|
17.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2156
tas-7 ta’ Ottubru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat (2013–2017)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet. |
|
(3) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz ta’ skambju ta’ ittri, għandu jadotta rakkomandazzjoni dwar estensjoni ulterjuri, b’sentejn, tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017) (il-“Pjan ta’ Azzjoni”). |
|
(4) |
Ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, peress li r-rakkomandazzjoni għandha effetti legali. |
|
(5) |
L-estensjoni tal-pjan tal-Pjan ta’ Azzjoni ser tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Marokk għas-snin 2019 u 2020 u ser tippermetti li jiġu definiti l-prijoritajiet il-ġodda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk għas-snin li ġejjin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni b’sentejn (2019 u 2020) tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni mehmuż.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-M. HENRIKSSON
ABBOZZ
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2019 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK
ta’ …
li tapprova l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013-2017)
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet li jqis xierqa, bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 90 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-Ftehim. |
|
(4) |
L-Artikolu 10 tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi l-possibbiltà li jinħarġu rakkomandazzjonijiet, bejn is-sessjonijiet, permezz ta’ proċedura bil-miktub. |
|
(5) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni għad-dħul fis-seħħ tal-istatus avvanzat (2013-2017) (il-“Pjan ta’ Azzjoni”) ġie estiż b’sena fl-2018. L-estensjoni ulterjuri, b’sentejn, tal-Pjan ta’ Azzjoni ser tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet UE-Marokk għas-snin 2019 u 2020 u ser tippermetti li jiġu definiti l-prijoritajiet il-ġodda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk għas-snin li ġejjin, |
IRRAKKOMANDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz ta’ proċedura bil-miktub, jirrakkomanda l-estensjoni b’sentejn tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk għall-implimentazzjoni tal-istatus avvanzat (2013–2017).
Magħmul fi …, …
Għall- ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk Kunsill
Il-President