7.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/25


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1863

tas-6 ta’ Novembru 2019

li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 fir-rigward tal-irtirar ta’ referenzi ta’ standards armonizzati għall-makkinarju minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenzi għalih ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti minn tali standard armonizzat.

(2)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 (3), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti korrispondenti tad-Direttiva 2006/42/KE.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, il-Kummissjoni rtirat ir-referenzi ta’ diversi standards armonizzati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-19 ta’ Marzu 2019.

(4)

Sabiex il-manifatturi jingħataw aktar żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards il-ġodda, l-istandards riveduti u l-emendi tal-istandards li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436, jeħtieġ li jiġu estiżi d-dati tal-irtirar tar-referenzi ta’ diversi standards li ġew irtirati b’dik id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012 għall-magni tax-xogħol fl-injam ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-5 ta’ Ġunju 2012. Ir-referenza ta’ standard armonizzat ġdid EN ISO 19085-2:2017 li jkopri l-istess prodotti, ġiet ippubblikata fid-9 ta’ Marzu 2018 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 092/01, peress li l-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012 sar obsolet. Madankollu, l-ebda data ta’ waqfien ta’ preżunzjoni ta’ konformità f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma kienet prevista għall-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012. L-istandard armonizzat EN 1870-13:2007+A2:2012 jixraq għalhekk li jiġi rtirat minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard EN ISO 19085-2:2017, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenza tal-istandard EN 1870-13:2007+A2:2012.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-premessa (14) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tgħid b’mod żbaljat li l-istandard armonizzat EN ISO 12100: 2010 jeħtieġ li jiġi rtirat. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dak l-iżball għandu jiġi kkoreġut, billi titħassar ir-referenza għall-istandard armonizzat EN ISO 12100:2010 minn dik il-premessa.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 rtirat ir-referenzi ta’ diversi standards armonizzati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-19 ta’ Marzu 2019. Billi d-data tal-irtirar se tiġi estiża, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Huwa wkoll xieraq li jiġi previst li l-emenda li testendi d-dati ta’ rtirar stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 tapplika mid-19 ta’ Marzu 2019,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436

L-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Korrezzjoni għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436

Il-premessa (14) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(14)

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 786:1996+A2:2009, EN 61496-1:2013 u EN ISO 11200:2014 għandhom jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea peress li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE.”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika mid-19 ta’ Marzu 2019.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 108).


ANNESS

“ANNESS III

Nru

Standard ta’ referenza

Data tat-tneħħija

Tip

1.

EN 1037:1995+A1:2008

Sigurtà ta’ makkinarju – Prevenzjoni li magna tistatja bla mistennija

Id-9 ta’ Settembru 2020

B

2.

EN 474-12006:2013

Gafef — Sigurtà — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali

Avviż: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax il-klawżola 5.8.1 Viżibilità — L-ispazju tal-viżjoni tal-operatur ta’ dan l-istandard, li l-applikazzjoni tiegħu ma tfissirx preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza 1.2.2 u 3.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE.

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

3.

EN 1853:1999+A1:2009

Agricultural machinery - Trailers with tipping body – Safety

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

4.

EN 1870-62002:2009

Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni b’lupa ċirkolari – Part 6: Magni li jaqtgħu l-injam b’sistema ċirkolari għall-ħatab u magni b’żewġ funzjonijiet li jaqtgħu l-injam b’sistema ċirkolari/bankijiet tax-xogħol b’lupi ċirkolari, li jitgħabbew u/jew jinħattu bl-idejn

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

5.

EN ISO 4254-5:2009

Magni agrikoli – Sigurtà – Parti 5: Makni li jqallbu l-ħamrija u jaħdmu bl-enerġija (ISO 4254-5:2008)

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

6.

EN ISO 4254-7:2009

Magni agrikoli – Sigurtà – Parti 7: Magni tal-ħrit u d-dris, magni li jaħartu l-pjanti biex jagħmlu l-għalf u magni li jiġbru l-qoton (ISO 4254-7:2008)

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

7.

EN 14017:2005+A2:2009

Agricultural and forestry machinery - Solid fertilizer distributors – Safety

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

8.

EN ISO 5395-1:2013

Tagħmir tal-ġonna – Rekwiżiti ta’ sigurtà għal magna mħaddma bil-kombustjoni għall-qtugħ tal-ħaxix f’lôn – Parti 1: Terminoloġija u testijiet kommuni (ISO 5395-1:2013)

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

9.

EN ISO 5395-3:2013

Tagħmir tal-ġonna – Rekwiżiti ta’ sigurtà għal magna mħaddma bil-kombustjoni għall-qtugħ tal-ħaxix f’lon – Parti 3: Magni għall-qtugħ tal-ħaxix f’lôn kontrollati minn nies bilqiegħda fuqhom (ISO 5395-3:2013)

EN ISO 5395-3:2013/A1:2017

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

10.

EN 12013:2000+A1:2008

Magni tal-plastiks u tal-gomma - Miksers internti - Rekwiżiti ta’ sigurtà

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

11.

EN 12999:2011+A1:2012

Krejnijiet — Krejnijiet li jgħabbu

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

12.

EN 13001-3-1:2012+A1:2013

Krejnijiet – Disinn Ġenerali – Parti 3-1: Stati ta’ Limitu u prova ta’ kompetenza ta’ struttura tal-azzar

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

13.

EN 13135:2013

Krejnijiet – Sigurtà – Disinn – Rekwiżiti għat-tagħmir

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

14.

EN 13684:2004+A3:2009

Tagħmir tal-ġonna - Aeraturi u skarifaturi tal-lon mħaddma minn persuna mhux riekba fuqhom - Sigurtà

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

15.

EN 15895:2011

Għodod tal-idejn li jitħaddmu b’cartridge – Rekwiżiti tas-sigurtà – Għodod tat-twaħħil u mmarkar

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

16.

EN 692:2005+A1:2009

Għodod tal-magni – Preses mekkaniċi – Sigurtà

Id-19 ta’ Settembru 2021

C

17.

EN 693:2001+A2:2011

Machine tools - Safety - Hydraulic presse

Id-19 ta’ Marzu 2021

C

18.

EN 13736:2003+A1:2009

Is-sigurtà ta’ għodod tal-magni – Preses pnewmatiċi

Id-19 ta’ Settembru 2021

C

19.

EN 848-12007:2012

Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni għall-immudellar minn naħa waħda b’għodda rotatriċi – Parti 1: Magni ta’ mmudellar fl-injam b’pern wieħed vertikali

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

20.

EN 1710:2005+A1:2008

Tagħmir u komponenti maħsubin biex jintużaw f’atmosferi potenzjalment esplussivi f’minjieri taħt l-art

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

21.

EN 50569:2013

Apparati elettriċi li jintużaw fid-dar u apparati u oħrajn simili - Sigurtà - Rekwiżiti partikolari għal estratturi li jispinnjaw kummerċjali

It-12 ta’ Jannar 2021

C

22.

EN 50570:2013

Apparati elettriċi li jintużaw fid-dar u oħrajn simili - Sigurtà - Rekwiżiti partikolari għal magni elettriċi tat-tnixxif tal-ħasla bit-tank

It-12 ta’ Jannar 2021

C

23.

EN 50571:2013

Apparati elettriċi li jintużaw fid-dar u oħrajn simili - Sigurtà - Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ elettriċi

It-12 ta’ Jannar 2021

C

24.

EN 50636-2-107:2015

Siġurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili -Parti 2-107: Rekwiżiti partikolari għal magni li jaqtgħu l-ħaxix b’batteriji li jaħdmu b’batterija elettrika (IEC 60335–2-107:2012 Modifikat)

It-12 ta’ Jannar 2020

C

25.

EN 60335-1:2012

Siġurtà ta’ apparat elettriku li jintuża fid-dar u apparat simili – Sigurtà – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (IEC 60335-1:2010 Modifikat)

EN 60335-1:2012/A11:2014

It-3 ta’ Mejju 2020

C

26.

EN 60745-2-1:2010

Għodda miżmuma fl-idejn u mħaddma b’mutur elettriku – Sigurtà – Parti 2-1: Rekwiżiti partikolari għal trapani u trapani tal-impatt (IEC 60745–2-1:2003 Modifikat + A1: 2008)

Id-19 ta’ Jannar 2022

C

27.

EN 60745-2-17:2010

Għodda miżmuma fl-idejn u mħaddma b’mutur elettriku – Sigurtà – Parti 2-17: Rekwiżiti partikolari għal srieraq li jintrabtu fuq mejda u jistgħu jinġarru (IEC 60745-2-17:2010 modifika)

Il-15 ta’ Diċembru 2021

C

28.

EN 62841-3-1:2014

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-1: Rekwiżiti partikolari għal srieraq li jintrabtu fuq mejda u jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-1:2014, modifika)

Id-19 ta’ Ottubru 2019

C

29.

EN 61029-2-4:2011

Sigurtà ta’ għodod elettriċi li jitħaddmu b’mutur u jistgħu jinġarru – Parti 2-4: Rekwiżiti partikolari għall-mola tal-bank (IEC 61029–2-4: 1993 Modifikat + A1:2001 Modifikat)

L-24 ta’ Ġunju 2020

C

30.

EN 62841-3-6:2014

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-6: Rekwiżiti partikolari għal drills tad-djamant b’sistema likwida (IEC 62841-3-6:2014, modifikat)

Id-19 ta’ Ottubru 2019

C

31.

EN 62841-3-9:2015

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-9: Rekwiżiti partikolari għal srieraq tal-mitra li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-9:2014 Modifikat)

Il-15 ta’ Novembru 2019

C

32.

EN 62841-3-10:2015

Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin minn mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lons u ġonna – Sigurtà – Parti 3-10: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-qtugħ li jistgħu jinġarru (IEC 62841-3-10:2015 Modifikat)

Id-19 ta’ Ottubru 2019

C

33.

EN 13241:2003+A2:2016

Bibien u xtiebi industrijali, kummerċjali u ta’ garaxxijiet – Standard tal-prodott, karatteristiċi ta’ operat

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

34.

EN 786:1996+A2:2009

Tagħmir tal-ġonna – Magni elettriċi li jitmexxew bl-idejn minn wara biex jittrimmjaw lôns u truf ta’ lôns – Sigurtà mekkanika

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

35.

EN 1870-14:2007+A2:2012

Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni b’lupi ċirkolari – Parti 14: Magni tal-isserrar ta’ panewijiet vertikali

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

36.

IEC 61496-1:2013

Sigurtà ta’ makkinarju – Tagħmir protettiv elettrosensibbli – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

Id-9 ta’ Settembru 2020

C

37.

EN ISO 11200: 2014

Akustika — Storbju emess minn makkinarju u tagħmir — Linji gwida għall-użu tal-istandards bażiċi għad-determinazzjoni tal-livelli tal-pressjoni tal-ħoss tal-emissjoni fi stazzjoni tax-xogħol u pożizzjonijiet oħrajn speċifikati

Id-9 ta’ Settembru 2020

B

38.

EN 1870-13:2007+A2:2012

Sigurtà ta’ magni li jaħdmu l-injam – Magni b’lupa ċirkolari – Part 13: Magni tal-isserrar ta’ panewijiet ta’ travi orizzontali

Id-9 ta’ Settembru 2020

C