|
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/39 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2000
tat-28 ta’ Novembru 2019
li tistabbilixxi format għar-rappurtar tad-data dwar l-iskart tal-ikel u għall-preżentazzjoni tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2019) 8577)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(7) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta’ prevenzjoni tal-iskart tal-ikel billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi ta’ metodoloġija komuni u li jirrappurtaw din id-data lill-Kummissjoni. Id-data trid tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità. |
|
(2) |
Il-format li jintuża mill-Istati Membri għar-rappurtar tad-data dwar il-livelli tal-iskart tal-ikel irid iqis il-metodoloġiji stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1597 (2), li tipprovdi l-metodoloġija komuni biex jitkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel iġġenerat fl-Istati Membri. |
|
(3) |
Fid-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597, l-Istati Membri huma pprovduti b’firxa ta’ metodi għall-kejl tal-iskart tal-ikel. Hemm ħtieġa li tinġabar informazzjoni dettaljata dwar il-metodi użati f’kull Stat Membru, sabiex jiġi żgurat rappurtar armonizzat. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport ta’ verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 2008/98/KE fil-format stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1597 tat-3 ta’ Mejju 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ metodoloġija komuni u rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 77).
ANNESS
FORMAT GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA DWAR IL-LIVELL TAL-ISKART TAL-IKEL
A. FORMAT GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA DWAR L-AMMONTI TAL-ISKART TAL-IKEL U D-DATA RELATATA MAL-PREVENZJONI TAL-ISKART TAL-IKEL
1. Data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel (f’tunnellati metriċi ta’ massa friska)
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Skart tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597 |
Skart tal-ikel mormi bħala ilma mormi jew imħallat miegħu (imsemmi fl-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597) |
|
|
Total tal-iskart tal-ikel |
Frazzjoni mill-iskart tal-ikel totali, kostitwiti minn partijiet ta’ ikel maħsuba biex jiġu inġeriti mill-bniedem (imsemmija fl-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597) |
||
|
Produzzjoni primarja |
|
|
|
|
Proċessar u manifattura |
|
|
|
|
Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel |
|
|
|
|
Ristoranti u servizzi tal-ikel |
|
|
|
|
Unitajiet domestiċi |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
2. Data dwar il-ġestjoni tal-eċċess tal-ikel relatata mal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel (f’tunnellati metriċi ta’ massa friska)
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Ikel distribwit mill-ġdid għall-konsum mill-bniedem (imsemmi fl-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597) |
Ikel imqiegħed fis-suq biex jiġi ttrasformat f’għalf (imsemmi fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597) |
Oġġetti tal-ikel preċedenti (imsemmija fl-Artikolu 3(e) tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597) |
||||||
|
Produzzjoni primarja |
|
|
|
||||||
|
Proċessar u manifattura |
|
|
|
||||||
|
Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel |
|
|
|
||||||
|
Ristoranti u servizzi tal-ikel |
|
|
|
||||||
|
Unitajiet domestiċi |
|
|
|
||||||
|
Total |
|
|
|
||||||
|
|||||||||
B. FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ LI JAKKUMPANJA D-DATA MSEMMIJA FIL-PARTI A
1. Objettivi tar-rapport
L-objettivi tar-rapport ta’ verifika tal-kwalità huma dawn li ġejjin:
|
— |
li jiġu evalwati l-metodoloġiji għall-kejl tal-iskart tal-ikel stabbiliti fl-Anness III u fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597; |
|
— |
li tiġi evalwata l-kwalità tad-data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel irrappurtati; |
|
— |
li tiġi evalwata l-kwalità tal-proċessi tal-ġbir tad-data, inkluż l-ambitu u l-validazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva u l-validità statistika tal-approċċi bbażati fuq l-istħarriġ; |
|
— |
li jingħataw ir-raġunijiet għal bidliet sinifikanti bejn is-snin ta’ referenza fid-data rrappurtata u li tiġi żgurata l-fiduċja fil-preċiżjoni ta’ dik id-data; |
2. Tagħrif ġenerali
Stat Membru:
Organizzazzjoni li qed tippreżenta d-data u d-deskrizzjoni:
Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt:
Sena ta’ rappurtar:
Data ta’ konsenja/verżjoni:
Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):
3. Informazzjoni ġenerali dwar il-ġbir tad-data
Jekk jogħġbok indika l-metodoloġija użata biex jitkejjel l-ammont tal-iskart tal-ikel iġġenerat fis-sena ta’ rappurtar partikolari, għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel (immarka b’salib iċ-ċelloli rilevanti biex tindika jekk id-data tinġabarx bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III jew fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597).
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Data miġbura bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597 |
Data miġbura bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597 |
|
Produzzjoni primarja |
|
|
|
Proċessar u manifattura |
|
|
|
Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel |
|
|
|
Ristoranti u servizzi tal-ikel |
|
|
|
Unitajiet domestiċi |
|
|
4. Informazzjoni dwar il-kejl bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III
4.1. Deskrizzjoni ġenerali tas-sorsi tad-data għall-kejl tal-iskart tal-ikel fil-qafas tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597
Jekk jogħġbok indika s-sorsi tad-data dwar l-ammonti tal-skart tal-ikel għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel (immarka b’salib iċ-ċelloli rilevanti kollha).
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Fuq il-bażi tad-data miġbura għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
Fuq il-bażi ta’ studju apposta (eżempji: studju xjentifiku, rapport ta’ konsulenza)] |
Sorsi oħra jew taħlita ta’ sorsi differenti (jekk jogħġbok speċifika fil-punt 4.2) (eżempji: rappurtar amministrattiv, impenji volontarji tas-settur industrijali) |
|
Produzzjoni primarja |
|
|
|
|
Proċessar u manifattura |
|
|
|
|
Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel |
|
|
|
|
Ristoranti u servizzi tal-ikel |
|
|
|
|
Unitajiet domestiċi |
|
|
|
4.2. Deskrizzjoni dettaljata tal-metodi għall-kejl tal-iskart tal-ikel fil-qafas tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597
Għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi għall-kejl tal-ammonti tal-iskart tal-ikel, b’referenza għall-Anness III tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597.
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Deskrizzjoni qasira tal-metodi użati (inklużi l-metodi użati għall-kejl tal-ammonti tal-iskart tal-ikel fi skart imħallat, jekk rilevanti) |
Entitajiet li jagħtu data dwar l-iskart tal-ikel [eż. bdiewa, kumpaniji tal-ikel (Operaturi fin-Negozju tal-Ikel), operaturi tal-iskart, muniċipalitajiet, djar] |
Fil-każ ta’ kampjunar u/jew ta’ skalar jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar id-daqs u l-għażla tal-kampjun u ddeskrivi l-metodi ta’ skalar |
Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-preċiżjoni tad-data, inkluż l-iżbalji relatati mal-kampjunar, mal-kopertura, mal-kejl, mal-ipproċessar u man-nuqqas ta’ tweġiba |
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni tad-data, inklużi sorsi possibbli ta’ inċertezza u l-impatt probabbli tagħhom fuq ir-riżultati rrappurtati |
|
Produzzjoni primarja |
|
|
|
|
|
|
Proċessar u manifattura |
|
|
|
|
|
|
Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel |
|
|
|
|
|
|
Ristoranti u servizzi tal-ikel |
|
|
|
|
|
|
Unitajiet domestiċi |
|
|
|
|
|
5. Informazzjoni dwar il-kejl bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Delegata 2019/1597/UE
Jekk jogħġbok agħti informazzjoni għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, li għaliha saru kalkoli fis-sena ta’ rappurtar.
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel użati bħala bażi għall-kalkoli |
Data soċjoekonomika użata għall-kalkoli |
Deskrizzjoni tal-metodi użati għall-kalkoli |
||||
|
|
Valur [t] |
Sena |
Tip ta’ data (eż. popolazzjoni, produzzjoni tal-ikel) (2) |
Valur (2) |
Sena (2) |
Sors (2) |
|
|
Produzzjoni primarja |
|
|
|
|
|
|
|
|
Proċessar u manifattura |
|
|
|
|
|
|
|
|
Bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra ta’ ikel |
|
|
|
|
|
|
|
|
Ristoranti u servizzi tal-ikel |
|
|
|
|
|
|
|
|
Unitajiet domestiċi |
|
|
|
|
|
|
|
6. Rappurtar fuq bażi volontarja
Jekk jogħġbok agħti informazzjoni għal kull sett tad-data rrappurtata b’mod volontarju.
|
Isem is-sett tad-data (imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1597) |
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Deskrizzjoni qasira tal-metodu tal-ġbir tad-data |
Sors – link għad-dokument ta’ referenza (jekk applikabbli) |
|
|
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
7. Bidliet metodoloġiċi u notifiki ta’ problemi
7.1. Deskrizzjoni ta’ bidliet metodoloġiċi (jekk applikabbli)
Jekk jogħġbok iddeskrivi bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu għas-sena ta’ rappurtar, jekk ikun hemm (jekk jogħġbok inkludi b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk humiex meħtieġa break-flags għal sena partikolari). Jekk jogħġbok iddeskrivi separatament għal kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel u agħti l-pożizzjoni preċiża taċ-ċellola/i rispettiva/i (l-isem tat-tabella, l-istadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-intestatura tal-kolonna).
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
7.2. Spjegazzjoni tad-differenza fit-tunnellaġġ (jekk applikabbli)
Jekk jogħġbok spjega l-kawżi tad-differenza fit-tunnellaġġ (liema stadji tal-katina tal-provvista tal-ikel, setturi jew stimi kkawżaw id-differenza, u x’inhi l-kawża sottostanti) meta l-varjazzjoni tkun akbar minn 20 % kif imqabbla mad-data ppreżentata għas-sena ta’ rappurtar preċedenti.
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Varjazzjoni (%) |
Raġuni ewlenija għad-differenza |
|
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
7.3. Notifika ta’ problemi (jekk ikun hemm)
Jekk kellek xi problemi bl-attribuzzjoni tal-iskart tal-ikel fi stadju partikolari tal-katina tal-provvista tal-ikel, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-problemi. Għal kull problema speċifika, jekk jogħġbok agħti l-post preċiż taċ-ċellola/i rispettiva/i (l-isem tat-tabella, l-istadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-intestatura tal-kolonna).
|
|
8. Kunfidenzjalità
Jekk jogħġbok agħti l-ġustifikazzjoni biex partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport ma jiġux ippubblikati, jekk meħtieġ. Għal kull każ speċifiku, jekk jogħġbok agħti l-post preċiż taċ-ċellola/i rispettiva/i (l-isem tat-tabella, l-istadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, l-intestatura tal-kolonna)
|
|
9. Siti web nazzjonali ewlenin, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet
Jekk jogħġbok agħti l-links għas-siti web nazzjonali ewlenin, id-dokumenti ta’ referenza u l-pubblikazzjonijiet użati fil-ġbir tad-data dwar l-ammonti tal-iskart tal-ikel.
|
Stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel |
Referenzi |
|
|
|
Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
(2) Fil-każ ta’ aktar sorsi tad-data użati, żid ringieli addizzjonali fl-istadju rilevanti tal-katina tal-provvista tal-ikel, skont kif xieraq.6.Rappurtar fuq bażi volontarja