti u li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar f’dawk il-Partijiet Kontraenti mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija għal dawk l-oġġetti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala evidenza tal-ħidma jew tal-ipproċessar li jkunu saru f’Parti Kontraenti fuq il-merkanzija kkonċernata bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti, li fil-manifattura tagħhom tkun intużat dik il-merkanzija, ikunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-Parti Kontraenti esportatriċi u jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti l-oħra ta’ din l-Appendiċi. 3. Għajr għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-fornitur għandu jagħmel dikjarazzjoni separata tal-fornitur għal kull kunsinna ta’ merkanzija fil-forma preskritta fl-Anness VI fuq karta mehmuża mal-fattura, man-nota tal-kunsinna jew ma’ xi dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-merkanzija kkonċernata b’biżżejjed dettall biex tkun tista’ tiġi identifikata. 4. Meta l-fornitur jipprovdi merkanzija b’mod regolari lil klijent partikolari li l-ħidma jew l-ipproċessar tagħha jkunu saru f’Parti Kontraenti, u jkun mistenni li din il-provvista tibqa’ ssir b’mod kostanti għal perjodu taż-żmien, dan jista’ jipprovdilu dikjarazzjoni waħda tal-fornitur li tkun tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dik il-merkanzija (id-“dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”). Normalment, dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul tista’ tibqa’ valida għal perjodu sa sentejn mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti fejn issir id-dikjarazzjoni jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha ssir mill-fornitur fil-forma preskritta fl-Anness VI u għandha tiddeskrivi l-merkanzija kkonċernata b’biżżejjed dettall biex tkun tista’ tiġi identifikata. Għandha tingħata lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna tal-merkanzija koperta minn dik id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu ttajpjati jew stampati f’waħda mil-lingwi li fihom tfasslet din il-Konvenzjoni, skont il-liġi nazzjonali tal-Parti Kontraenti fejn titfassal id-dikjarazzjoni, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta fi kwalunkwe mument, meta jintalab mill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, id-dokumenti kollha xierqa li jagħtu prova li l-informazzjoni mogħtija f’dik id-dikjarazzjoni hi korretta. Artikolu 30 Ammonti espressi f’euro 1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 18(1) u tal-Artikolu 27(3), meta l-fattura għall-prodotti toħroġ b’xi munita oħra li mhix l-euro, l-ammonti fil-munita nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti ekwivalenti għall-ammonti espressi f’euro għandhom jiġu stabbiliti darba fis-sena minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati. 2. Il-kunsinna għandha tibbenefika mill-punt (b) tal-Artikolu 18(1) jew mill-Artikolu 27(3) b’referenza għall-munita li fiha ssir il-fattura, skont l-ammont stabbilit mill-pajjiż ikkonċernat. 3. L-ammonti li jridu jintużaw b’xi munita nazzjonali għandhom ikunu l-ekwivalenti f’dik il-munita għall-ammonti espressi bl-euro fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru. L-ammonti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea sal-15 ta’ Ottubru u għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-pajjiżi kollha kkonċernati bl-ammonti rilevanti. 4. Pajjiż jista’ jnaqqas jew iżid l-ammont li jirriżulta mill-kambju tal-ammont espress bl-euro għall-munita nazzjonali tiegħu biex dan jitqarreb lejn l-ewwel numru sħiħ. L-ammont imqarreb lejn l-eqreb numru sħiħ ma jistax ikun differenti b’aktar minn 5 % mill-ammont li jirriżulta mill-kambju. Pajjiż jista’ jibqa’ ma jbiddilx l-ekwivalenti tal-munita nazzjonali għall-ammont espress bl-euro jekk, fiż-żmien tal-aġġustament ta’ darba fis-sena previst fil-paragrafu 3, il-kambju ta’ dak l-ammont, qabel ma jitqarreb lejn l-eqreb numru sħiħ, jirriżulta f’żieda ta’ anqas minn 15 % fl-ekwivalenti tal-munita nazzjonali. L-ekwivalenti tal-munita nazzjonali jista’ jinżamm bla ma jinbidel jekk il-kambju jkun iwassal għal tnaqqis ta’ dak il-valur ekwivalenti. 5. L-ammonti espressi f’euro għandhom jiġu rieżaminati mill-Kumitat Konġunt fuq talba minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Meta ssir dik ir-reviżjoni, il-Kumitat Konġunt għandu jqis sa liema punt huwa mixtieq li jkunu ppreservati f’termini reali l-effetti tal-limiti kkonċernati. Għal dak il-għan, dan jista’ jiddeċiedi li jimmodifika l-ammonti espressi f’euro. TITOLU VI PRINĊIPJI TA’ KOOPERAZZJONI U EVIDENZA DOKUMENTATA Artikolu 31 Evidenza dokumentata, preservazzjoni tal-provi tal-oriġini u dokumenti ta’ prova 1. Esportatur li jkun għamel dikjarazzjoni tal-oriġini jew li jkun applika għal ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jżomm kopja stampata jew verżjoni elettronika ta’ dawk il-provi tal-oriġini u tad-dokumenti kollha li jsostnu l-istatus oriġinarju tal-prodott, għal mill-inqas tliet snin mid-data meta tinħareġ jew issir id-dikjarazzjoni tal-oriġini. 2. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, nota tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li magħhom tkun mehmuża din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 29(6) għal mill-inqas tliet snin. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, nota tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw il-merkanzija koperta b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 29(6) għal mill-anqas tliet snin. Dak il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-dokumenti li jsostnu l-istatus oriġinarju, inter alia, huma dawn li ġejjin:
4. L-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi li joħorġu ċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandhom iżommu l-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) għal mill-inqas tliet snin. 5. L-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi għandhom iżommu ċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini ppreżentati lilhom għal mill-inqas tliet snin. 6. Id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur li jagħtu prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu saru f’Parti Kontraenti b’materjali użati, magħmula f’dik il-Parti Kontraenti, għandhom jiġu trattati bħala dokument li jissemma fl-Artikoli 18(3), 20(3) u 29(6) użati bil-għan li jagħtu prova li dawk il-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw f’dik il-Parti Kontraenti u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ din l-Appendiċi. Artikolu 32 Riżoluzzjoni tat-tilwim Fejn iqumu tilwimiet b’rabta mal-proċeduri ta’ verifikazzjoni taħt l-Artikoli 34 u 35 li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqi dik il-verifikazzjoni, għandhom jitressqu quddiem il-korp bilaterali stabbilit mill-Ftehim rilevanti. Fejn iqumu tilwimiet li ma jkunux marbutin mal-proċeduri ta’ verifika tal-Artikoli 34 u 35 b’rabta mal-interpretazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni, għandhom jitressqu lill-Kumitat Konġunt. Fil-każijiet kollha r-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi għandha sseħħ skont il-leġiżlazzjoni ta’ dik il-Parti Kontraenti. TITOLU VII KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA Artikolu 33 Notifika u kooperazzjoni 1. L-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu kampjuni ta’ impressjonijiet tat-timbri lil xulxin li jintużaw fl-uffiċċji doganali tagħhom għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, flimkien mal-mudelli tan-numri tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-esportaturi approvati u l-indirizzi tal-awtoritajiet doganali responsabbli biex jivverifikaw dawn iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini. 2. Biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, biex jivverifikaw l-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini, id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur, u l-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawk id-dokumenti. Artikolu 34 Verifika tal-provi tal-oriġini 1. Il-verifikazzjonijiet sussegwenti tal-provi tal-oriġini għandhom jitwettqu b’mod każwali jew kulmeta l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi jkollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità ta’ tali dokumenti, dwar l-istatus oriġinarju tal-prodotti kkonċernati jew dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti l-oħrajn ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Meta jagħmlu talba għal verifika sussegwenti, l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat tal-moviment EUR.1 u l-fattura, jekk din tkun ġiet ippreżentata, id-dikjarazzjoni tal-oriġini, jew kopja ta’ dawk id-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet għat-talba għal verifika. Kull dokument u informazzjoni miġburin li jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fuq il-provi tal-oriġini mhijiex korretta għandhom jingħaddew bħala sostenn tat-talba għall-verifika. 3. Il-verifikazzjoni għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti esportatriċi. Għal dak il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kwalunkwe evidenza u jwettqu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-esportatur jew xi verifika oħra li jqisu xierqa. 4. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti importatriċi jiddeċiedu li jissospendu l-għoti tat-trattament preferenzjali lill-prodotti kkonċernati sakemm jistennew ir-riżultati tal-verifika, dawn għandhom joffru li jirrilaxxaw il-prodotti lill-importatur soġġett għal kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni li huma jidhrilhom meħtieġa. 5. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawk ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk id-dokumenti jkunux awtentiċi u jekk il-prodotti kkonċernati jkunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw f’waħda mill-Partijiet Kontraenti u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn ta’ din il-Konvenzjoni. 6. Jekk f’każijiet ta’ dubju raġonevoli ma tingħata l-ebda tweġiba fi żmien għaxar xhur mid-data tat-talba għall-verifika jew jekk it-tweġiba ma jkunx fiha biżżejjed informazzjoni biex tiġi ddeterminata l-awtentiċità tad-dokument inkwistjoni jew l-oriġini vera tal-prodotti, l-awtoritajiet doganali li jagħmlu t-talba għandhom, għajr f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jirrifjutaw id-dritt għall-preferenzi. Artikolu 35 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali ta’ Parti Kontraenti fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dak id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-Parti Kontraenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni tal-fornitur jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul u l-fattura jew fatturi, in-nota jew noti tal-konsenja jew xi dokument jew dokumenti kummerċjali oħra dwar il-merkanzija koperta minn din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret din id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Għal dak il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawk ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul hix korretta u jagħmluha possibbli biex dawn ikunu jistgħu jiddeterminaw jekk u kemm din id-dikjarazzjoni tista’ titqies għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 36 Penali Kull Parti Kontraenti għandha tipprevedi l-impożizzjoni ta’ penali kriminali, ċivili jew amministrattivi għall-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha relatata ma’ din il-Konvenzjoni. TITOLU VIII APPLIKAZZJONI TAL-APPENDIĊI I Artikolu 37 Iż-Żona Ekonomika Ewropea Merkanzija li toriġina fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fis-sens tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandha titqies li toriġina fl-Unjoni Ewropea, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein jew fin-Norveġja (il-“Partijiet taż-ŻEE”) meta tiġi esportata rispettivament mill-Unjoni Ewropea, mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein jew min-Norveġja lejn Parti Kontraenti għajr il-Partijiet taż-ŻEE, diment li jkun hemm ftehimiet ta’ kummerċ ħieles applikabbli bejn il-Parti Kontraenti importatriċi u l-Partijiet taż-ŻEE. Artikolu 38 Il-Liechtenstein Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, prodott li joriġina fil-Liechtenstein għandu, minħabba l-unjoni doganali bejn l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, jitqies li joriġina fl-Iżvizzera. Artikolu 39 Ir-Repubblika ta’ San Marino Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, prodott li joriġina fir-Repubblika ta’ San Marino għandu, minħabba l-unjoni doganali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, jitqies li joriġina fl-Unjoni Ewropea. Artikolu 40 Il-Prinċipat ta’ Andorra Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, prodott li joriġina fil-Prinċipat ta’ Andorra li jkun ikklassifikat taħt il-Kapitoli 25 sa 97 għandu, minħabba l-unjoni doganali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra, jitqies li joriġina fl-Unjoni Ewropea. Artikolu 41 Ceuta u Melilla 1. Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, it-terminu “Unjoni Ewropea” ma għandux ikopri lil Ceuta u Melilla. 2. Prodotti li joriġinaw f’Parti Kontraenti għajr l-Unjoni Ewropea, meta jiġu importati f’Ceuta jew f’Melilla, għandhom igawdu f’kull aspett mill-istess reġim doganali bħal dak applikat għal prodotti li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea li jaqa’ taħt il-Protokoll 2 tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża u l-aġġustamenti għat-Trattati (2). Il-Partijiet Kontraenti għajr l-Unjoni Ewropea, għandhom jagħtu lill-importazzjoni koperta mill-Ftehim u li joriġinaw f’Ceuta u Melilla l-istess reġim doganali bħal dak mogħti lil prodotti importati mill-Unjoni Ewropea u li joriġinaw fiha. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, din il-Konvenzjoni għandha tapplika għall-prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla mutatis mutandis u soġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Anness V. “ANNESS I NOTI INTRODUTTORJI GĦAL-LISTA FL-ANNESS II Nota 1 – Introduzzjoni ġenerali Il-lista tistabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-prodotti kollha jkunu jistgħu jitqiesu maħduma jew ipproċessati biżżejjed fis-sens tal-Artikolu 4 tat-Titolu II tal-Appendiċi I. Hemm erba’ tipi differenti ta’ regoli, li jvarjaw skont il-prodott:
Nota 2 – L-istruttura tal-lista
Nota 3 – Eżempji ta’ kif jiġu applikati r-regoli
Nota 4 – Dispożizzjonijiet ġenerali rigward ċerta merkanzija agrikola
Nota 5 – Terminoloġija użata fir-rigward ta’ ċerti prodotti tat-tessuti
Nota 6 – Tolleranzi applikabbli għal prodotti magħmula minn taħlita ta’ materjali tessili
Nota 7 – Tolleranzi oħrajn applikabbli għal ċerti prodotti tat-tessuti
Nota 8 – Definizzjoni tal-proċessi speċifiċi u l-operazzjonijiet sempliċi mwettqin fir-rigward ta’ ċerti prodotti tal-Kapitolu 27
Nota 9 – Definizzjoni tal-proċessi speċifiċi u l-operazzjonijiet sempliċi mwettqin fir-rigward ta’ ċerti prodotti Nota 9.1: Il-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 30 miksuba f’Parti Kontraenti bl-użu ta’ kulturi taċ-ċelloli għandhom jitqiesu li joriġinaw f’dik il-Parti Kontraenti. “Kultura taċ-ċelloli” tfisser il-kultivazzjoni ta’ ċelloli umani, tal-annimali u tal-pjanti f’kundizzjonijiet ikkontrollati (bħal temperaturi, medju tat-tkabbir, taħlita ta’ gassijiet, pH definiti) ’il barra minn organiżmu ħaj. Nota 9.2: Il-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 29 (għajr għal: 2905.43-2905.44), 30, 32, 33 (għajr għal: 3302.10, 3301) 34, 35 (għajr għal: 35.01, 3502.11-3502.19, 3502.20, 35.05), 36, 37, 38 (għajr għal: 3809.10, 38.23, 3824.60, 38.26) u 39 (għajr għal: 39.16-39.26):miksuba f’Parti Kontraenti bil-fermentazzjoni għandhom jitqiesu li joriġinaw f’dik il-Parti Kontraenti. “Fermentazzjoni” hi proċess bijoteknoloġiku li fih jintużaw ċelloli umani, tal-annimali jew tal-pjanti, batterji, ħmira, fungi jew enżimi biex jipproduċu prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 29 sa 39. Nota 9.3: Wara t-trasformazzjonijiet, dawn jitqiesu biżżejjed skont l-Artikolu 4 għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 28, 29 (għajr għal: 2905.43-2905.44), 30, 32, 33 (għajr għal: 3302.10, 3301) 34, 35 (għajr għal: 35.01, 3502.11-3502.19, 3502.20, 35.05), 36, 37, 38 (għajr għal: 3809.10, 38.23, 3824.60, 38.26) u 39 (għajr għal: 39.16-39.26):
“ANNESS II LISTA TAL-ĦIDMA JEW TAL-IPPROĊESSAR LI JEĦTIEĠ ISIRU FUQ MATERJALI MHUX ORIĠINARJI BIEX IL-PRODOTT MANIFATTURAT JIKSEB STATUS ORIĠINARJU
“ANNESS III TEST TAD-DIKJARAZZJONI TAL-ORIĠINI Id-dikjarazzjoni tal-oriġini, li t-test tagħha jidher hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. Il-verżjoni bl-Albaniż Eksportuesi i produkteve të mbuluara nga ky dokument (autorizim doganor Nr. … (6)) deklaron që përveç rasteve kur tregohet qartësisht ndryshe, këto produkte janë me origjine preferenciale … (7) Il-verżjoni bl-Għarbi Il-verżjoni bil-Bożnijan Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (6)) izjavljuje da su, osim ako je to drugačije izričito navedeno, ovi proizvodi … (7) preferencijalnog porijekla. Il-verżjoni bil-Bulgaru Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (6)) декларира, че освен където ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (7) Il-verżjoni bil-Kroat Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (6)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (7) preferencijalnog podrijetla. Il-verżjoni biċ-Ċek Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (6)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (7) Il-verżjoni bid-Daniż Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (6)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (7) Il-verżjoni bin-Netherlandiż De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (6)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (7). Il-verżjoni bl-Ingliż The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (6)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (7) preferential origin. Il-verżjoni bl-Estonjan Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr. … (6)) deklareerib, et need tooted on … (7) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti Il-verżjoni bil-lingwa tal-Gżejjer Faeroe Ùtflytarin av vørunum, sum hetta skjal fevnir um (tollvaldsins loyvi nr. … (6)) váttar, at um ikki nakað annað er tilskilað, eru hesar vørur upprunavørur … (7). Il-verżjoni bil-Finlandiż Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (6)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (7) Il-verżjoni bil-Franċiż L’exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no … (6)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (7) Il-verżjoni bil-Ġermaniż Der Ausführer (ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (6)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte … (7) Ursprungswaren sind. Il-verżjoni bil-Ġeorġjan Il-verżjoni bil-Grieg Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ’ αριθ. … (6)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (7) Il-verżjoni bl-Ebrajk Il-verżjoni bl-Ungeriż A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (6)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk kedvezményes … (7) származásúak. Il-verżjoni bl-Iżlandiż Útflytjandi framleiðsluvara sem skjal þetta tekur til (leyfi tollyfirvalda nr … (6)), lýsir því yfir að vörurnar séu, ef annars er ekki greinilega getið, af … fríðindauppruna (7). Il-verżjoni bit-Taljan L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (6)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (7) Il-verżjoni bil-Latvjan Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. … (6)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no … (7) Il-verżjoni bil-Litwan Šiame dokumente nurodytų produktų eksportuotojas (muitinės leidimo Nr. … (6)) deklaruoja, kad, jeigu aiškiai nenurodyta kitaip, šie produktai turi … (7) lengvatinės kilmės statusą. Il-verżjoni bil-Malti L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru. … (6)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (7). Il-verżjoni bil-Montenegrin Извозник производа обухваћених овом исправом (царинско овлашћење бр. … (6)) изјављује да су, осимако је тo другачије изричито наведено, ови производи … (7) преференцијалног поријекла. Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlašćenje br … (6)) izjavljuje da su, osim ako je to drugačije izričito navedeno, ovi proizvodi … (7) preferencijalnog porijekla. Il-verżjoni bin-Norveġiż Eksportøren av produktene omfattet av dette dokument (tollmyndighetenes autorisasjons nr … (6)) erklærer at disse produktene, unntatt hvor annet er tydelig angitt, har … preferanseopprinnelse (7). Il-verżjoni bil-Pollakk Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (6)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (7) preferencyjne pochodzenie. Il-verżjoni bil-Portugiż O abaixo assinado, exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira no. … (6)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (7). Il-verżjoni bir-Rumen Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. … (6)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (7). Il-verżjoni bis-Serb Извозник производа обухваћених овом исправом (царинско овлашћење бр. … (6)) изјављује да су, осим ако је тo другачије изричито наведено, ови производи … (7) преференцијалног порекла. Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlašćenje br … (6)) izjavljuje da su, osim ako je to drugačije izričito navedeno, ovi proizvodi … (7) preferencijalnog porekla. Il-verżjoni bis-Slovakk Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (6)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (7). Il-verżjoni bis-Sloven Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št … (6)), izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (7) poreklo. Il-verżjoni bl-Ispanjol El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no … (6)) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (7). Il-verżjoni bl-Iżvediż Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (6)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (7). Il-verżjoni bit-Tork İșbu belge (gümrük onay No: … (6)) kapsamındaki maddelerin ihracatçısı aksi açıkça belirtilmedikçe, bu maddelerin … tercihli menșeli (7) maddeler olduğunu beyan eder. Il-verżjoni bl-Ukrain Експортер продукцiї, на яку поширюється цей документ (митний дозвiл № … (6)), заявляє, що за винятком випадкiв, де цеявно зазначено, цi товари є товарами преференцiйного походження … (7). Il-verżjoni bil-lingwa tal-Maċedonja ta’ Fuq Извозникот на производите што ги покрива овоj документ (царинскo одобрение бр. … (6)) изјавува дека, освен ако тоа не е јасно поинаку назначено, овие производи се со … (7) преференцијално потекло. … (Post u data) (8) … (Il-firma tal-esportatur u isem il-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jridu jiġu indikati b’kitba ċara) (9) “ANNESS IV EŻEMPJI TA’ ĊERTIFIKAT TAL-MOVIMENT EUR.1 U TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL ĊERTIFIKAT TAL-MOVIMENT EUR.1 STRUZZJONIJIET DWAR L-ISTAMPAR
ĊERTIFIKAT TAL-MOVIMENT EUR.1 1. Esportatur (Isem, indirizz sħiħ, pajjiż) EUR.1 Nru A 000.000 Qabel timla din il-formola, ara n-noti fil-paġna ta’ wara. 2. Ċertifikat użat fil-kummerċ preferenzjali bejn … u … (żid il-pajjiżi xierqa, il-gruppi tal-pajjiżi jew it-territorji) 3. Destinatarju (Isem, indirizz sħiħ, pajjiż) (Mhux obbligatorju) 4. Pajjiż, grupp ta’ pajjiżi jew territorji fejn il-prodotti huma kkunsidrati oriġinarji 5. Pajjiż, grupp ta’ pajjiżi jew territorju tad-destinazzjoni 6. Dettalji tat-trasport (Mhux obbligatorji) 7. Rimarki 8. Numru tal-oġġett; Marki u numri; Għadd u tip ta’ pakketti (1); Deskrizzjoni tal-merkanzija 9. Massa grossa (kg) jew kejl ieħor (litri, m3, eċċ.) 10. Fatturi (mhux obbligatorji) 11. APPROVAZZJONI DOGANALI Dikjarazzjoni ċċertifikata Dokument tal-esportazzjoni (2) Formola … Nru … Ta’ … Uffiċċju doganali … Pajjiż jew territorju tal-ħruġ … … … Post u data … … … (Firma) Timbru 12. DIKJARAZZJONI TAL-ESPORTATUR Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-merkanzija hawn fuq deskritta tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat. Post u data … … (Firma) (1) Jekk il-merkanzija ma tiġix ippakkjata, indika l-għadd tal-oġġetti jew iddikjara “bl-ingrossa”, skont kif xieraq. (2) Imla biss jekk ir-regolamenti tal-pajjiż jew tat-territorju tal-esportazzjoni jkunu jeżiġu li jsir hekk. 13. TALBA GĦAL VERIFIKA, lil 14. RIŻULTAT TAL-VERIFIKA Il-verifika li twettqet turi li dan iċ-ċertifikat (1) inħareġ mill-uffiċċju doganali indikat u li l-informazzjoni li tinsab fih hi eżatta. ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-awtentiċità u tal-eżattezza (ara r-rimarki mehmuża). … (Post u data) Timbru … (Firma) (1) Niżżel X fil-kaxxa xierqa. Intalbet verifika tal-awtentiċità u tal-eżattezza ta’ dan iċ-ċertifikat. … (Post u data) Timbru … (Firma) NOTI
APPLIKAZZJONI GĦAL ĊERTIFIKAT TAL-MOVIMENT EUR.1 1. Esportatur (Isem, indirizz sħiħ, pajjiż) EUR.1 Nru A 000.000 Qabel timla din il-formola, ara n-noti fil-paġna ta’ wara. 2. Applikazzjoni għal ċertifikat biex jintuża fil-kummerċ preferenzjali bejn … u … (Niżżel il-pajjiżi, il-gruppi tal-pajjiżi jew it-territorji adatti) 3. Destinatarju (Isem, indirizz sħiħ, pajjiż) (Mhux obbligatorju) 4. Pajjiż, grupp ta’ pajjiżi jew territorji fejn il-prodotti huma kkunsidrati oriġinarji 5. Pajjiż, grupp ta’ pajjiżi jew territorju tad-destinazzjoni 6. Dettalji tat-trasport (Mhux obbligatorji) 7. Rimarki 8. Numru tal-oġġett; Marki u numri; Għadd u tip ta’ pakketti (1) Deskrizzjoni tal-merkanzija 9. Massa grossa (kg) jew kejl ieħor (litri, m3, eċċ.) 10. Fatturi (mhux obbligatorji) (1) Jekk il-merkanzija ma tiġix ippakkjata, indika l-għadd tal-oġġetti jew iddikjara “bl-ingrossa”, skont kif xieraq. DIKJARAZZJONI TAL-ESPORTATUR Jiena, hawn taħt iffirmat, esportatur tal-merkanzija deskritta hawn wara, NIDDIKJARA LI il-merkanzija tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ħruġ taċ-ċertifikat mehmuż; NISPEĊIFIKA kif ġej iċ-ċirkostanzi li jippermettu li din il-merkanzija tirrispetta l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq: … … … … NIPPREŻENTA id-dokumenti ta’ prova li ġejjin (10): … … … … NINTRABAT LI nissottometti, meta nintalab mill-awtoritajiet xierqa, kull evidenza ġustifikattiva li dawk l-awtoritajiet jistgħu jitolbu biex jinħareġ iċ-ċertifikat mehmuż, u jekk ikun meħtieġ nintrabat li nagħti l-aċċess għal kull spezzjoni tal-kontijiet tiegħi u għal kull verifika tal-proċessi tal-manifattura tal-merkanzija ta’ hawn fuq, imwettqa mill-imsemmija awtoritajiet; NITLOB il-ħruġ taċ-ċertifikat mehmuż għal dik il-merkanzija. … (Post u data) … (Firma) “ANNESS V KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW F’CEUTA U MELILLA Artikolu Uniku 1. Filwaqt li jikkonformaw mar-regola tan-nonalterazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Appendiċi I, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala:
2. Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu territorju wieħed. 3. L-esportatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jniżżel isem il-Parti Kontraenti esportatriċi jew importatriċi u “Ceuta u Melilla” fil-Kaxxa 2 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew fid-dikjarazzjonijiet tal-oriġini. Barra minn dan, fil-każ tal-prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla, dan għandu jitniżżel fil-Kaxxa 4 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 jew fuq id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini. 4. L-awtoritajiet doganali Spanjoli għandhom ikunu responsabbli mill-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni f’Ceuta u Melilla. “ANNESS VI DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar f’Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji mingħajr ma jkun inkiseb status ta’ oriġini preferenzjali Jiena, hawn taħt iffirmat, fornitur tal-merkanzija koperta bid-dokument mehmuż, niddikjara li:
“ANNESS VII DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU FIT-TUL Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU TWIL għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar f’Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji mingħajr ma jkun inkiseb status ta’ oriġini preferenzjali Jiena, hawn taħt iffirmat, fornitur tal-merkanzija koperta bid-dokument mehmuż, li tiġi fornuta b’mod regolari lil (15) …, niddikjara li:
Din id-dikjarazzjoni hi valida għall-kunsinni kollha sussegwenti ta’ dik il-merkanzija mibgħuta minn … lejn … (20) Jien nintrabat li ninforma lil … (15) minnufih jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx għadha valida.
“ANNESS VIII LISTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI LI JKUNU GĦAŻLU LI JESTENDU L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 7(3) GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-PRODOTTI LI JAQGĦU TAĦT IL-KAPITOLI 50 SA 63 Il-Partijiet Kontraenti li jużaw din l-għażla huma elenkati hawn taħt. |
(6) |
l-Appendiċi II hija sostitwita minn din li ġejja: “Appendiċi II DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIDDEROGAW MID-DISPOŻIZZJONIJIET STABBILITI FL-APPENDIĊI I WERREJ Artikolu Uniku
Artikolu Uniku Din l-Appendiċi tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali li kienu miftiehma qabel l-1 ta’ Jannar 2019 u li huma applikabbli bejn ċerti Partijiet Kontraenti u li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi I. “ANNESS I KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-PARTEĊIPANTI FIL-PROĊESS TA’ STABBILIZZAZZJONI U TA’ ASSOĊJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA Artikolu 1 Il-prodotti elenkati hawn taħt għandhom jiġu esklużi mill-akkumulazzjoni li jipprevedi l-Artikolu 7 tal-Appendiċi I, jekk:
“ANNESS II KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA POPOLARI TAL-ALĠERIJA Artikolu 1 Il-merkanzija li tkun kisbet l-oriġini tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandha tiġi eskluża mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni fl-Unjoni Ewropea Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fil-Marokk, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fl-Unjoni Ewropea. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Akkumulazzjoni fl-Alġerija Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fl-Unjoni Ewropea, fil-Marokk jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li twettqu fl-Alġerija meta l-prodotti miksubin isirulhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti fl-Alġerija. Fil-każ fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu fi tnejn jew aktar mill-pajjiżi kkonċernati, għandhom jitqiesu li joriġinaw fl-Alġerija biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 (4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Alġerija jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Alġerija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 (2) u (3) tal-Appendiċi I, dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Alġerija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 5 Dikjarazzjoni tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1, jew tiġi mfassla dikjarazzjoni tal-oriġini, fl-Unjoni Ewropea jew fl-Alġerija għal prodotti oriġinarji, li fil-manifattura tagħhom tkun intużat merkanzija li tkun ġejja mill-Alġerija, mill-Marokk, mit-Tuneżija jew mill-Unjoni Ewropea li tkun ġiet sottoposta għal ħidma jew ipproċessar f’dawn il-pajjiżi mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija fir-rigward ta’ dawn il-prodotti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala prova tal-ħidma jew l-ipproċessar li għalihom tkun ġiet sottoposta l-merkanzija kkonċernata fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li fil-manifattura tagħhom tkun intużat din il-merkanzija, ikunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Alġerija u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ merkanzija fil-forma preskritta fl-Anness A fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-merkanzija kkonċernata b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li tkun tista’ tiġi identifikata. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodi konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti, minn hawn ’l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”. Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn titfassal id-dikjarazzjoni jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness B u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tiġi pprovduta lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna ta’ oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna tiegħu. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ttajpjata jew stampata f’waħda mil-lingwi li fihom tfassal dan il-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn titfassal, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta, fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jixhdu li l-informazzjoni mogħtija f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. Artikolu 6 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjoni tal-fornitur li tagħti prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea, fit-Tuneżija, fil-Marokk jew fl-Alġerija skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, għandha titqies bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 20 (3) u 18 (3) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 5 (6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Alġerija u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 7 Żamma tad-dikjarazzjoni tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fattura, ta’ karti tal-konsenja jew ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li miegħu tkun annessa din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 8 Kooperazzjoni amministrattiva Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti. Artikolu 9 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dan id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni u l-fattura jew fatturi tal-fornitur, il-karta jew karti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur. Għal dan il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx korretta u jippermettulhom jiddeterminaw jekk, u sa liema punt, id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx tista’ titqies sabiex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew sabiex titfassal dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 10 Sanzjonijiet Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 11 Żoni ħielsa 1. L-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti kummerċjalizzati taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini li waqt it-trasport jużaw żona libera li tinsab fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’oġġetti oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Alġerija jiġu importati f’żona libera taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 ġdid fuq talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jkunu għaddew minnu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. “ANNESS III KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU TAL-MAROKK Artikolu 1 Il-merkanzija li tkun kisbet l-oriġini tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandha tiġi eskluża mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni fl-Unjoni Ewropea Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fil-Marokk, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fl-Unjoni Ewropea. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Akkumulazzjoni fil-Marokk Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fl-Unjoni Ewropea, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li twettqu fil-Marokk meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fil-Marokk. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Marokk biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 (4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Marokk jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fil-Marokk, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 (2) u (3) tal-Appendiċi I, dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fil-Marokk, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 5 Dikjarazzjoni tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1, jew tiġi mfassla dikjarazzjoni tal-oriġini, fl-Unjoni Ewropea jew fil-Marokk, għal prodotti oriġinarji, li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw oġġetti li jkunu ġejjin mill-Alġerija, mill-Marokk, mit-Tuneżija jew mill-Unjoni Ewropea li jkunu ġew sottoposti għal ħidma jew ipproċessar f’dawn il-pajjiżi mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija fir-rigward ta’ dawn il-prodotti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala prova tal-ħidma jew l-ipproċessar li għalihom ikunu ġew sottoposti l-oġġetti kkonċernati fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw dawn l-oġġetti jkunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fil-Marokk u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ merkanzija fil-forma preskritta fl-Anness A fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-merkanzija kkonċernata b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li tkun tista’ tiġi identifikata. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodi konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti, minn hawn ’l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”. Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn titfassal id-dikjarazzjoni jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness B u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tiġi pprovduta lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna ta’ oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna tiegħu. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ttajpjata jew stampata f’waħda mil-lingwi li fihom tfassal dan il-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn titfassal, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta, fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jixhdu li l-informazzjoni mogħtija f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. Artikolu 6 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjoni tal-fornitur li tagħti prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea, fit-Tuneżija, fil-Marokk jew fl-Alġerija skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, għandha titqies bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 20 (3) u 18 (3) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 5 (6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fil-Marokk u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 7 Żamma tad-dikjarazzjoni tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fattura, ta’ karti tal-konsenja jew ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li miegħu tkun annessa din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 8 Kooperazzjoni amministrattiva Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-Unjoni Ewropea u l-Marokk għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti. Artikolu 9 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dan id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni u l-fattura jew fatturi tal-fornitur, il-karta jew karti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur. Għal dan il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx korretta u jippermettulhom jiddeterminaw jekk, u sa liema punt, id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx tista’ titqies sabiex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew sabiex titfassal dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 10 Sanzjonijiet Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 11 Żoni ħielsa 1. L-Unjoni Ewropea u l-Marokk għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti kummerċjalizzati taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini li waqt it-trasport jużaw żona libera li tinsab fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’oġġetti oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fil-Marokk jiġu importati f’żona libera taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 ġdid fuq talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jkunu għaddew minnu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. “ANNESS IV KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA Artikolu 1 Il-merkanzija li tkun kisbet l-oriġini tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandha tiġi eskluża mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni fl-Unjoni Ewropea Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fil-Marokk, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fl-Unjoni Ewropea. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Akkumulazzjoni fit-Tuneżija Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fl-Unjoni Ewropea, fil-Marokk jew fl-Alġerija għandhom jitqiesu bħala li twettqu fit-Tuneżija meta l-prodotti miksubin isirulhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti fit-Tuneżija. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fit-Tuneżija biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 (4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tat-Tuneżija jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fit-Tuneżija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 (2) u (3) tal-Appendiċi I, dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fit-Tuneżija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 5 Dikjarazzjoni tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1, jew tiġi mfassla dikjarazzjoni tal-oriġini, fl-Unjoni Ewropea jew fit-Tuneżija, għal prodotti oriġinarji, li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw oġġetti li jkunu ġejjin mill-Alġerija, mill-Marokk, mit-Tuneżija jew mill-Unjoni Ewropea li jkunu ġew sottoposti għal ħidma jew ipproċessar f’dawn il-pajjiżi mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija fir-rigward ta’ dawn il-prodotti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala prova tal-ħidma jew l-ipproċessar li għalihom ikunu ġew sottoposti l-oġġetti kkonċernati fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw dawn l-oġġetti, ikunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fit-Tuneżija u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ merkanzija fil-forma preskritta fl-Anness A fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-merkanzija kkonċernata b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li tkun tista’ tiġi identifikata. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fl-Unjoni Ewropea, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodi konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti, minn hawn ’l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”. Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn titfassal id-dikjarazzjoni jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness B u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tiġi pprovduta lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna ta’ oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna tiegħu. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ttajpjata jew stampata f’waħda mil-lingwi li fihom tfassal dan il-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn titfassal, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta, fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jixhdu li l-informazzjoni mogħtija f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. Artikolu 6 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjoni tal-fornitur li tagħti prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea, fit-Tuneżija, fil-Marokk jew fl-Alġerija skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, għandha titqies bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 20 (3) u 18 (3) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 5 (6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fit-Tuneżija u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 7 Żamma tad-dikjarazzjoni tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fattura, ta’ karti tal-konsenja jew ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li miegħu tkun annessa din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 8 Kooperazzjoni amministrattiva Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti. Artikolu 9 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dan id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni u l-fattura jew fatturi tal-fornitur, il-karta jew karti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur. Għal dan il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx korretta u jippermettulhom jiddeterminaw jekk, u sa liema punt, id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx tista’ titqies sabiex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew sabiex titfassal dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 10 Sanzjonijiet Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 11 Żoni ħielsa 1. L-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti kkummerċjalizzati taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini li waqt it-trasport jużaw żona libera li tkun tinsab fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’oġġetti oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fit-Tuneżija jiġu importati f’żona libera taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 ġdid fuq talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jkunu għaddew minnu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. “ANNESS V KUMMERĊ BEJN IR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA U L-PARTEĊIPANTI FIL-PROĊESS TA’ STABBILIZZAZZJONI U TA’ ASSOĊJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA Artikolu 1 Il-prodotti elenkati hawn taħt għandhom jiġu esklużi mill-akkumulazzjoni li jipprevedi l-Artikolu 7 tal-Appendiċi I, jekk:
“ANNESS VI KUMMERĊ BEJN IR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA U R-RENJU TAL-MAROKK Artikolu 1 Il-merkanzija li tkun kisbet l-oriġini tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandha tiġi eskluża mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni fit-Turkija Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fil-Marokk, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li jkunu twettqu fit-Turkija meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fit-Turkija. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fit-Turkija biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Akkumulazzjoni fil-Marokk Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fit-Turkija, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li twettqu fil-Marokk meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fil-Marokk. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Marokk biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 (4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali tat-Turkija jew tal-Marokk jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fil-Marokk, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 (2) u (3) tal-Appendiċi I, dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fil-Marokk, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 5 Dikjarazzjoni tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1, jew tiġi mfassla dikjarazzjoni tal-oriġini, fit-Turkija jew fil-Marokk, għal prodotti oriġinarji, li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw oġġetti li jkunu ġejjin mill-Alġerija, mill-Marokk, mit-Tuneżija jew mit-Turkija li jkunu ġew sottoposti għal ħidma jew ipproċessar f’dawn il-pajjiżi mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija fir-rigward ta’ dawn il-prodotti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala prova tal-ħidma jew l-ipproċessar li għalihom ikunu ġew sottoposti l-oġġetti kkonċernati fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fit-Turkija bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw dawn l-oġġetti jkunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fil-Marokk u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ oġġetti fil-forma preskritta fl-Anness C fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fit-Turkija, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodi konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti, minn hawn ’l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”. Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn titfassal id-dikjarazzjoni jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness D u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tiġi pprovduta lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna ta’ oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna tiegħu. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ttajpjata jew stampata f’waħda mil-lingwi li fihom tfassal dan il-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn titfassal, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta, fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jixhdu li l-informazzjoni mogħtija f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. Artikolu 6 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjoni tal-fornitur li tagħti prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fit-Turkija, fit-Tuneżija, fil-Marokk jew fl-Alġerija skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, għandha titqies bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 20 (3) u 18 (3) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 5 (6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fil-Marokk u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 7 Żamma tad-dikjarazzjoni tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fattura, ta’ karti tal-konsenja jew ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li miegħu tkun annessa din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 8 Kooperazzjoni amministrattiva Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, it-Turkija u l-Marokk għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti. Artikolu 9 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dan id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni u l-fattura jew fatturi tal-fornitur, il-karta jew karti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur. Għal dan il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx korretta u jippermettulhom jiddeterminaw jekk, u sa liema punt, id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx tista’ titqies sabiex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew sabiex titfassal dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 10 Sanzjonijiet Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 11 Żoni ħielsa 1. It-Turkija u l-Marokk għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti nnegozjati taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini li waqt it-trasport juzaw żona libera li tkun tinsab fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’oġġetti oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fil-Marokk jiġu importati f’żona libera taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 ġdid fuq talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jkunu għaddew minnu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. “ANNESS VII KUMMERĊ BEJN IR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA U R-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA Artikolu 1 Il-merkanzija li tkun kisbet l-oriġini tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandha tiġi eskluża mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni fit-Turkija Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fil-Marokk, fl-Alġerija jew fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li jkunu twettqu fit-Turkija meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fit-Turkija. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fit-Turkija biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Akkumulazzjoni fit-Tuneżija Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fit-Turkija, fil-Marokk jew fl-Alġerija għandhom jitqiesu bħala li twettqu fit-Tuneżija meta l-prodotti miksubin isirulhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti fit-Tuneżija. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu f’żewġ pajjiżi kkonċernati jew aktar, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fit-Tuneżija biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 (4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali tat-Turkija jew tat-Tuneżija jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fit-Tuneżija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 (2) u (3) tal-Appendiċi I, dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fit-Tuneżija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 5 Dikjarazzjoni tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1, jew tiġi mfassla dikjarazzjoni tal-oriġini, fit-Turkija jew fit-Tuneżija, għal prodotti oriġinarji, li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw oġġetti li jkunu ġejjin mill-Alġerija, mill-Marokk, mit-Tuneżija jew mit-Turkija li jkunu ġew sottoposti għal ħidma jew ipproċessar f’dawn il-pajjiżi mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija fir-rigward ta’ dawn il-prodotti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala prova tal-ħidma jew l-ipproċessar li għalihom ikunu ġew sottoposti l-oġġetti kkonċernati fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fit-Turkija bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw dawn l-oġġetti jkunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fit-Tuneżija u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ oġġetti fil-forma preskritta fl-Anness C fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tuneżija jew fit-Turkija, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodi konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti, minn hawn ’l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”. Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn titfassal id-dikjarazzjoni jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness D u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tiġi pprovduta lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna ta’ oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna tiegħu. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ttajpjata jew stampata f’waħda mil-lingwi li fihom tfassal dan il-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn titfassal, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta, fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jixhdu li l-informazzjoni mogħtija f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. Artikolu 6 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjoni tal-fornitur li tagħti prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fit-Turkija, fit-Tuneżija, fil-Marokk jew fl-Alġerija skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, għandha titqies bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 20 (3) u 18 (3) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 5 (6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fit-Tuneżija u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I ta’ din il-Konvenzjoni. Artikolu 7 Żamma tad-dikjarazzjoni tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fattura, ta’ karti tal-konsenja jew ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li miegħu tkun annessa din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 8 Kooperazzjoni amministrattiva Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, it-Turkija u t-Tuneżija għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti. Artikolu 9 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dan id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni u l-fattura jew fatturi tal-fornitur, il-karta jew karti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur. Għal dan il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx korretta u jippermettulhom jiddeterminaw jekk, u sa liema punt, id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx tista’ titqies sabiex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew sabiex titfassal dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 10 Sanzjonijiet Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 11 Żoni ħielsa 1. It-Turkija u t-Tuneżija għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti nnegozjati taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini li waqt it-trasport juzaw żona libera li tkun tinsab fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’oġġetti oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw fit-Turkija jew fit-Tuneżija jiġu importati f’żona libera taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 ġdid fuq talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jkunu għaddew minnu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. “ANNESS VIII KUMMERĊ BEJN L-ISTATI TAL-EFTA U R-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA Artikolu 1 Il-prodotti li jkunu kisbu l-oriġini permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandhom jiġu esklużi mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni fi Stat tal-EFTA Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fit-Tuneżija għandhom jitqiesu bħala li jkunu twettqu fi Stat tal-EFTA meta l-prodotti miksubin jgħaddu minn ħidma jew ipproċessar sussegwenti fi Stat tal-EFTA. Fil-każ fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu fi tnejn jew aktar mill-Partijiet Kontraenti ikkonċernati, għandhom jitqiesu li joriġinaw fi Stat tal-EFTA biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Akkumulazzjoni fit-Tuneżija Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fl-Istati tal-EFTA għandhom jitqiesu bħala li twettqu fit-Tuneżija meta l-prodotti miksubin isirulhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti fit-Tuneżija. F’każijiet fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu fi tnejn jew aktar mill-Partijiet Kontraenti ikkonċernati, dawn għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fit-Tuneżija biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 (4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat tal-EFTA jew tat-Tuneżija jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 (2) u (3) tal-Appendiċi I, dikjarazzjoni tal-oriġini tista’ ssir jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I. Artikolu 5 Dikjarazzjoni tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1, jew tiġi mfassla dikjarazzjoni tal-oriġini, fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija, għal prodotti oriġinarji, li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw oġġetti li jkunu ġejjin mit-Tuneżija jew mill-Istati tal-EFTA li jkunu ġew sottoposti għal ħidma jew ipproċessar f’dawn il-pajjiżi mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija fir-rigward ta’ dawn il-prodotti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi bħala prova tal-ħidma jew l-ipproċessar li għalihom ikunu ġew sottoposti l-oġġetti kkonċernati fit-Tuneżija jew fl-Istati tal-EFTA bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li fil-manifattura tagħhom ikunu ntużaw dawn l-oġġetti, ikunux jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-EFTA jew fit-Tuneżija u jekk ikunux jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ oġġetti fil-forma preskritta fl-Anness E fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fit-Tuneżija jew fl-Istati tal-EFTA, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodi konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti, minn hawn ’l quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”. Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn titfassal id-dikjarazzjoni jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness D u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tiġi pprovduta lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna ta’ oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna tiegħu. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ttajpjata jew stampata f’waħda mil-lingwi li fihom tfassal dan il-Ftehim, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-pajjiż fejn titfassal, u għandu jkollha fuqha l-firma oriġinali magħmula bil-miktub mill-fornitur. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta, fi kwalunkwe waqt u fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni, id-dokumenti xierqa kollha li jixhdu li l-informazzjoni mogħtija f’din id-dikjarazzjoni hija korretta. Artikolu 6 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjoni tal-fornitur li tagħti prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fl-Istati tal-EFTA jew fit-Tuneżija skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawn il-pajjiżi, għandha titqies bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 20 (3) u 18 (3) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 5 (6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I. Artikolu 7 Żamma tad-dikjarazzjoni tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u tal-fattura, ta’ karti tal-konsenja jew ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li miegħu tkun annessa din id-dikjarazzjoni kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan l-Anness. Il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 8 Kooperazzjoni amministrattiva Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-Istati tal-EFTA u t-Tuneżija għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawn id-dokumenti. Artikolu 9 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu fit-tul jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn ikunu tqiesu dawn id-dikjarazzjonijiet biex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollhom dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dan id-dokument. 2. Għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirritornaw id-dikjarazzjoni u l-fattura jew fatturi tal-fornitur, il-karta jew karti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħra li jikkonċernaw oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, filwaqt li meta xieraq jagħtu r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur. Għal dan il-għan, dawn għandu jkollhom id-dritt li jsejħu għal kwalunkwe evidenza u jagħmlu kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe kontroll ieħor meqjus xieraq. 4. L-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika għandhom jiġu informati bir-riżultati ta’ din il-verifika minnufih. Dawn ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx korretta u jippermettulhom jiddeterminaw jekk, u sa liema punt, id-dikjarazzjoni tal-fornitur tkunx tista’ titqies sabiex jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew sabiex titfassal dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 10 Sanzjonijiet Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 11 Żoni ħielsa 1. L-Istati tal-EFTA u t-Tuneżija għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti kummerċjalizzati taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini li waqt it-trasport jużaw żona libera li tkun tinsab fit-territorju tagħhom ma jinbidlux b’oġġetti oħra u ma jgħaddu minn l-ebda tip ta’ trattament għajr minn operazzjonijiet normali maħsubin sabiex jiġi evitat li jiddeterjoraw. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta prodotti li joriġinaw fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija jiġu importati f’żona libera taħt il-kopertura ta’ prova tal-oriġini u jsirulhom trattament jew ipproċessar, l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom joħorġu ċertifikat tal-moviment EUR.1 ġdid fuq talba tal-esportatur, jekk it-trattament jew l-ipproċessar li jkunu għaddew minnu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni. “ANNESS IX KUMMERĊ FIL-QAFAS TAL-FTEHIM LI JISTABBILIXXI ŻONA TA’ KUMMERĊ ĦIELES BEJN IL-PAJJIŻI GĦARAB TAL-MEDITERRAN (IL-FTEHIM TA’ AGADIR) Prodotti miksubin fil-Pajjiżi Membri tal-Ftehim li jistabbilixxi żona ta’ kummerċ ħieles bejn il-pajjiżi Għarab tal-Mediterran (il-Ftehim ta’ Agadir) minn materjali mill-kapitoli minn 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata huma esklużi mill-akkumulazzjoni dijagonali mal-partijiet kontraenti l-oħrajn, meta l-kummerċ ta’ dawn il-materjali ma jkunx liberalizzat fil-qafas tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles konklużi bejn il-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija u l-pajjiż tal-oriġini tal-materjali użati għall-manifattura ta’ dan il-prodott. “ANNESS X IL-KUMMERĊ KOPERT MILL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ ĦIELES TAL-EWROPA ĊENTRALI (CEFTA) LI JINVOLVI R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA U L-PARTEĊIPANTI FIL-PROĊESS TA’ STABBILIZZAZZJONI U TA’ ASSOĊJAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA Artikolu 1 Esklużjonijiet minn akkumulazzjoni tal-oriġini Il-prodotti li jkunu kisbu l-oriġini tagħhom permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness għandhom jiġu esklużi mill-akkumulazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Appendiċi I. Artikolu 2 Akkumulazzjoni tal-oriġini Bl-għan li jiġi implimentat il-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tal-Appendiċi I, ħidma jew ipproċessar imwettqa fir-Repubblika tal-Moldova jew mill-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Istati Partijiet tas-CEFTA”), għandhom jitqiesu li twettqu fi kwalunkwe Stat Parti tas-CEFTA meta l-prodotti miksubin tkun saritilhom ħidma jew ipproċessar sussegwenti fl-Istat Parti tas-CEFTA kkonċernat. Fil-każ fejn, skont din id-dispożizzjoni, il-prodotti oriġinarji jinkisbu fi tnejn jew aktar mill-Partijiet ikkonċernati, għandhom jitqiesu li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA kkonċernat biss jekk il-ħidma jew l-ipproċessar ikunu jmorru lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Appendiċi I. Artikolu 3 Provi tal-oriġini 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(4) u (5) tal-Appendiċi I, ċertifikat tal-moviment EUR.1 għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Parti tas-CEFTA jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA, bl-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikoli 2 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(2) u (3) tal-Appendiċi I, tista’ ssir dikjarazzjoni tal-oriġini jekk il-prodotti kkonċernati jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA, b’applikazzjoni tal-akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan l-Anness, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħrajn tal-Appendiċi I. Artikolu 4 Dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Meta jinħareġ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew issir dikjarazzjoni tal-oriġini fi Stat Parti tas-CEFTA għall-prodotti oriġinarji li waqt il-manifattura tagħhom ikunu intużaw oġġetti ġejjin minn Stati Partijiet oħrajn tas-CEFTA li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar f’dawn l-Istati Partijiet mingħajr ma jkunu kisbu status oriġinarju preferenzjali, għandha titqies id-dikjarazzjoni tal-fornitur mogħtija għal dawk l-oġġetti skont dan l-Artikolu. 2. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha sservi ta’ evidenza għall-ħidma jew l-ipproċessar imwettqa fl-Istati Partjiet tas-CEFTA mill-oġġetti kkonċernati, bl-għan li jiġi ddeterminat jekk il-prodotti li waqt il-manifattura tagħhom jintużaw dawk l-oġġetti jistgħux jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fl-Istati Partijiet tal-CEFTA u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra tal-Appendiċi I. 3. Dikjarazzjoni separata tal-fornitur għandha, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, issir mill-fornitur għal kull kunsinna ta’ oġġetti fil-forma preskritta fl-Anness G ta’ din l-Appendiċi fuq folja tal-karta annessa mal-fattura, man-nota ta’ kunsinna jew ma’ kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. 4. Meta fornitur li jipprovdi, fuq bażi regolari, lil klijent partikolari b’oġġetti li jkunu sarulhom ħidma jew ipproċessar fl-Istati Partijiet tas-CEFTA, ikun mistenni jibqa’ kostanti għal perjodu konsiderevoli ta’ żmien, jista’ jipprovdi dikjarazzjoni tal-fornitur waħda sabiex tkopri kunsinni sussegwenti ta’ dawk l-oġġetti (“dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul”). Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul normalment tista’ tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena mid-data tat-tfassil tad-dikjarazzjoni. L-awtorità doganali ta’ Stat Parti tas-CEFTA fejn issir id-dikjarazzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw perjodi itwal. Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandha titfassal fil-forma preskritta fl-Anness H ta’ din l-Appendiċi u għandha tiddeskrivi l-oġġetti kkonċernati b’mod li jkun dettaljat biżżejjed li jippermetti li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tingħata lill-klijent ikkonċernat qabel ma jiġi fornut bl-ewwel kunsinna tal-merkanzija koperta minn dik id-dikjarazzjoni jew flimkien mal-ewwel kunsinna. Il-fornitur għandu jinforma lill-klijent tiegħu minnufih jekk id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma tkunx għadha applikabbli għall-merkanzija fornuta. 5. Id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ttajpjati jew stampati bl-Ingliż, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, u għandu jkollhom il-firma oriġinali tal-fornitur fil-manuskritt. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir ukoll bil-miktub; f’dan il-każ, għandha tinkiteb bil-linka u b’karattri stampati. 6. Il-fornitur li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jkun lest li jippreżenta fi kwalunkwe mument, meta jintalab mill-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, id-dokumenti kollha xierqa li jagħtu prova li l-informazzjoni mogħtija f’dik id-dikjarazzjoni hi korretta. Artikolu 5 Dokumenti ta’ prova Dikjarazzjonijiet tal-fornitur li jagħtu prova li l-ħidma jew l-ipproċessar li jkunu twettqu fl-Istati Partijiet tal-CEFTA skont il-materjali użati, imfassla f’wieħed minn dawk il-partijiet, għandhom jitqiesu bħala dokument imsemmi fl-Artikoli 16(3) u 21(5) tal-Appendiċi I u fl-Artikolu 4(6) ta’ dan l-Anness użat bħala prova li l-prodotti koperti minn ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew minn dikjarazzjoni tal-oriġini jkunu jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fi Stat Parti tas-CEFTA u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra tal-Appendiċi I. Artikolu 6 Żamma tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur Il-fornitur li jfassal dikjarazzjoni tal-fornitur għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni, u tal-fatturi u tal-karti tal-konsenja kollha, jew ta’ kwalunkwe dokumenti kummerċjali oħrajn li magħhom tkun annessa dik id-dikjarazzjoni, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(6) ta’ dan l-Anness. Il-fornitur li jagħmel dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul għandu jżomm, għal mill-anqas tliet snin, kopji tad-dikjarazzjoni u ta’ kull fattura, karta tal-konsenja jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li jkollu x’jaqsam mal-oġġetti koperti b’dik id-dikjarazzjoni mibgħuta lill-klijent ikkonċernat, kif ukoll id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(6) ta’ dan l-Anness. Dak il-perjodu għandu jibda mid-data tal-iskadenza tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Artikolu 7 Kooperazzjoni amministrattiva Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31 u 32 tal-Appendiċi I, sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-Istati Partijiet tal-CEFTA għandhom jgħinu lil xulxin, permezz tal-awtoritajiet doganali kompetenti, fil-verifikazzjoni tal-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1, tad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur u tal-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija f’dawk id-dokumenti. Artikolu 8 Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur 1. Il-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur jew tad-dikjarazzjonijiet tal-fornitur għal perjodu twil jistgħu jsiru b’mod każwali jew kull meta l-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn ikunu tqiesu dawk id-dikjarazzjonijiet biex jintuża ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini, ikollha dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokument jew dwar il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija fih. 2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tirritorna d-dikjarazzjoni tal-fornitur jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal terminu twil u l-fatturi, in-noti tal-konsenja jew dokumenti kummerċjali oħrajn li jikkonċernaw l-oġġetti koperti b’din id-dikjarazzjoni, lill-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni, u fejn xieraq, tagħti r-raġunijiet tas-sustanza jew tal-forma tat-talba għall-verifika. B’appoġġ għat-talba għall-verifika sussegwenti, dawn għandhom jibagħtu kwalunkwe dokument u informazzjoni li jkunu nkisbu u li jkunu jissuġġerixxu li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul mhix korretta. 3. Il-verifika għandha ssir mill-awtorità doganali tal-Istat Parti tas-CEFTA fejn tkun saret id-dikjarazzjoni tal-fornitur jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul. Għal dak l-għan, għandu jkollha d-dritt li titlob kwalunkwe evidenza u li twettaq kwalunkwe spezzjoni tal-kontijiet tal-fornitur jew kwalunkwe verifika oħra li tqis xierqa. 4. L-awtorità doganali li titlob il-verifika għandha tkun informata bir-riżultati ta’ din il-verifika malajr kemm jista’ jkun. Dawk ir-riżultati għandhom jindikaw b’mod ċar jekk l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-fornitur jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu twil hix korretta u jagħmluha possibbli biex dawn ikunu jistgħu jiddeterminaw jekk u kemm din id-dikjarazzjoni tista’ titqies għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew biex issir dikjarazzjoni tal-oriġini. Artikolu 9 Penali Għandhom jiġu imposti penali fuq kwalunkwe persuna li tfassal, jew li tikkawża t-tfassil ta’, dokument li jkun fih informazzjoni skorretta għall-fini li jinkiseb trattament preferenzjali għall-prodotti. Artikolu 10 Projbizzjoni tar-rifużjoni ta’ dazji doganali jew tal-eżenzjoni minnhom Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tal-Appendiċi I ma għandhiex tapplika fil-kummerċ bilaterali bejn l-Istati Partijiet tas-CEFTA. “ANNESS A DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FL-UNJONI EWROPEA, FL-ALĠERIJA, FIL-MAROKK JEW FIT-TUNEŻIJA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fl-Unjoni Ewropea, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, hawn taħt iffirmat, fornitur tal-merkanzija koperta bid-dokument mehmuż, niddikjara li:
“ANNESS B DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU FIT-TUL GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FL-UNJONI EWROPEA, FL-ALĠERIJA, FIL-MAROKK JEW FIT-TUNEŻIJA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU TWIL għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fl-Unjoni Ewropea, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, is-sottoskritt, fornitur tal-oġġetti koperti b’dan id-dokument, li jiġu fornuti b’mod regolari lil … (25), niddikjara li:
Din id-dikjarazzjoni hija valida għall-kunsinni kollha sussegwenti ta’ dawn l-oġġetti mibgħutin minn … lejn … (30) Jiena nintrabat li ninforma lil … (25) immedjatament jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx aktar valida.
“ANNESS C DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FIT-TURKIJA, FL-ALĠERIJA, FIL-MAROKK JEW FIT-TUNEŻIJA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fit-Turkija, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, hawn taħt iffirmat, fornitur tal-merkanzija koperta bid-dokument mehmuż, niddikjara li:
“ANNESS D DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU FIT-TUL GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FIT-TURKIJA, FL-ALĠERIJA, FIL-MAROKK JEW FIT-TUNEŻIJA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU TWIL għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fit-Turkija, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, is-sottoskritt, fornitur tal-oġġetti koperti b’dan id-dokument, li jiġu fornuti b’mod regolari lil … (35), niddikjara li:
Din id-dikjarazzjoni hija valida għall-kunsinni kollha sussegwenti ta’ dawn l-oġġetti mibgħutin minn … lejn … (40) Jiena nintrabat li ninforma lil … (35) immedjatament jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx aktar valida.
“ANNESS E DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FI STAT TAL-EFTA JEW FIT-TUNEŻIJA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, hawn taħt iffirmat, fornitur tal-merkanzija koperta bid-dokument mehmuż, niddikjara li:
“ANNESS F DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU FIT-TUL GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FI STAT TAL-EFTA JEW FIT-TUNEŻIJA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU TWIL għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, is-sottoskritt, fornitur tal-oġġetti koperti b’dan id-dokument, li jiġu fornuti b’mod regolari lil … (45) niddikjara li:
Din id-dikjarazzjoni hija valida għall-kunsinni kollha sussegwenti ta’ dawn l-oġġetti mibgħutin minn … lejn … (50) Jiena nintrabat li ninforma lil … (45) immedjatament jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx aktar valida.
“ANNESS G DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FL-ISTATI PARTIJIET TAS-CEFTA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fl-Istati Partijiet tas-CEFTA mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, hawn taħt iffirmat, fornitur tal-merkanzija koperta bid-dokument mehmuż, niddikjara li:
“ANNESS H DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU FIT-TUL GĦAL MERKANZIJA LI JKUNU SARULHA ĦIDMA JEW IPPROĊESSAR FL-ISTATI PARTIJIET TAS-CEFTA MINGĦAJR MA JKUN INKISEB STATUS ORIĠINARJU PREFERENZJALI Id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu twil, li t-test tagħha qed jingħata hawn taħt, trid issir skont in-noti ta’ qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta’ qiegħ il-paġna ma jridux jiġu riprodotti. DIKJARAZZJONI TAL-FORNITUR GĦAL PERJODU TWIL għal merkanzija li jkunu sarulha ħidma jew ipproċessar fl-Istati Partijiet tas-CEFTA mingħajr ma jkun inkiseb status oriġinarju preferenzjali Jiena, is-sottoskritt, fornitur tal-oġġetti koperti b’dan id-dokument, li huma fornuti b’mod regolari lil … (55) niddikjara li:
Din id-dikjarazzjoni hija valida għall-kunsinni kollha sussegwenti ta’ dawn l-oġġetti mibgħutin minn … lejn … (60) Jien nintrabat li ninforma lil … (55) minnufih jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx aktar valida.
|
(1) Noti ta’ spjegazzjoni li jinkludu definizzjoni ta’ “assemblaġġ sempliċi” se jiġu stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti.
(2) ĠU KE L 302, 15.11.1985, p. 23.
(3) Għall-kundizzjonijiet speċjali relatati ma’ “proċess jew proċessi speċifiċi”, ara n-Noti Introduttorji 8.1 sa 8.3.
(4) Għall-kundizzjonijiet speċjali relatati ma’ prodotti magħmula minn taħlita ta’ materjali tessili, ara n-Nota Introduttorja 6.
(5) Ara n-Nota Introduttorja 7.
(6) Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ssir minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew jitħalla spazju vojt.
(7) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini tirreferi parzjalment jew kompletament għal prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla, l-esportatur irid jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.
(8) Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun inkluża fid-dokument innifsu.
(9) Meta l-esportatur ma jkollux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.
(10) Pereżempju: dokumenti tal-importazzjoni, ċertifikati tal-moviment, fatturi, dikjarazzjonijiet tal-manifattur, eċċ., li jirreferu għall-prodotti użati fil-manifattura jew għall-merkanzija esportata mill-ġdid fl-istess stat.
(11) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(12) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawk il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ dan l-ilbies fl-Alġerija juża drapp importat mill-Unjoni Ewropea li hemmhekk ikun inkiseb minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Unjoni Ewropea li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ dan ir-raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(13) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji użati jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, l-ewwel prezz li jista’ jiġi aċċertat li jkun tħallas għall-materjali fi [indika isem il-Parti jew Partijiet Kontraenti rilevanti].
Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat irid jingħata għal kull unità tal-merkanzija speċifikata fl-ewwel kolonna.
(14) “Valur miżjud totali” tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra minn [indika l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti rilevanti], inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjuda hemmhekk. Il-valur miżjud totali eżatt miksub barra [indika l-isem tal-Parti jew Partijiet Kontraenti rilevanti] jrid jingħata għal kull unità tal-merkanzija speċifikata fl-ewwel kolonna.
(15) L-isem u l-indirizz tal-klijent.
(16) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(17) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ dan l-ilbies fl-Alġerija juża drapp importat mill-Unjoni Ewropea li hemmhekk ikun inkiseb minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Unjoni Ewropea li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ dan ir-raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(18) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji użati jew, jekk dan ma jkunx magħruf u ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, l-ewwel prezz li jista’ jiġi aċċertat li jkun tħallas għall-materjali fi [indika isem il-Parti jew Partijiet Kontraenti rilevanti].
Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat irid jingħata għal kull unità tal-merkanzija speċifikata fl-ewwel kolonna.
(19) “Valur miżjud totali” tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra minn [indika l-isem tal-Parti Kontraenti rilevanti], inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjuda hemmhekk. Il-valur miżjud totali eżatt miksub barra [indika l-isem tal-Parti Kontraenti rilevanti] jrid jingħata għal kull unità tal-merkanzija speċifikata fl-ewwel kolonna.
(20) Daħħal id-dati. Normalment il-perjodu tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma jkunx jaqbeż it-12-il xahar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul.
(21) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(22) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fl-Alġerija juża drapp importat mill-Unjoni Ewropea li hemmhekk kien miksub minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Unjoni Ewropea li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(23) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali fl-Unjoni Ewropea, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(24) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mill-Unjoni Ewropea, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjudin hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra mill-Unjoni Ewropea, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(25) L-isem u l-indirizz tal-klijent.
(26) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(27) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fl-Alġerija juża drapp importat mill-Unjoni Ewropea li hemmhekk kien miksub minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Unjoni Ewropea li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(28) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali fl-Unjoni Ewropea, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(29) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mill-Unjoni Ewropea, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjudin hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra mill-Unjoni Ewropea, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(30) Daħħal id-dati. Normalment il-perjodu tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma jkunx jaqbeż it-12-il xahar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul.
(31) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(32) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fit-Tuneżija juża drapp importat mit-Turkija li hemmhekk kien miksub minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tat-Turkija li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(33) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali fit-Turkija, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(34) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mit-Turkija, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjudin hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra mit-Turkija, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(35) L-isem u l-indirizz tal-klijent.
(36) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(37) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fit-Tuneżija juża drapp importat mit-Turkija li hemmhekk kien miksub minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tat-Turkija li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(38) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali fit-Turkija, fl-Alġerija, fil-Marokk jew fit-Tuneżija. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(39) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mit-Turkija, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjudin hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra mit-Turkija, l-Alġerija, il-Marokk jew it-Tuneżija għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(40) Daħħal id-dati. Normalment il-perjodu tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma jkunx jaqbeż it-12-il xahar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul.
(41) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(42) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fit-Tuneżija juża drapp importat minn Stat tal-EFTA li hemmhekk kien miksub minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Istat tal-EFTA li jiddeskrivi fid-dikjarazzjoni tiegħu l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(43) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(44) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra minn Stat tal-EFTA jew mit-Tuneżija, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjudin hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra minn Stat tal-EFTA jew mit-Tuneżija għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(45) L-isem u l-indirizz tal-klijent.
(46) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawk il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(47) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fit-Tuneżija juża drapp importat minn Stat tal-EFTA li hemmhekk kien miksub minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Istat tal-EFTA li jiddeskrivi fid-dikjarazzjoni tiegħu l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(48) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali fi Stat tal-EFTA jew fit-Tuneżija. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(49) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra minn Stat tal-EFTA jew mit-Tuneżija, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjudin hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra minn Stat tal-EFTA jew mit-Tuneżija għandu jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(50) Daħħal id-dati. Normalment il-perjodu tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma jkunx jaqbeż it-12-il xahar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul.
(51) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawn il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(52) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fis-Serbja juża drapp li huwa importat mill-Montenegro li jkun inkiseb hemm minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Montenegro li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden.
Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(53) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali f’wieħed mill-Istati Partijiet tas-CEFTA. Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat irid jingħata għal kull unità tal-merkanzija speċifikata fl-ewwel kolonna.
(54) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mill-Istati Partijiet tas-CEFTA, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjuda hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra l-Istati Partijiet tas-CEFTA jrid jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(55) Isem u indirizz tal-klijent.
(56) Meta l-fattura, in-nota tal-konsenja jew xi dokument kummerċjali ieħor li magħhom tinhemeż id-dikjarazzjoni jkunu jirreferu għal tipi differenti ta’ merkanzija, jew għal merkanzija li ma tinkorporax daqstant materjali mhux oriġinarji, il-fornitur irid jagħmel distinzjoni ċara bejniethom.
Eżempju:
Id-dokument hu relatat ma’ mudelli differenti ta’ mutur elettriku bl-intestatura 8501 li jrid jintuża fil-manifattura tal-magni tal-ħasil bl-intestatura 8450. In-natura u l-valur tal-materjali mhux oriġinarji użati fil-manifattura ta’ dawn il-muturi huma differenti minn mudell għal ieħor. Għalhekk, il-mudelli jridu jiġu differenzjati fl-ewwel kolonna u l-indikazzjonijiet fil-kolonni l-oħra jridu jingħataw b’mod separat għal kull wieħed mill-mudelli biex il-manifattur tal-magni tal-ħasil ikun jista’ jagħmel valutazzjoni korretta tal-istatus oriġinarju tal-prodotti tiegħu skont liema mudell ta’ mutur elettriku juża.
(57) L-indikazzjonijiet mitluba f’dawn il-kolonni jenħtieġ jingħataw biss jekk ikun meħtieġ.
Eżempji:
Ir-regola għall-ilbies tal-ex Kapitolu 62 tgħid li jista’ jintuża raden mhux oriġinarju. Jekk manifattur ta’ tali lbies fis-Serbja juża drapp li huwa importat mill-Montenegro li jkun inkiseb hemm minn insiġ ta’ raden mhux oriġinarju, ikun biżżejjed għall-fornitur tal-Montenegro li fid-dikjarazzjoni tiegħu jiddeskrivi l-materjal mhux oriġinarju użat bħala raden, mingħajr il-ħtieġa li jindika l-intestatura u l-valur ta’ tali raden. Jenħtieġ li produttur tal-ħadid bl-intestatura 7217 li jkun ipproduċieh minn vireg tal-ħadid mhux oriġinarji jindika “vireg tal-ħadid” fit-tieni kolonna. Jekk dan il-wajer jintuża fil-produzzjoni ta’ magna, li għalih ir-regola tistabbilixxi limitu sa ċertu valur perċentwali għall-materjali mhux oriġinarji kollha użati, il-valur tal-vireg mhux oriġinarji jenħtieġ jiġi indikat fit-tielet kolonna.
(58) “Valur tal-materjali” tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarji li jintużaw, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista’ jiġi aċċertat għall-materjali f’wieħed mill-Istati Partijiet tas-CEFTA.
Il-valur eżatt għal kull materjal mhux oriġinarju użat irid jingħata għal kull unità tal-merkanzija speċifikata fl-ewwel kolonna.
(59) “Valur miżjud totali” għandha tfisser il-kostijiet kollha akkumulati barra mill-Istati Partijiet tas-CEFTA, inkluż il-valur tal-materjali kollha miżjuda hemmhekk. Il-valur miżjud totali preċiż miksub barra l-Istati Partijiet tas-CEFTA jrid jingħata għal kull unità tal-oġġetti speċifikati fl-ewwel kolonna.
(60) Daħħal id-dati. Normalment il-perjodu tal-validità tad-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul ma jkunx jaqbeż it-12-il xahar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż fejn issir id-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul.