19.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/94


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2173

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tan-Netherlands,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandati tas-Sur Nikoloas MILIONIS, is-Sa Danièle LAMARQUE, is-Sur Henri GRETHEN u s-Sur Alex BRENNINKMEIJER ser jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2019.

(2)

Il-mandat tas-Sur Klaus-Heiner LEHNE ser jiskadi fid-29 ta’ Frar 2020.

(3)

Għaldaqstant għandhom jinħatru ħames membri ġodda tal-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Qorti tal-Awdituri:

(a)

għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2025:

Is-Sur Mr Nikolaos MILIONIS,

Is-Sur François-Roger CAZALA,

Is-Sa Joëlle ELVINGER,

Is-Sur Alex BRENNINKMEIJER;

(b)

għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Frar 2026:

Is-Sur Klaus-Heiner LEHNE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)  Opinjonijiet tas-26 ta’ Novembru 2019 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).