|
14.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/105 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1905
tat-8 ta’ Novembru 2019
li titlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju dwar l-opzjonijiet tal-Unjoni biex tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti, u proposta, jekk ikun xieraq fid-dawl tar-riżultati tal-istudju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 241 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Regolament dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti. Il-proposta kellha l-mira li tikkonsolida u taġġorna l-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex jiġu indirizzati diversi oqsma ta’ tħassib, bħal: il-kumplessità, ir-riġidità u l-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; l-implimentazzjoni mhux armonizzata tiegħu fl-Istati Membri, li tirriżulta f’ostakoli għall-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi kollha; il-ħtieġa li jtejjeb l-allinjament tiegħu ma’ atti leġiżlattivi oħra li jikkonċernaw is-settur u l-koerenza tiegħu ma’ politiki oħra; l-eżistenza ta’ lok għal tnaqqis fl-ispejjeż u titjib fl-effiċjenza; il-ħtieġa ta’ adattament għall-progress tekniku fit-tnissil tal-pjanti u għall-evoluzzjoni tas-suq Ewropew u dak globali tal-materjal riproduttiv tal-pjanti; u l-konservazzjoni tal-agrobijodiversità u r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Marzu 2014, il-Parlament Ewropew irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni u appella lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta u tippreżenta waħda ġdida (1). Fis-16 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill esprima appoġġ ġenerali għal rapport tal-Presidenza li jinkludi orjentazzjonijiet għal proposta riveduta possibbli tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rtirat il-proposta fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2015, u ma ppreżentatx waħda ġdida. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis li t-tħassib li l-Kummissjoni kellha l-għan li tindirizza permezz tal-proposta tagħha tal-2013 għadu rilevanti, u li huwa meħtieġ studju sabiex jiġu vvalutati l-opzjonijiet biex jiġi aġġornat il-qafas leġiżlattiv eżistenti, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (2), u b’mod partikolari l-paragrafu 10 tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 225 u 241 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sal-31 ta’ Diċembru 2020, studju dwar l-opzjonijiet biex tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti.
Artikolu 2
1. Il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta, jekk xieraq fid-dawl tar-riżultati tal-istudju, jew inkella biex tinforma lill-Kunsill dwar miżuri alternattivi meħtieġa bħala segwitu tal-istudju.
2. F’konformità mal-prassi tas-soltu, il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-proposta tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
L. ANDERSSON
(1) Ir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2014 (ĠU C 378, 9.11.2017, p. 303).