|
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2006
tad-29 ta’ Novembru 2019
dwar il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B’ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, irreġistrata fid-9 ta’ Settembru 2019, l-Irlanda nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(2) |
Billi ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727, mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji. |
|
(3) |
Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 għalhekk tiġi kkonfermata. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1727 daħal fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018 u japplika mit-12 ta' Diċembru 2019. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 hija kkonfermata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).