|
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/94 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2087
tat-28 ta’ Novembru 2019
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu magħmulin mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2019) 8428)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2011, Syngenta Crop Protection AG, permezz tal-kumpanija affiljata tagħha Syngenta Crop Protection NV/SA, ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Ġermanja għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu (“l-applikazzjoni”), f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, jew li jikkonsistu minnu, għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
|
(2) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni kopriet it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom 56 sottokombinazzjoni tal-eventi ta’ trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu. Minn dawk is-sottokombinazzjonijiet, 22 diġà ġew awtorizzati kif ġej: Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, Bt11 × MIR162 × MIR604, Bt11 × MIR162 × GA21, Bt11 × MIR604 × GA21, MIR162 × MIR604 × GA21, Bt11 × MIR162, Bt11 × MIR604, Bt11 × GA21, MIR162 × MIR604, MIR162 × GA21 u MIR604 × GA21, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685 (2); Bt11 × MIR604 × 1507 × GA21, Bt11 × MIR604 × 1507, Bt11 × 1507 × GA21, MIR604 × 1507 × GA21, Bt11 × 1507, MIR604 × 1507 u 1507 × GA21, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1209 (3); u Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21, Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507, awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1305 (4). |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tkopri l-34 sottokombinazzjoni li jibqa’: sitt sottokombinazzjonijiet ta’ ħames eventi (Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307, Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × GA21, Bt11 × MIR162 × MIR604 × 5307 × GA21, Bt11 × MIR162 × 1507 × 5307 × GA21, Bt11 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 u MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21); 12-il sottokombinazzjoni ta’ erba’ eventi (Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507, Bt11 × MIR162 × MIR604 × 5307, Bt11 × MIR162 × 1507 × 5307, Bt11 × MIR162 × 5307 × GA21, Bt11 × MIR604 × 1507 × 5307, Bt11 × MIR604 × 5307 × GA21, Bt11 × 1507 × 5307 × GA21, MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307, MIR162 × MIR604 × 1507 × GA21, MIR162 × MIR604 × 5307 × GA21, MIR162 × 1507 × 5307 × GA21 u MIR604 × 1507 × 5307 × GA21); 11-il sottokombinazzjoni ta’ tliet eventi (Bt11 × MIR162 × 5307, Bt11 × MIR604 × 5307, Bt11 × 1507 × 5307, Bt11 × 5307 × GA21, MIR162 × MIR604 × 1507, MIR162 × MIR604 × 5307, MIR162 × 1507 × 5307, MIR162 × 5307 × GA21, MIR604 × 1507 × 5307, MIR604 × 5307 × GA21 u 1507 × 5307 × GA21); u ħames sottokombinazzjonijiet ta’ żewġ eventi (Bt11 × 5307, MIR162 × 5307, MIR604 × 5307, 1507 × 5307 u 5307 × GA21). |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Inkludiet ukoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformitá mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Fil-5 ta’ April 2019, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni favorevoli f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (6). L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur daqs il-komparatur mhux ġenetikament modifikat tiegħu u daqs varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum mhux ġenetikament modifikati li ġew ittestjati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, saħħet l-annimali u l-ambjent. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u l-kwistjonijiet kollha li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif previst fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ressaq l-applikant, u li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti. |
|
(8) |
Filwaqt li jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li għall-użi elenkati fl-applikazzjoni, jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u tal-34 sottokombinazzjoni indikati fil-premessa (3) u elenkati fl-applikazzjoni. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat kopert b’din id-Deċiżjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (7). |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Awtorità, jidher li mhumiex meħtieġa rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar għall-prodotti koperti b’din id-Deċiżjoni, għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ dawk il-prodotti jibqa’ jinżamm fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti koperti permezz tagħha, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, ikollu indikazzjoni ċara li mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni. |
|
(11) |
Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (9). |
|
(12) |
L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-immaniġġar, inklużi rekwiżiti ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq rigward il-konsum tal-ikel u l-għalf, jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati msemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(15) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu. Dan l-att ta’ implimentazzjoni tqies li kien neċessarju u l-president bagħtu lill-kumitat tal-appelli għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat ta’ appell ma tax opinjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmi ġenetikament modifikati u identifikaturi uniċi
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:
|
(a) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(b) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307; |
|
(c) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × GA21; |
|
(d) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 5307 × GA21; |
|
(e) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(f) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(g) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(h) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 x SYN-IR162-4 x SYN-IR6Ø4-5 x DAS-Ø15Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507; |
|
(i) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 5307; |
|
(j) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × 5307; |
|
(k) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 5307 × GA21; |
|
(l) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR604 × 1507 × 5307; |
|
(m) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR604 × 5307 × GA21; |
|
(n) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(o) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307; |
|
(p) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × MIR604 × 1507 × GA21; |
|
(q) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × MIR604 × 5307 × GA21; |
|
(r) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(s) |
l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 × 1507 × 5307 × GA21; |
|
(t) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 5307; |
|
(u) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR604 × 5307; |
|
(v) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 1507 × 5307; |
|
(w) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 5307 × GA21; |
|
(x) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × MIR604 × 1507; |
|
(y) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × MIR604 × 5307; |
|
(z) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × 1507 × 5307; |
|
(aa) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × 5307 × GA21; |
|
(bb) |
l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 × 1507 × 5307; |
|
(cc) |
l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 × 5307 × GA21; |
|
(dd) |
l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 5307 × GA21; |
|
(ee) |
l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 5307; |
|
(ff) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR162 × 5307; |
|
(gg) |
l-identifikatur uniku SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 × 5307; |
|
(hh) |
l-identifikatur uniku DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 5307; |
|
(ii) |
l-identifikatur uniku SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 × GA21. |
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat, li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 1; |
|
(b) |
għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat, li jikkonsisti minnu jew li jkun magħmul minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 1; |
|
(c) |
prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat, jew li jikkonsistu minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 1 għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat, jew li jikkonsistu minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.
Artikolu 4
Metodu tad-detezzjoni
Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat kif imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 5
Monitoraġġ għall-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta lill-Kummissjoni r-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Syngenta Crop Protection AG, l-Iżvizzera, irrappreżentat fl-Unjoni minn Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju.
Artikolu 8
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 9
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685 tas-16 ta’ Settembru 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jew li huma magħmula jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat bit-tgħaqqid ta’ tnejn jew tlieta mill-eventi Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 22).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1209 tal-4 ta’ Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba’ mill-eventi Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 28).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1305 tas-26 ta’ Lulju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-subkombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 69).
(5) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(6) Il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM (Il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), Scientific Opinion on assessment of genetically modified maize Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21 and subcombinations, for food and feed uses, under Regulation (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2011-103). EFSA Journal 2019;17(4):5635.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).
ANNESS
(a) Applikant u Detentur tal-awtorizzazzjoni:
|
Isem |
: |
Syngenta Crop Protection AG |
|
Indirizz |
: |
Rosentalstrasse 67, CH-4058 Basel, l-Iżvizzera |
Irrappreżentat fl-Unjoni minn: Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju.
(b) Denominazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:
|
(1) |
l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, kif imsemmi fil-punt (e); |
|
(2) |
l-għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), li jikkonsisti minnu jew li jkun magħmul minnu, kif imsemmi fil-punt (e); |
|
(3) |
prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.), jew li jikkonsistu minnu, kif imsemmi fil-punt (e), għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-BTØ11-1 jesprimi l-ġene cry1Ab, li jagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-ġene pat, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glufosinat-ammonju.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-IR162-4 jesprimi l-ġene vip3Aa20, li jagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-ġene pmi, li ntuża bħala markatur selezzjonabbli.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-IR6Ø4-5 jesprimi l-ġene cry3 A, li jagħti protezzjoni kontra ċerti pesti koleopteri, u l-ġene pmi, li ntuża bħala markatur selezzjonabbli.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-Ø15Ø7-1 jesprimi l-ġene cry1F, li jagħti protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-ġene pat, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glufosinat-ammonju.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-Ø53Ø7-1 li jesprimi l-ġene ecry 3.1 Ab, li jagħti reżistenza għal ċerti pesti koleopteri, u l-ġene pmi, li ntuża bħala markatur selezzjonabbli.
Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-ØØØ21-9 jesprimi l-ġene mepsps, li jagħti tolleranza għall-erbiċidi li għandhom bażi ta’ glifosat.
(c) Tikkettar:
|
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”; |
|
(2) |
Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum speċifikat fil-punt (e), jew li jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1) ta’ dan l-Anness. |
(d) Metodu tad-detezzjoni:
|
(1) |
Il-metodi kwantitattivi ta’ detezzjoni PCR speċifiċi għall-event huma dawk ivvalidati individwalment għall-eventi ta’ qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-BTØ11-1, SYN-IR162-4, SYN-IR6Ø4-5, DAS-Ø15Ø7-1, SYN-Ø53Ø7-1 u MON-ØØØ21-9 u vverifikati ulterjorment fil-qamħirrum derivat minn trasformazzjoni multipla Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21. |
|
(2) |
Ivvalidati mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx. |
|
(3) |
Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 (għal SYN-BTØ11-1), ERM®-BF423 (għal SYN-IR6Ø4-5) u ERM®-BF418 (għal DAS-Ø15Ø7-1) huma aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea f’https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue, u AOCS 0917-A u 1208-A (għal SYN-IR162-4), AOCS 0411-C u 0411-D (għal SYN-Ø53Ø7-1) u AOCS 0407-A u 0407-B (għal MON-ØØØ21-9) huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society f’https://www.aocs.org/crm#maize. |
(e) Identifikaturi uniċi:
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 x SYN-IR162-4 x SYN-IR6Ø4-5 x DAS-Ø15Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-IR162-4 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-IR6Ø4-5 × DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9; |
|
|
SYN-BTØ11-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-IR162-4 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-IR6Ø4-5 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
DAS-Ø15Ø7-1 × SYN-Ø53Ø7-1; |
|
|
SYN-Ø53Ø7-1 × MON-ØØØ21-9. |
(f) Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
[Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza, in-numru tal-ID tar-Rekord: li jiġi ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati ladarba jkun innotifikat].
(g) Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġar tal-prodotti, jew restrizzjonijiet fuqhom:
Mhux meħtieġ.
(h) Pjan ta’ sorveljar għall-effetti ambjentali:
Il-pjan ta’ sorveljar għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.
[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati]
(i) Rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġ.
Nota: il-links għad-dokumenti relevanti għandhom imnejn ikollhom bżonn jiġu mmodifikati minn żmien għall-ieħor. Dawk it-tibdiliet jiġu ppubblikati permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.