|
20.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/72 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2193
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data u l-istabbiliment tal-formati tad-data għall-finijiet tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)
(notifikata bid-dokument C(2019) 8995)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 16(9) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/19/UE jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolu tal-kisba tal-miri minimi tal-irkupru tal-WEEE stabbiliti fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Biex ikun żgurat li jsiru kalkolu, verifika u rappurtar armonizzati, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli addizzjonali fir-rigward ta’ għadd ta’ parametri relatati mal-kalkolu. Dawk il-parametri jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kalkolu tal-piż tal-WEEE li jitħejja għall-użu mill-ġdid, li jidħol f’faċilità tar-riċiklaġġ, li jiġi rkuprat u li jiġi trattat fl-Istat Membru fejn ikun inġabar il-WEEE, fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. |
|
(3) |
B’mod partikolari, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid jenħtieġ tingħadd, flimkien mar-riċiklaġġ, għall-kisba ta’ mira minima kkombinata tal-irkupru. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha japplikaw ir-regoli dwar il-metodi tal-kalkolu b’mod uniformi, jeħtieġ ukoll jiġu stabbiliti, għall-aktar materjali komuni tal-komponenti tal-WEEE u għal ċerti operazzjonijiet tar-riċiklaġġ, liema materjali tal-iskart jenħtieġ jiġu inklużi fil-kalkolu u l-punt meta dawn il-materjali jitqiesu li jidħlu f’operazzjoni tar-riċiklaġġ. |
|
(5) |
Biex ikun żgurat li d-data li trid tiġi rrapportata dwar ir-riċiklaġġ tal-WEEE hi komparabbli, jenħtieġ li l-punt meta l-materjali jitqiesu li jidħlu f’operazzjoni tar-riċiklaġġ ikun japplika wkoll għall-iskart ta’ materjali li ma baqax skart minħabba xi trattament preliminari. |
|
(6) |
Hu meħtieġ ukoll li jiġi ċċarat il-metodu tal-kalkolu għall-kwantità tal-WEEE rrappurtat bħala riċiklat jew irkuprat fir-rigward tal-materjali mneħħija waqt it-trattament preliminari. |
|
(7) |
It-trattament tal-WEEE jista’ jinvolvi stadji differenti li għalihom il-WEEE jista’ jintbagħat fi Stat Membru ieħor jew jiġi esportat barra mill-Unjoni għat-trattament, bħala tagħmir sħiħ jew bħala partijiet, għaldaqstant jeħtieġ jiġi ċċarat x’jista’ jiġi inkluż fil-piż tal-WEEE trattat fl-Istati Membri involuti f’din l-operazzjoni. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, it-trattament tal-WEEE jista’, f’ċerti kundizzjonijiet, isir barra mill-Istat Membru li jkun ġabru, jew barra mill-Unjoni. F’dawn il-każijiet, l-Istat Membru biss li jkun ġabar dak il-WEEE jenħtieġ ikun jista’ jgħoddu għall-kisba tal-mira/i minima/i tal-irkupru rispettivi. |
|
(9) |
L-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2012/19/UE jeżiġi li l-Istati Membri jiġbru ċerti tipi ta’ informazzjoni dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku (l-EEE) u l-WEEE. |
|
(10) |
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2012/19/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżiġi li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data miġbura fl-implimentazzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, skont format li trid tistabbilixxi l-Kummissjoni. Jenħtieġ li dak il-format ikun tali li jiżgura li d-data rrappurtata tipprovdi bażi soda għall-verifika u l-monitoraġġ tal-kisba tal-miri minimi għall-ġbir u l-irkupru tal-WEEE stabbiliti fid-Direttiva 2012/19/UE. |
|
(11) |
L-Artikolu 16(7) tad-Direttiva jeżiġi li l-Istati Membri jippreżentaw rapport ta’ verifika tal-kwalità lill-Kummissjoni biex jakkumpanja d-data rrappurtata skont l-Artikolu 16(6). Hu importanti li dawk ir-rapporti ta’ verifika tal-kwalità jkunu komparabbli biex fost l-oħrajn, il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel rieżami tad-data rrappurtata, inkluż l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data, il-metodoloġija użata għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE, id-deskrizzjoni ta’ kull stima sostanzjata, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, it-tempestività u l-konsistenza. Għal dan il-għan, jeħtieġ jiġi stabbilit format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, mill-2019 ’il quddiem, ir-rata minima tal-ġbir li trid tinkiseb kull sena minn kull Stat Membru hi stabbilita għal 65 % tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, jew inkella 85 % tal-WEEE iġġenerat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 (3) jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-EEE imqiegħed fis-suq ta’ kull Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ skart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) iġġenerat skont il-piż f’kull Stat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ jindikaw il-metodoloġija li jagħżlu biex japplikaw għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE fil-format għar-rappurtar u fir-rapport ta’ verifika tal-kwalità. |
|
(13) |
F’konformità mal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2012/19/UE, b’effett mill-15 ta’ Awwissu 2018, kull EEE għandu jiġi kklassifikat fis-sitt kategoriji stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva, għall-kuntrarju tal-għaxar kategoriji li kienu applikabbli tul perjodu tranżitorju qabel dik id-data. Jenħtieġ li l-format għar-rappurtar ikun jirrifletti din it-tranżizzjoni u b’hekk ikun żgurat li l-informazzjoni rrappurtata tippermetti l-verifika u l-monitoraġġ tal-kisba tal-miri relatati mal-irkupru tal-WEEE għal kull kategorija stabbilita fl-Artikolu 11(1) u l-Anness V (il-Parti 3) tad-Direttiva 2012/19/UE. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Regoli għall-kalkolu tal-miri minimi tal-irkupru msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/19/UE
1. Il-piż tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (il-WEEE) irrappurtat bħala mħejji għall-użu mill-ġdid għandu jkun il-piż tat-tagħmir sħiħ, li sar skart, u tal-komponenti tal-WEEE li, wara operazzjonijiet ta’ verifika, tindif jew tiswija, jistgħu jintużaw mill-ġdid mingħajr aktar separazzjoni jew ipproċessar preliminari.
Meta l-komponenti jitħejjew għall-użu mill-ġdid, il-piż tal-komponent innifsu biss għandu jiġi rrappurtat bħala mħejji għall-użu mill-ġdid.
Meta t-tagħmir sħiħ ikun imħejji għall-użu mill-ġdid, u l-komponenti kollha biss li b’kollox jirrappreżentaw inqas minn 15 % tal-piż kollu tat-tagħmir jiġu sostitwiti b’komponenti ġodda waqt il-proċess ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, il-piż kollu tat-tagħmir għandu jiġi rrappurtat meta jitħejja għall-użu mill-ġdid.
It-tagħmir u l-komponenti li huma separati fil-faċilitajiet tat-trattament tal-WEEE u li jridu jerġgħu jintużaw mingħajr aktar separazzjoni jew ipproċessar preliminari għandhom jiġu rrappurtati bħala mħejjija għall-użu mill-ġdid.
2. Il-piż tal-WEEE li jidħol f’faċilità tar-riċiklaġġ għandu jkun il-piż tal-materjali li joriġinaw minn WEEE li, wara trattament xieraq skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/19/UE, jidħlu fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li mhumiex skart.
L-attivitajiet preliminari inkluż is-separazzjoni, iż-żarmar, it-tqattigħ jew trattament preliminari ieħor biex jitneħħew il-materjali ta’ skart li ma jkunux maħsuba għall-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti m’għandhomx jitqiesu bħala riċiklaġġ.
Il-punti meta ċerti materjali ta’ skart li joriġinaw minn WEEE huma kkunsidrati li jidħlu fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ huma speċifikati fl-Anness I. Meta l-materjali ta’ skart ma jibqgħux skart minħabba trattament preliminari fil-punti speċifikati fl-Anness I, l-ammont ta’ dawk il-materjali għandu jiġi inkluż fl-ammont tal-WEEE irrappurtat bħala riċiklat.
Meta faċilità tar-riċiklaġġ twettaq trattament preliminari, il-piż tal-materjali mneħħija waqt it-trattament preliminari li mhumiex riċiklati ma għandux jiġi inkluż fil-kwantità tal-WEEE irrappurtat bħala riċiklat jew irkuprat minn dik il-faċilità u m’għandux jgħodd għall-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ u tal-irkupru.
3. Il-piż tal-WEEE irrappurtat bħala rkuprat għandu jinkludi t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor, inkluż l-irkupru tal-enerġija.
4. Il-piż tal-WEEE irrappurtat li hu trattat fi Stat Membru partikolari m’għandux jinkludi l-piż tal-WEEE isseparat u maħżun f’dak l-Istat Membru qabel ma jiġi esportat lejn Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni għat-trattament.
5. Il-piż tal-WEEE irrappurtat minn Stat Membru kif trattat fi Stat Membru ieħor jew kif trattat barra mill-Unjoni għandu jinkludi rispettivament il-kwantitajiet tal-WEEE li huma tagħmir sħiħ, li saru skart, u li jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni biex jiġu dekontaminati, żarmati, imqattgħa, riċiklati jew irkuprati. Dan il-piż ma għandux jinkludi l-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ materjali derivati mit-trattament tal-WEEE li jseħħ fl-Istat Membru relatur.
6. Meta l-WEEE jintbagħat għat-trattament fi Stat Membru ieħor jew jiġi esportat għat-trattament f’pajjiż terz skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2012/19/UE, l-Istat Membru biss li ġabar u bagħat jew esporta dak il-WEEE għat-trattament jista’ jgħodd għall-miri minimi tal-irkupru msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.
7. L-Istati Membri jistgħu jużaw stimi sostanzjati kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2012/19/UE biex jikkalkulaw il-persentaġġi medja tal-materjali riċiklati u rkuprati li joriġinaw mill-WEEE u ta’ komponenti tal-WEEE.
Artikolu 2
Format għar-rappurtar tad-data msemmija fl-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2012/19/UE u dwar ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità
1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-kwantitajiet tat-tagħmir elettriku u elettroniku (l-EEE) imqiegħed fis-swieq tagħhom, tal-WEEE miġbur bil-mezzi kollha, ir-rata tal-ġbir miksuba u, meta applikabbli, il-kwantità ta’ WEEE iġġenerat, permezz tal-format stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness II.
Dik id-data għandha tiġi rrappurtata għal kull kategorija tal-EEE stabbilita fl-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE. Għall-kategorija 4 “tagħmir kbir”, id-data għandha tiġi rrappurtata f’żewġ sottokategoriji, jiġifieri “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u “4b: Pannelli fotovoltajċi”.
2. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-kwantitajiet tal-WEEE imħejjija għall-użu mill-ġdid, riċiklati u rkuprati, ir-rata kkombinata miksuba għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, ir-rata tal-irkupru miksuba u l-kwantitajiet tal-WEEE ittrattat fl-Istat Membru u, meta rilevanti, ittrattat fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni permezz tal-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness II.
Dik id-data għandha tiġi rrappurtata għal kull kategorija tal-EEE stabbilita fl-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE. Għall-kategorija 4 “tagħmir kbir”, id-data għandha tiġi rrappurtata f’żewġ sottokategoriji, jiġifieri “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u “4b: Pannelli fotovoltajċi”.
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b’format elettroniku, permezz ta’ standard tal-iskambjar stabbilit mill-Kummissjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar il-piż tal-EEE imqiegħed fis-suq kif ikkalkulat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/699.
5. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat kif ikkalkulat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/699.
6. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-rata tal-ġbir miksuba f’sena tar-rappurtar ikkalkulata abbażi tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-swieq tagħhom fit-tliet snin preċedenti.
Meta Stat Membru jikkalkula r-rata tal-ġbir abbażi tal-kwantità tal-WEEE iġġenerat fit-territorju tiegħu, dan għandu jirrapporta data dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat u data dwar ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ibbażata fuq il-WEEE iġġenerat.
Meta Stat Membru jikkalkula r-rata tal-ġbir abbażi tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti, dan jista’ jirrapporta, b’mod volontarju, dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat u data dwar ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ibbażata fuq il-WEEE iġġenerat.
7. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ta’ verifika tal-kwalità permezz tal-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
Meta l-Istati Membri jużaw stimi sostanzjati biex jirrappurtaw data dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji tal-WEEE miġbura bil-mezzi kollha, dwar il-WEEE ittrattat fl-Istat Membru, jew dwar il-persentaġġi medja ta’ materjali riċiklati u rkuprati li joriġinaw mill-WEEE u ta’ komponenti tal-WEEE, il-metodoloġija użata għal dawk l-estimi għandha tiġi deskritta fir-rapport ta’ verifika tal-kwalità.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38.
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 tat-18 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) introdott fis-suq ta’ kull Stat Membru u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) ġenerat skont il-piż f’kull Stat Membru (ĠU L 103, 19.4.2017, p. 17).
(4) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
ANNESS I
IL-PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2) META L-MATERJALI TA’ SKART LI JORIĠINAW MILL-WEEE JIDĦLU FL-OPERAZZJONI TAR-RIĊIKLAĠĠ
|
Materjal |
Dħul fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ |
|
Ħġieġ |
Il-ħġieġ isseparat li ma jgħaddix minn ipproċessar ulterjuri qabel ma jidħol ġo forn tal-ħġieġ jew qabel il-produzzjoni ta’ mezzi tal-filtrazzjoni, materjali li joborxu, iżolazzjoni bbażata fuq il-ħġieġ u materjali tal-kostruzzjoni. |
|
Metalli |
Il-metall isseparat li ma jgħaddix minn ipproċessar ulterjuri qabel ma jidħol ġo fonderija jew forn tal-metall. |
|
Plastik |
Il-plastik isseparat skont il-polimeri li ma jgħaddix minn ipproċessar ulterjuri qabel ma jidħol f’operazzjonijiet ta’ pelitizzazzjoni, estrużjoni jew iffurmar. Il-fjokki tal-plastik li ma jgħaddux minn ipproċessar ulterjuri qabel l-użu tagħhom fi prodott finali. |
|
Injam |
L-injam isseparat li ma jgħaddix minn trattament ulterjuri qabel l-użu fil-manifattura ta’ bordijiet tal-partikoli. L-injam isseparat li jidħol f’operazzjoni ta’ kompostjar. |
|
Tessuti |
It-tessuti sseparati li ma jgħaddux minn ipproċessar ulterjuri qabel l-użu tagħhom għall-produzzjoni ta’ fibri tessili, ċraret jew granulati. |
|
Komponenti tal-WEEE magħmula minn materjali multipli |
Metalli, plastik, ħġieġ, injam, tessuti u materjali oħra li jirriżultaw mit-trattament ta’ komponenti tal-WEEE (eż. materjali mit-trattament ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati) li huma soġġetti għar-riċiklaġġ. |
ANNESS II
FORMAT GĦAR-RAPPURTAR TA’ DATA GĦALL-FINIJIET TAD-DIRETTIVA 2012/19/UE DWAR IL-WEEE
Tabella 1
Tagħmir elettriku u elettroniku (eee) imqiegħed fis-suq, skart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (weee) iġġenerat u miġbur, u rata tal-ġbir tal-weee
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||||||
|
Kategorija tal-prodott |
EEE imqiegħed fis-suq (POM) |
WEEE iġġenerat |
WEEE miġbur minn abitazzjonijiet privati |
WEEE miġbur minn utenti għajr abitazzjonijiet privati |
Total WEEE miġbur |
rata tal-ġbir tal-WEEE (%) |
|||||||
|
Metodoloġija |
|||||||||||||
|
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
A. abbażi ta’ POM (%) |
B. abbażi tal-WEEE iġġenerat (%) |
|||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
||||||
|
Noti:
|
|||||||||||||
Tabella 2
Tħejjija għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru tal-WEEE, trattament tal-WEEE f’kull Stat Membru u l-WEEE esportat u r-rati ta’ tħejjija għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
||
|
Kategorija tal-prodott |
Tħejjija għal użu mill-ġdid |
Riċiklaġġ |
Tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ |
Rata ta’ tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ |
Irkupru |
Rata tal-irkupru |
WEEE ittrattat fl-Istat Membru |
WEEE ittrattat fi Stat Membru ieħor |
WEEE ittrattat barra mill-Unjoni |
||
|
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
% |
Piż totali (tunnellati) |
% |
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
Piż totali (tunnellati) |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Total |
|
|
|
- |
|
- |
|
|
|
||
|
|
|||||||||||
|
Noti: L-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn żero veri (0 tunnellata) u ċifri neqsin/ammonti nieqsa. Dawn għandhom idaħħlu “0” biex jirrapportaw żero tunnellati u “M” meta d-data ma tkunx magħrufa. |
|||||||||||
(1) (1) Għall-finijiet tar-rappurtar, il-kategorija 4 tat-tagħmir kbir għandha tinqasam fis-subkategorija “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u subkategorija “4b: Pannelli fotovoltajċi”. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data fis-subkategoriji 4a u 4b u jżommu l-linja aggregata vojta għall-kategorija 4. Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jiddistingwi d-data skont is-subkategoriji 4a u 4b, dan għandu jimla ċ-ċelloli fil-kolonni differenti f’linja aggregata għall-kategorija 4 biss.
(2) Għall-finijiet tar-rappurtar, il-kategorija 4 tat-tagħmir kbir għandha tinqasam fis-subkategorija “4a: Tagħmir kbir għajr il-pannelli fotovoltajċi” u subkategorija “4b: Pannelli fotovoltajċi”. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data fis-subkategoriji 4a u 4b u jżommu l-linja aggregata vojta għall-kategorija 4. Jekk Stat Membru ma jkunx jista’ jiddistingwi d-data skont is-subkategoriji 4a u 4b, dan għandu jimla ċ-ċelloli fil-kolonni differenti f’linja aggregata għall-kategorija 4 biss.
ANNESS III
FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ MEHMUŻ MAD-DATA MSEMMIJA FL-ANNESS II
PARTI 1
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Stat Membru
|
... |
Titolu
|
Rapport ta’ verifika tal-kwalità għad-data ppreżentata għall-finijiet tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38) |
Organizzazzjoni li tippreżenta d-data u r-rapport ta’ verifika tal-kwalità
|
... |
Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt
|
... |
Sena ta’ referenza
|
... |
Data tas-sottomissjoni/verżjoni tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità
|
... |
Talba għall-kunfidenzjalità
|
Dan ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità għandu jkun disponibbli
|
PARTI 2
SORS TAD-DATA, PROĊESS TA’ VALIDAZZJONI TAD-DATA U KOPERTURA
A. Metodoloġiji applikati u sorsi tad-data
A.1: Metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq
|
Indika l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699 tat-18 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tat-tagħmir elettriku u elettroniku (l-EEE) imqiegħed fis-suq ta’ kull Stat Membru, u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku (il-WEEE) iġġenerat skont il-piż f’kull Stat Membru (ĠU L 103, 19.4.2017 , p. 17). ... |
A.2: Metodoloġija għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE
Indika l-metodoloġija applikata għall-kalkolu tar-rata tal-ġbir tal-WEEE.
Jekk il-metodoloġija applikata hija bbażata fuq il-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti, ipprovdi data dwar il-kwantità tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin ta’ qabel is-sena ta’ referenza:
|
|
Piż totali (tunnellati) tal-EEE imqiegħed fis-suq (POM) ta’ Stat Membru |
|
Sena (sena qabel is-sena ta’ referenza) |
|
|
Sena (sentejn qabel is-sena ta’ referenza) |
|
|
Sena (tliet snin qabel is-sena ta’ referenza) |
|
|
Piż medju tat-tliet snin = (total tal-linji 1 + 2+3, diviżi bi 3) |
|
A.3: Sors tad-data
Iddeskrivi s-sors tad-data għall-entrati differenti mniżżla hawn taħt (eż. ċensiment/obbligi nazzjonali tal-istatistika/rappurtar għal unitajiet tan-negozju jew unitajiet/aġenziji/assoċjazzjonijiet tan-negozju ċertifikati/stħarriġiet dwar il-kompożizzjoni tal-iskart/valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi li jista’ jkollha l-liġi nazzjonali, u r-regolamenti rilevanti).
(a) L-EEE imqiegħed fis-suq (it-Tabella 1: il-kolonna 1)
|
Speċifika s-sorsi użati għall-ġbir tad-data dwar l-EEE imqiegħed fis-suq. ... |
(b) Il-WEEE iġġenerat (it-Tabella 1: il-kolonna 2)
|
Irrapporta d-data dwar il-piż tal-WEEE iġġenerat kif ikkalkulat bl-għodda tal-kalkolu tal-WEEE u speċifika l-aġġornamenti tad-data tal-għodda tal-kalkolu tal-WEEE, jekk ikun hemm. Għall-Istati Membri li jirrappurtaw ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ikkalkulata abbażi tal-WEEE iġġenerat, din id-data hija obbligatorja. L-Istati Membri li jirrappurtaw ir-rata tal-ġbir tal-WEEE ikkalkulata abbażi tal-piż medju tal-EEE imqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti jistgħu jipprovdu din id-data b’mod volontarju. ... |
(c) Il-WEEE miġbur (it-Tabella 1: il-kolonni 3, 4, 5 u 6)
|
Speċifika s-sorsi użati għall-ġbir tad-data dwar l-EEE miġbur bil-mezzi kollha. Ikkunsidra li, skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2012/19/UE, il-kwantità tal-WEEE miġbur għandha tkun l-ammont ta’ WEEE li: (a) wasal fil-faċilitajiet tal-ġbir u t-trattament; (b) wasal għand id-distributuri; (c) ġabru separatament il-produtturi jew il-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom. Speċifika jekk is-sistemi ġewx stabbiliti biex id-detenturi u d-distributuri jkunu jistgħu jirritornaw il-WEEE tal-inqas mingħajr ħlas skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/19/UE u jipprovdu informazzjoni dwar id-data li tista’ tasal mingħand dawn is-sistemi. ... |
(d) It-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-WEEE (it-Tabella 2: il-kolonni 1, 2 u 5)
|
Ikkunsidra li, skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/19/UE, inti għandek tuża data dwar il-piż tal-WEEE, il-komponenti u l-materjali jew is-sustanzi li jidħlu (l-input) f’faċilità tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew tar-riċiklaġġ jew tal-irkupru, wara trattament xieraq f’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2012/19/UE. Speċifika s-sorsi użati għad-data dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-WEEE skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2012/19/UE. Indika d-distinzjoni bejn l-input f’faċilità tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, f’faċilità tar-riċiklaġġ jew f’faċilità tal-inċinerazzjoni (jew proċess tat-tidwib) jew għall-irkupru (tal-enerġija). ... |
(e) Il-WEEE ittrattat (it-Tabella 2: il-kolonni 7, 8 u 9)
|
Speċifika s-sorsi użati għall-ġbir tad-data dwar il-WEEE ittrattat fl-Istat Membru u dwar il-WEEE ittrattat fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Unjoni. Agħti wkoll deskrizzjoni ġenerali tas-sistemi tat-trattament disponibbli fl-Istat Membru u speċifika jekk ir-rekwiżiti tat-trattament jew l-istandards minimi tal-kwalità għat-trattament tal-WEEE miġbur fl-Istat Membru humiex differenti jew imorrux lil hinn mill-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE. F’dan il-każ, iddeskrivi dawn ir-rekwiżiti jew l-istandards. ... |
B. Il-kwalità tas-sorsi tad-data/Il-proċess għall-validazzjoni tad-data
B.1: Il-kwalità tas-sorsi tad-data
|
Iddeskrivi l-kwalità tas-sorsi differenti użati (inkluż l-isfidi fir-rigward tal-kwalità tad-data u kif fil-ġejjieni beħsiebek ittejjeb il-kwalità). ... |
B.2: Il-kwalità tal-istimi fuq l-EEE imqiegħed fis-suq f’kategoriji differenti
|
F’każ li, qabel tinġabar mill-Istati Membri, id-data tinġabar minn operaturi f’kategoriji ta’ EEE għajr dawk speċifikati fid-Direttiva 2012/19/UE, jew f’subkategoriji, jekk jogħġbok spjega liema kategoriji jew subkategoriji ta’ EEE huma applikati u kif id-data f’dawn il-kategoriji tiġi mibdula f’data fil-kategoriji ta’ EEE tad-Direttiva 2012/19/UE |
B.3: Il-monitoraġġ tal-kisba tal-miri
|
Iddeskrivi l-miżuri nazzjonali mmirati lejn il-promozzjoni tal-kisba tal-miri relatati mal-ġbir, mat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, u mal-irkupru. Agħti wkoll informazzjoni fuq il-miżuri meħuda li jinfurmaw lill-utenti tal-EEE u jħeġġu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ġestjoni tal-WEEE skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/19/UE. Jekk jiġu rrappurtati l-kwantitajiet tal-WEEE “Ittrattat fi Stati Membri oħra” jew “Ittrattat barra mill-Unjon i”, speċifika:
Jekk ikun hemm rekwiżit għal evidenza dokumentata addizzjonali għall-prova meħtieġa skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/19/UE li trid tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni tal-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, iddeskrivi l-evidenza dokumentarja meħtieġa. ... |
B.4: L-allinjament u l-konsistenza tad-data
|
Iddeskrivi l-azzjonijiet meħuda biex ikun evitat l-għadd doppju tal-WEEE importat, li ma għandux jgħodd għall-kisba tal-miri u ma għandux jiġi rrappurtat taħt it-trattament, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru fl-Istat Membru importatur. Iddeskrivi kull korrezzjoni li trid titqies għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet, pereżempju biex jitqiesu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet privati jew id-dikjarazzjonijiet qarrieqa (meta jintuża l-EEE flok il-WEEE) jew oħrajn. ... |
B.5: Il-proċess tal-validazzjoni tad-data
|
Iddeskrivi l-proċess użat biex tiġi stabbilita l-validità tad-data. Agħti dettalji dwar is-sistemi tal-ispezzjoni u tal-monitoraġġ li jiġu applikati fl-Istat Membru biex issir verifika tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE. ... |
C. Il-kompletezza/il-kopertura
|
C.1: Is-sorsi tad-data indirizzati qabel kien kopert is-settur kollu? ☐ Iva/☐ Le |
|
C.2: Jintużaw stimi sostanzjati dwar l-EEE imqiegħed fis-suq skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/699? ☐ Iva/☐ Le |
|
C.3: Hemm stimi sostanzjati li jintużaw b’rabta mal-WEEE miġbur u ttrattat u li jitqiesu għar-rappurtar relatat mal-kisba tal-miri rilevanti? ☐ Iva/☐ Le Jekk iva, iddeskrivi l-metodoloġija użata biex jinkisbu dawn l-istimi u agħti dokumenti ġustifikattivi rilevanti għal dawn l-istimi. ... |
|
C.4: Hemm xi stimi sostanzjati li jintużaw b’rabta mal-persentaġġ medju tal-materjali riċiklati u rkuprati li joriġinaw mill-WEEE u ta’ komponenti tal-WEEE li jitqiesu għar-rappurtar relatat mal-kisba tal-miri rilevanti? ☐ Iva/☐ Le Jekk iva, iddeskrivi l-metodoloġija użata biex jinkisbu dawn l-istimi u agħti dokumenti ġustifikattivi rilevanti għal dawn l-istimi. ... |
|
C.5: Liema porzjon (%) tal-WEEE miġbur u ttrattat hu kopert, jew stmat li hu kopert, mill-iskema tar-rappurtar? ... |
D. Oħrajn
D.1: Data nieqsa
|
Jekk hemm xi data obbligatorja nieqsa, iddeskrivi r-raġunijiet għal dawn il-lakuni u agħti informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex tissewwa din is-sitwazzjoni. ... |
D.2: Verifika tal-plawżibbiltà
Indika jekk ġratx xi waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
☐ Iva/☐ Le |
||
|
Jekk it-tweġiba għal xi waħda jew aktar mill-mistoqsijiet hi iva, agħti aktar informazzjoni fuq l-okkorrenza u raġunijiet relatati. ... |
|||
E. Differenzi mid-data rrappurtata fis-snin preċedenti
|
Iddeskrivi u spjega kull tibdil metodoloġiku sinifikanti fl-approċċ tal-ġbir tad-data jew tal-validazzjoni tad-data jew fil-metodoloġiji applikati għall-kalkolu tar-rati tal-ġbir u tal-irkupru tal-WEEE għas-sena ta’ referenza attwali b’rabta mal-approċċi u l-metodoloġiji applikati fis-snin ta’ referenza preċedenti. ... |
F. Is-siti web, id-dokumenti ta’ referenza u l-pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin
|
Ipprovdi kull sors rilevanti ieħor tal-informazzjoni, inkluż ir-rapporti li jindirizzaw aspetti dwar il-kwalità tad-data, il-kopertura jew aspetti oħra ta’ infurzar bħal rapporti ta’ organizzazzjonijiet ta’ responsabbiltà tal-produtturi dwar il-kisbiet b’rabta mal-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-WEEE, rapporti dwar l-aqwa prattika għall-ġbir u t-trattament tal-WEEE, rapporti dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-WEEE, u kull sors ieħor tad-data u tal-informazzjoni relatati mal-WEEE. ... |