|
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 316/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/2071 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Diċembru 2019
li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-lista ta’ kandidati stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea fit-30 ta’ Ottubru 2019, skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, wara sejħa pubblika għal kandidati, bil-ħsieb tal-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/886/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-Sur Giovanni BUTTARELLI nħatar bħala l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Sur Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI bħala l-Assistent Kontrollur, għall-perijodu mill-4 ta’ Diċembru 2014 sal-5 ta’ Diċembru 2019. |
|
(2) |
Is-Sur Giovanni Buttarelli miet fl-20 ta’ Awwissu 2019. F’konformità mal-Artikolu 100(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Assistent Kontrollur għalhekk issostitwixxa lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-bqija tal-mandat tal-Assistent Kontrollur, li jintemm fil-5 ta’ Diċembru 2019. |
|
(3) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jinħatar bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għal perijodu ta’ ħames snin mis-6 ta’ Diċembru 2019, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI huwa b’dan maħtur bħala l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-perijodu mis-6 ta’ Diċembru 2019 sal-5 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2019.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. LINTILÄ
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2014 li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data u l-Assistent Kontrollur (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 9).