|
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/103 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1990
tat-28 ta’ Novembru 2019
li tiddelega lid-Direttur tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni Ewropea ċerti setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-ħlas ta’ remunerazzjonijiet u l-ħlas ta’ spejjeż relatati ma’ missjonijiet u vjaġġar awtorizzat
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 66(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/792 (2), il-Kunsill inkariga lill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea bl-eżerċizzju ta’ ċerti setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3), lill-awtorità tal-ħatra u lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg għall-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), fir-rigward tal-ġestjoni ta’ intitolamenti pekunarji individwali. |
|
(2) |
Is-SĠK iffirma ftehim fil-livell ta’ servizz mal-PMO għall-ġestjoni ta’ intitolamenti pekunarji individwali tal-persunal u ta’ uffiċjali pubbliċi ta’ livell għoli tas-SĠK. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/522/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha, tippermetti lill-PMO jaġixxi fuq it-talba ta’ u f’isem korp ieħor stabbilit skont it-Trattati jew abbażi tagħhom. Skont il-ftehim fil-livell ta’ servizz bejn il-PMO u s-S ĠK, is-SĠK jista’ jitlob lill-PMO biex jivvalida u jawtorizza l-pagament ta’ salarji lill-persunal u lil uffiċjali pubbliċi ta’ livell għoli tas-SĠ-K kif ukoll il-ħlas tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ivvjaġġar awtorizzati tagħhom. Fid-dawl tal-vantaġġi li dan ser iġib f’termini ta’ ffrankar ta’ spejjeż u effiċjenzi, jenħtieġ li d-Direttur tal-PMO jirċievi delega tas-setgħat rilevanti tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea huwa ddelegat is-setgħat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni biex jivvalida u jawtorizza pagamenti ta’ remunerazzjoni kif ukoll pagamenti ta’ missjonijiet u spejjeż ta’ vvjaġġar awtorizzati għall-persunal għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/792 u għall-uffiċjali pubbliċi ta’ livell għoli.
Dawk il-pagamenti għandhom jiddaħħlu fl-artikoli u l-partiti li ġejjin tat-Taqsima II tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, intitolat - "il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill":
|
— |
il-Kapitolu 10, ħlief għas-subpartiti 1004-02 u 1004-05; |
|
— |
Kapitolu 11; |
|
— |
Partita 1200, ħlief is-subpartita 1200-36; |
|
— |
Artikolu 133; |
|
— |
Partita 2201. |
Id-delega msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jiġi stmat, stabbilit u awtorizzat dħul marbut mal-infiq imsemmi fit-tieni subparagrafu.
2. Id-delega msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika f’każijiet fejn l-eżerċizzju tas-setgħat delegati mill-Kunsill lill-PMO skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/792 ġie rinunzjat skont l-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-data li fiha s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jirċievi ittra li tikkonferma l-aċċettazzjoni mill-PMO tas-setgħat delegati skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) jew mal-eżerċizzju mill-PMO ta’ dawk is-setgħat delegati, sont liema minnhom jiġi l-ewwel.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. HARAKKA
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/792 tat-13 ta’ Mejju 2019 li tafda f’idejn il-Kummissjoni Ewropea - l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) - l-eżerċizzju ta’ ċerti setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ (ĠU L 129, 17.5.2019, p. 3).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/522/KE tas-6 ta’ Novembru 2002 tistabbilixxi l-uffiċċju għall-amministrazzjoni ta’ benefiċċji u pagamenti għal prerogattivi individwali (ĠU L 183, 22.7.2003, p. 30).