3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/95


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2012

tad-29 ta’ Novembru 2019

dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tiegħu,

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 tagħha, il-Kummissjoni jeħtieġ li teżamina t-talbiet għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) għall-kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru li jkunu waslu sat-tmiem il-ħajja ta’ produzzjoni tagħhom u li jiġu prodotti f’numri limitati u għall-kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru li għalihom il-kostijiet meħtieġa biex jitfasslu mill-ġdid ikunu sproporzjonati minħabba li d-disinn ikun antik.

(2)

Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet iżommu l-objettiv stabbilit fil-premessa (8) tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 li mill-inqas 75 % tat-titjiriet jenħtieġ li jiġu mgħammra b’kapaċità ta’ kollegament tad-data.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet it-talbiet għall-eżenzjonijiet tal-Istati Membri u kkonsultat l-partijiet ikkonċernati. Wara li twettaq l-eżami ta’ dawk it-talbiet mill-Kummissjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 29/2009, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet jingħataw.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid l-eżenzjonijiet mogħtija skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2611 finali tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9074 finali tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 29/2009. Wara li kkonsultat l-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni sabet li kien jeħtieġ li dawk l-atti jiġu kkonsolidati f’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni waħda. Għalhekk, id-Deċiżjoni C(2011) 2611 finali u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2011) 9074 finali jenħtieġ li jitħassru.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru li ġejjin għandhom ikunu eżentati b’mod permanenti mir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 29/2009:

(a)

kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru speċifikati fl-Anness I;

(b)

kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru speċifikati fl-Anness II li nħarġilhom l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà tagħhom qabel il-5 ta’ Frar 2020.

Artikolu 2

Il-kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru li ġejjin għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 sal-5 ta’ Frar 2022:

(a)

kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru speċifikati fl-Anness II li nħarġilhom l-ewwel ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fil-5 ta’ Frar 2020 jew qabel.

(b)

kombinazzjonijiet ta’ tipi/mudelli ta’ inġenji tal-ajru speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni C(2011) 2611 finali u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2011) 9074 finali huma mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)   ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3.


ANNESS I

EŻENZJONIJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 1

It-tip/serje/mudell tal-inġenju tal-ajru

Manifattur

Deżinjazzjoni tat-tip tal-ICAO

AN-12 kollha

Antonov

AN12

AN-124 100

Antonov

A124

IL-76 kollha

Ilyushin

IL76

A300 kollha

Airbus

A30B

A306

A3ST

A310 kollha

Airbus

A310

A-319/-320/-321 bl-ewwel Ċertifikat ta’ Ajrunavigabbiltà maħruġ bejn l-1 ta’ Jannar 1995 u l-5 ta’ Lulju 1999, b’dawn id-dati inklużi.

Airbus

A319

A320

A321

A340 kollha

Airbus

A342

A343

A345

A346

A318-112

Airbus

A318

AVROLINER (RJ-100)

AVRO

RJ1H

AVROLINER (RJ-85)

AVRO

RJ85

BA146-301

British Aerospace

B463

B717-200

Boeing

B712

B737-300

Boeing

B733

B737-400

Boeing

B734

B737-500

Boeing

B735

B747-400

Boeing

B744

B757-200

Boeing

B752

B757-300

Boeing

B753

B767-200

Boeing

B762

B767-300

Boeing

B763

B767-400

Boeing

B764

MD-82

Boeing

MD82

MD-83

Boeing

MD83

MD-11 kollha

Boeing

MD11

CL-600-2B19 (CRJ100/200/440)

Bombardier

CRJ1/CRJ2

Dornier 328-100

Dornier

D328

Dornier 328-300

Dornier

J328

Fokker 70

Fokker

F70

Fokker 100

Fokker

F100

Serje King Air (90/100/200/300)

Beechcraft

BE9L

BE20

B350

Hercules L-382-G-44K-30

Lockheed

C130

SAAB 2000/SAAB SF2000

SAAB

SB20


ANNESS II

EŻENZJONIJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (b) TAL-ARTIKOLU 1 U FIL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 2

It-Tip/Serje/Mudell tal-Inġenju tal-Ajru

Manifattur

Deżinjazzjoni tat-tip tal-ICAO

Serje A330 200/300

Airbus

A332/A333

Global Express/5000

BD-700-1A10/1A11

Bombardier

GLEX/GL5T

CL-600-2C10 (CRJ-700)

Bombardier

CRJ7

C525C, CJ4

Cessna

C25C

C560XL (Citation XLS+)

Cessna

C56X

Falcon 2000 kollha

Dassault

F2TH

Falcon 900 kollha

Dassault

F900

EMB-500 (Phenom 100)

Embraer

E50P

EMB-505 (Phenom 300)

Embraer

E55P

EMB-135BJ (Legacy 600)

Embraer

E35L

EMB-135EJ (Legacy 650)

Embraer

E35L

EMB-145 (135/140/145)

Embraer

E135

E145, E45X

PC-12

Pilatus

PC12


ANNESS III

EŻENZJONIJIET IMSEMMIJA FIL-PUNT (b) TAL-ARTIKOLU 2

It-Tip/Serje/Mudell tal-Inġenju tal-Ajru

Manifattur

Deżinjazzjoni tat-tip tal-ICAO

A318 (ACJ)

Airbus

A318

A319 (ACJ)

Airbus

A319

A320 (ACJ)

Airbus

A320

A321 (ACJ)

Airbus

A321

B737-700IGW (BBJ)

Boeing

B737

B737-800 (BBJ2)

Boeing

B738

B737-900ER (BBJ3)

Boeing

B739

B767-300F

Boeing

B763

ERJ 190-100ECJ

Embraer

E190