14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/108


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1907

tat-8 ta' Novembru 2019

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Lulju 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1204 (4), is-Sur Tilman TÖGEL ġie ssostitwit mis-Sinjura Katrin BUDDE bħala membru. Fit-12 ta' April 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/587 (5), is-Sinjura Katrin BUDDE ġiet sostitwita mis-Sur Tilman TÖGEL bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Tilman TÖGEL, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

—

Is-Sur Andreas DITTMANN, Bürgermeister der Stadt Zerbst/Anhalt.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

L. ANDERSSON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1204 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 45).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/587 tat-12 ta' April 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 98, 18.4.2018, p. 21).